Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
26 illum Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pietà .......................... 1 Sliema ....................... 1 PIETÀ Hotspurs salvaw punt prezzjuż fit-tentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni għall- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni meta fl-aħħar mumenti meta żammew lil Sliema Wanderers f 'parità ta' 1-1 bil-goal waħdieni tagħhom jasal fl-aħħar mumenti tal-konfront. Il-Wanderers resqu viċin li jiftħu l-iscore fil-21 minuta meta freekick ta' Pedrinho ġie mdawwar f 'corner bi bravura minn Miguel Montfort fil-21 minuta. It-tim immexxi minn Stephen Azzopardi fetaħ l-iscore, ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta Bocar Djumo kkonkluda azzjoni personali fejn qabeż tliet plejers avversarji, avvanza tajjeb fil-kaxxa u tefa' wara Miguel Montfort permezz ta' xutt fil-baxx. Il-Hotspurs resqu viċin li jġibu l-iscore indaqs ftit wara permezz ta' xutt fil-baxx ta' Luke Emmanuel Micallef u cross-shot ta' Joao Gabriel Da Silva li t-tnejn li huma ġew newtralizzati mill- goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Pietà Hotspurs ġabu l-iscore indaqs fid-90 minuta biex salvaw punt prezzjuż meta minn corner mogħti minn Jurgen Pisani, għola tajjeb Leonardo Fortunato Dos Santos li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras ma jagħti l-ebda ċans lill-goalkeeper, Glenn Zammit. Pietà - Montfort, Micallef, Grech (Mizzi 87'), Fortunato dos Santos, Pisani, Anonam, Attard (Agius 64'), Da Silva, Micallef, Cesare, Joao da Silva (Kecskes 85') Sliema - Zammit, A. Muscat, Scozzese (Borg 62'), Mintoff (Friggieri 42'), Scerri, Pisanu (Gatt Baldacchino 58'), Potezica, Cilia, Dos Santos Calcado, Bocar, B. Muscat Referi - Alan Mario Sant DJUMO BOCAR Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti Ingħaqad ma' Sliema Wanderers b'self mingħand Inter fil-ftuħ ta' dan l-istaġun Kien l-aqwa plejer fil- grawnd Pietà jsalvaw punt prezzjuż -aħħar mumenti Konfront għall-ballun bein iż-żewġ captains ta' Sliema Wanderers u Pietà Hotspurs, Alex Muscat u Orosco Ndubisi Anonam, rispettivament