Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 25 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Żebbuġ. .................... 0 Hibernians ................ 5 HIBERNIANS umiljaw lil Żebbuġ Rangers meta għelbuhom bl- iskor kbir ta' 5-0, biex b'hekk komplew jersqu iktar viċin tar-rebħ tal- kampjonat, bl-iktar mod meritat. Il-Pawlisti marru fil- vantaġġ wara biss 9 minuti meta Bjorn Kristensen għadda tajjeb lejn Jorge Pereira da Silva li dar mal-goalkeeper avversarju, qabel tefa' fix-xibka. Fit-23 minuta t-tim minn Raħal Ġdid irdoppja l-iskor meta l-plejer internzzjonali, Clayton Failla, rċieva assist mingħand Andrew Cohen u għeleb lil Manuel Bartolo permezz ta' xutt b'saħħtu. Fid-29 minuta, Hibernians, skorjaw it-tielet gowl fil-logħba meta wara li rċieva minn freekick mil-lemin, id- difensur internazzjonali Andrei Agius għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa. Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Andrew Cohen skorja r-raba' gowl għall-Pawlisti, dirett minn freekick permezz ta' xutt imdawwar. Fis-70 minuta, Żebbuġ Rangers, ħolqu l-unika azzjoni denja ta' nota fil- logħba meta l-eks plejer ta' Sliema Wanderers, Miguel Ciantar, kien sfortunat li laqat il-mimduda fis-70 minuta. Disa' minuti biss wara, Hibernians għamlu l-iskor finali 5-0 favurihom meta minn kross mix- xellug ta' Clayton Failla, Andrew Cohen, għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras sabiħa tefa' wara Manuel Bartolo, biex b'hekk skorja doppjetta personali. Żebbuġ - Bartolo, Borg, Barbetti, Muchardi, Camilleri, Bartolo, Yussuff, Britto (Ciantar 46'), Reano, Paris (Zammit 86'), Montebello (Monti 55') Hibernians - Bonello (Borg 61'), Da Gracia Gomes (Tanti 76'), Lima, Soares, Cohen, Kristensen, Failla, Rajic (Degabriele 64'), Agius, Mbong, Pereira Da Silva Referi - Andrè Arciola ANDREW COHEN Twieled fit-13 ta' Mejju 1981 f'Tal-Pietà Skorja doppjetta personali f'din il-logħba Rebaħ l-unur prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena għal sentejn konsekuttivi – fl-2005 u l-2006 Jilgħab fl-irwol ta' attakkant kemm ma' Hibernians kif ukoll mat-tim nazzjonali Hibernians jumiljaw lil Żebbuġ u jkomplu jersqu lejn ir-rebħ tal-kampjonat Wieħed mill-awturi tal-ħames gowls ta' Hibernians, id-difensur internazzjonali, Andrei Agius, itajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu fil-konfront kontra Zebbug Rangers

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015