Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 70 20 49 24 12 5 3 11 EMPIRE Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Valletta DARWIN Pharmacy, 152, Triq il-Kbi- ra San Guzepp, Ħamrun EVANS Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi ST. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara PHARMALAND Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Princi- pessa Margerita, Ta' Xbiex SPIŻERIJA Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann EDWARD'S Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema MISRAĦ Kola Pharmacy, Triq il- Pitkali, Attard MĠARR Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr EURO Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra MADDALENA Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija VERDALA Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla POLYMER Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar GUDJA Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, Gudja QRENDI Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ IMTARFA Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria JOYCE'S Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚ Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-possibilita ta' ħalbiet tax-xita iżolati filgħodu VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 3 għal 4 li jsir Majjistral forza 4 wara nofsinhar BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir moderat IMBATT: Baxx mill-Punent Majjistru TEMPERATURA TALBAĦAR: 16 °C L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 10˚ Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 li jsir Punent Majjis- tru forza 4 għal 5 u jdur mill-Punent mal-lejl BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir moderat IMBATT: Ftit li xejn Michael Falzon iddeċieda li jagħmel 'silenzio stampa' Ikompli minn paġna 1 DIN il-gazzetta talbet lil Michael Falzon biex jikkummenta dwar l-apoloġija li ħareġ iżda qal li hu ddeċieda li jagħmel 'silenzio stampa' dwar il- każ. Għalhekk dorna fuq diversi politiċi u opinjonisti biex jagħtuna l-veduta tagħhom kif jaħsbuha jekk Falzon kellux jagħmel apoloġija jew le filwaqt li Ninu Zammit fil-fatt ma ħassx l-istess ħtieġa. Frank Portelli – eks deputat Nazzjonalista "Għandek dritt taqla' l-flus bix-xogħol professjonali tiegħek u anke tiddepożitahom barra minn Malta iżda trid tiddikjarahom. U kien hawn li Michael Falzon naqas meta ma ddikjarahomx. Iva naqbel mal-apoloġija li għamel u kellu bżonn li kull min żbalja jagħmel bħalu. "Issa jekk wasalna fi stat li wara li xi ħadd jagħmel apoloġija nibqgħu nkomplu nkissruh allura qegħdin noħolqu sistema li niskoraġixxu lil min żbalja milli jikkoreġi ruħu. Naturalment hawn min qiegħed jikkritikah għal skopijiet ulterjuri li tafhom hi u aħna ma twelidnix ilbieraħ u lanqas il-poplu Malti ma twieled ilbieraħ. L-amnestija qiegħda għal kulħadd issa ma nistgħux noħorġu amnestija li tkun teskludi ċerti individwi." Emanuel Cuschieri – Uffiċjal Partit Laburista "Fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw, l-importanti mhux l-apoloġiji imma għaliex il-kap tal-Oppożizzjoni kien pront issospenda lil Michael Falzon u lil Ninu Zammit imma ma qal xejn dwar Austin Gatt… tgħid għaliex?" Peppi Azzopardi – Opinjonista "Naqbel li nies li żbaljaw jagħmlu apoloġija u Michael Falzon żbalja u tajjeb li għamel apoloġija u b'hekk wera kemm hu ġentlom. Michael Falzon għamel ġid kbir kemm dam fil-politika għal pajjiż u għamel ukoll tibdiliet kbar. Dak iż-żmien talab l-appoġġ tal-poplu biex ikun jista' jkun fil- parlament u jagħmel dan il-ġid li għamel. Bl-istess mod skuża ruħu mal-poplu li kien fdah. U wieħed irid jifhem li dan għamel apoloġija u skuża ruħu mingħajr ebda kundizzjoni u hawn kompla juri kemm hu ġentlom kbir." Andrew Azzopardi – Opinjonista "Kelli u għad għandi stima enormi lejn il-Perit Falzon. Persuna ma titkejjilx minn att wieħed li tagħmel f 'ħajjitha, almenu kif naraha jien. Il-Perit Falzon hu persuna kolta fejn għamel ħiltu biex b'kull mod li seta' taha kontribut soċjali fid-diversi oqsma li kien involut fihom. Naturalment min-naħa l-oħra dan ma jnaqqasx mill-ħażin li għamel. Ħasra li għaffiġha u se jibqa' mfakkar aktar għal hekk milli għal ħafna tajjeb li għamel. "Però l-aktar ħaġa li tinkwetani f 'dan kollu hu l-impatt negattiv li dan qed iħalli fil-klassi politika, fejn nibża' li l-kredibilità ħa tkompli tonqos anke jekk hawn tant politiċi ġenwini, kommessi għal kawża u interessati biex jagħmlu t-tajjeb u biex jagħtu servizz lill-pajjiż. Naqbel mal- apoloġija li għamel għax kien doveruż li jagħmel dan." Robert Musumeci – Opinjonista "Michael Falzon ħass li għandu bżonn jiskuża ruħu u dan anke jekk mhux kontestat li l-provenjenza ta' dawn l-assi ma kinitx waħda illegali u per altro irregolarizza ruħu skont il- liġi. Iżda jekk hu ħass hekk għamel sew." Ħaddiem jitlef ħajtu fit-Tarzna ta' Palumbo PATRICK Vella, għaddas ta' 36 sena miż-Żejtun li kien qed jaħdem f 'kexxun f 'wieħed mill-baċiri fit-Tarzna ta' Palumbo f 'Bormla, miet minkejja t-tentattivi ddisprati tat-tim mediku wara li ttella' f 'operazzjoni konġunta bejn l-għaddasa tal-Forzi Armati u dawk mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili. L-inċident seħħ ilbieraħ fil-11.30 am meta l-għaddas niżel fil-baċir biex jibda jaħdem fuq il-kexxun tal-baċir. Wara li għadda xi ħin u l-għaddas ma tfaċċax xi ħadd talab għall- assistenza. Minnufih fuq il-post marru l-għaddasa mit-Taqsima tal- Explosive Ordinance Disposal tal-FAM u dawk tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill- Isptar Mater Dei mmexxi minn Dr Jonathan Joslin. Huwa mifhum li fl- operazzjoni ħadu sehem ħames għaddasa fejn bdew ifittxu għall-ħaddiem. Wara xi ħin huwa nstab imwaħħal f 'toqba. Għalkemm għadu mhux konfermat kif spiċċa hemm ġew, sorsi li tkellmu magħna qalulna li mhux qed ikun eskluż li xi ħadd ma kienx konxju li kien hemm l-għaddas qed jaħdem u nxtegħel valve b'konsegwenza li r-raġel inġibed fit-toqba b'saħħa kbira. Hekk kif ittella' fuq l-art, it-tim mediku beda minnufih jamministra n-nifs artifiċjali kif ukoll messaġġi fuq qalbu peress li deher li kien f 'kundizzjoni gravi. Huwa ddaħħal fl- ambulanza u ttieħed l-Isptar Mater Dei, iżda minkejja t-tentattivi biex isalvawlu ħajtu, anke fit-triq lejn l-isptar, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet kif wasal Mater Dei. Il-Pulizija tad-Distrett mill-Għassa ta' Bormla qed jinvestigaw il-każ. Dan huwa l-ewwel każ din is-sena fejn ħaddiem tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol. Patrick Vella ta' 36 sena tilef ħajtu lbieraħ filgħodu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015