Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
28 illum Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 SPORTSillum JOSANN Attard Pulis - bla dubju fost l-aqwa atleti li produċiet l-atletika lokali f 'dawn l-aħħar snin u li nhar il-Ħadd li għadda spiċċat bħala l-ewwel atleta mara Maltija fil-Maratona ta' Malta fejn spiċċat fit-tieni post overall wara l-atleta Brittanika, Samantha Woodward. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess atleta fejn tatna dawn il- kummenti: "Din is-sena ppjanajna li niġri t-tielet maratona ta' ħajti. Bħal kull tellieqa maġġuri dejjem ikun hemm xi qtiegħ ta' qalb minħabba sitwazzjonijiet li fixkluli t-taħriġ. Minħabba raġunijiet ta' saħħa kien hemm bżonn perjodi ta' serħan u attenzjoni medika. Grazzi għall- fiżjoloġista tiegħi u anki għal terapisti oħra wasalt biex inkun tajba biex niġri u dhert li kont kapaċi li ntejjeb il-ħin tas-sena li għaddiet. Bħas-soltu dejjem jinqala' xi ħaġa u l-aħħar preparazzjoni kienet affettwata minn influwenza ħafifa minħabba tibdil tat-temp. Dan affettwa l-irkupru tal-muskoli u l-pexxun kellu bżonn attenzjoni speċjali tant li sal- aħħar ġurnata kont għadni dubjuża hux se niġri. Żgur hu li tgħallimt iżjed dwar ġismi u kif negħleb dawn id- diffikultajiet. Minkejja dan kollu, xorta ħassejtni li ppruvajt nagħmel ħilti dakinhar tat-tellieqa. Peress li l-ħinijiet kienu xorta qegħdin jiġu fit-taħriġ kien importanti li mmur għal ħin aħjar. Fil-fatt li ġara, tant ħassejtni tajba fil-bidu li tlaqt 'il quddiem mill-pass ippjanat u fl-ewwel 5km kont diġà żewġ minuti avvanzata fil-ħin ippjanat. Kif indunajt ippruvajt nirranġa imma mhux faċli tibdel ir-ritmu. Biex tgħaxxaqha qaleb it- temp u f 'ċerti mumenti bdejt inħossni nagħmel żewġ passi 'il quddiem u ieħor lura. Wara l-25 kilometru, apparti r-riħ qabdet xita qawija. Bdejt nara l-ilma tax-xita jdur miegħi bir-riħ li kien. Ftit wara ma stajtx nara u ma stajtx nieħu nifs bir-riħ qawwi. Ħassejtni qiegħda f 'nofs tromba. Normalment jien dejjem nitfa' ftit ilma fuqi milli jagħtuna fit-triq imma din id- darba spiċċajt għasra u kien hemm postijiet fejn ħassejtni qiegħda niżloq bl-ilma li kien hemm mal-art. Ir-riħ u x-xita affettwawni u ħaduli saħħti. Meta laħqitni l-atleta Brittanika ma kienx fadalli enerġija biżżejjed biex nirribatti u ddeċidejt li nħalliha titlaq għax ma kienx hemm ċans nagħmel il-ħin li ridt u xorta kont għadni l-ewwel Maltija. L-importanti kienet saħħti għalhekk għalxejn nagħfas u forsi ma nispiċċax it-tellieqa. Għalhekk xorta kuntenta li minkejja kollox, xorta rnexxieli nispiċċa. L-atmosfera matul ir-rotta kienet waħda sabiħa. Ħafna barranin bdew jgħidu l-ewwel mara din qiegħda. In-nies li kien hemm matul ir-rotta ppruvaw jagħmluli kuraġġ. Kien hemm ukoll kantanti, bandisti u mużiċisti. Kien hemm xi wħud li xxarrbilhom l-apparat milli stajt nifhem. Dis-sena rnexxieli nagħmilha, grazzi għal ħafna nies, fosthom il-kowċ tiegħi Mark Farrugia li bil-paċenzja tiegħu rnexxielu jiggwidani sal-aħjar mumenti, lil kowċis tal-iStarmax fosthom Leonard Xuereb, lill-atleti kollha tal-appoġġ tagħhom u lill-isponsor tiegħi - Garmin li emmnu fija. Nixtieq nirringrazzjahom ukoll lir-raġel, il-familjari tiegħi u lill-kollegi tax-xogħol tiegħi tal-appoġġ tagħhom," temmet tgħid Josann Attard Pulis. Josann Attard Pulis fl-azzjoni fis-sezzjoni tan-nisa waqt il-Vodafone Malta Full Marathon ta' nhar il-Ħadd li għadda L-ewwel atleta mara Maltija fil-Maratona ta' Malta Manchester United jirritornaw għar-rebħ biex jieħdu ftit nifs MANCHESTER United irritornaw għar-rebħ biex ħadu ftit nifs meta ġewwa darhom f 'Old Trafford għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Wayne Rooney, bl-ewwel gowl tiegħu jasal propju minn penalty. Tajjeb ngħidu li Sunderland spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Wes Brown li kien qed jilgħab kontra l-eks tim tiegħu u li miegħu rebaħ bosta unuri, fl-64 minuta. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Hull City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil- logħba jasal minn Peter Crouch. Crystal Palace barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 3-1 kontra West Ham United bit-tliet gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Glenn Murray u gowl waħdieni ta' Scott Dann. Il-gowl uniku ta' West Ham United wasal minn Enner Valencia fis-76 minuta. Tajjeb ngħidu li Crystal Palace, għalkemm ħarġu rebbieħa, spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer u awtur ta' gowl għalihom, Glenn Murray, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. WBA ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu li Southampton bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl għalihom jasal minn Saido Berahino wara biss żewġ minuti logħob. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Swansea City u Burnley bi Swansea City ikunu huma li joħorġu rebbieħa bil-gowl għalihom jasal permezz ta' awto-gowl tal-plejer ta' Burnley, Kieran Trippier, fil-65 minuta. Newcastle United ukoll kisbu rebħa ta' 1-0 din id- darba kontra Aston Villa ġewwa darhom bil-gowl waħdieni għall-Magpies jasal minn Papiss Cisse fis- 37 minuta.