Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
14 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 M etsola fuq Facebook kemm-il darba ġiet attakkata li hi ma tħarisx lejn il-pajjiż iżda lejn il-partit li tħaddan. Għalhekk l-ewwel mistoqsija tiegħi kienet waħda awtomatika, "x'jiġi l-ewwel għalik il-partit jew il-pajjiż?" fejn mingħajr ebda tlaqliq wieġbet mill-ewwel, "Il-pajjiż. Meta ġejt attakkata kienet għax iddefendejt lil pajjiżi. Ġieli anke neħodha kontra deċiżjonijiet tal-partit li nappartjeni, il-PPE fejn jidħol pajjiżi. Aħna dejjem niddiskutu kull suġġett importanti fil-partit u anke fil-PPE, ġieli ma qbiltx iżda l-maġġoranza tieħu deċiżjoni u hawn irrid nimxi mad-deċiżjoni tal-maġġoranza. Iżda fl-Ewropa aħna għandna libertà sħiħa ta' kif nitkellmu. Tkellimna fuq il-bidla tal-partit fejn qaltli li l-partit mhux jinbidel qiegħed iżda jevolvi, "nimxu maż-żminijiet tal-lum. Lesti biex niġġeddu, nevolvu u ndaħħlu nies ġodda. Kultant ċertu deċiżjonijiet iweġġgħu wkoll. Qed naħdmu biex inkunu partit tan-nies li jmexxi b'mod differenti minn qabel." Sadattant jidher li waqt li l-partit qed jevolvi u jiġġedded l-emorarġija baqgħet ma waqfitx, ta' nies li qed jitilqu l-partit u hawn talbitni nagħtiha xi eżempji fejn jien semmejtilha l-każ ta' Castaldi Paris u issa anke tal-attivist mill- Gżira, Charles Micallef St John li qal apertament li hu ma qabilx mas-segretarju Ġenerali Chris Said u irriżenja minn kandidat u anke mill-Partit. "Dwar Micallef St John iddispjaċieni ħafna għax jien mill-Gżira bħalu u ili nafu minn meta kont tifla. Micallef St John hu pilastru tal-partit u nixtiequ li jibqa' magħna u ma jitlaqx. Skont is-segretarju ġenerali dan m'aċċettax il-lista li se tikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli. Iżda jien se nidħol fil-każ għax lil Charles irridu jibqa' parti minna. Imbagħad kulħadd għandu l-libertà tal-għażla għax aħna partit miftuħ u kulħadd jista' jesprimi ruħu." Dwar jekk il-partit hux qed jiftaħ idejh biżżejjed għan-nagħaġ mitlufa nkella hux qed jagħfas biss fuq ħrief ġodda, Metsola qaltli li l-partit qed jaħdem fuq it-tnejn. Numru kbir ta' Nazzjonalisti ma vvutawx inkella vvutaw Labour. Dawk li ma vvutawx irridu mmorru għandhom biex naraw x'kienet ir-raġuni u did-darba nħajruhom jivvutaw u dawk li qalbu rridu nagħmlu minn kollox biex inġibuhom lura. Iżda rridu naħsbu wkoll fuq il-votanti l-ġodda. Kien hemm żmien meta fil-ġlieda favur id-demokrazija u favur l-Ewropa aħna konna l-għażla awtomatika taż-żgħażagħ. Mill-2013 ma bqajniex aħna l-għażla naturali tagħhom. Għalhekk irridu nkunu l-partit alternattiv, irridu nkunu kuraġġużi għax illum l-elettorat jaħdem b'moħħu aktar u jrid ikun jaf għaliex se jivvota. U dan ipoġġielna responsabilità akbar." Fl-opinjoni tiegħi dan kien eżatt kif ħadem il-moviment Laburista li rebaħ jew aħjar kaxkar l-aħħar elezzjoni għidtilha jien, "Il-Partit Laburista meta kont tistaqsih xi proposti kellu qabel l-elezzjoni għal dak li kien jikkritika kien jgħid biss li meta jkun fil-gvern jurina. Aħna qed inkunu oppożizzjoni li nagħtu l-alternattiva u dak hu l-partit differenti li qed nagħtu lil poplu biex jagħżel lilna." Dan kien jidher kollu kliem sabiħ u li jagħmel sens, iżda hu fattur reali li kull stħarriġ li qed isir qed juri li Joseph Muscat hu aktar popolari minn Simon Busuttil. "L-aħħar stħarriġ dehret ċaqliqa favur. Iżda wieħed irid jifhem li Simon ilu inqas minn sentejn kap u l-pjan tagħna hu li jwassal sal- elezzjoni ġenerali. Aħna preparati għal maratona u mhux għal sprint. Iżda deċiżi li nerġgħu nirbħu l-fiduċja." Iżda Metsola tara lil partit Nazzjonalista fil-gvern tliet snin oħra? "Iva narah. Dak li qed nagħmlu llum qed jinstema' hemm barra." Iżda kif jafu li qed jinstemgħu? "Għax illum qed immorru kullimkien, fid-djar tan- nies u llum qed jiftħulna l-bibien. Jien qed nidħol għand nies li l-gvern tagħna weġġagħhom u nisma' l-kritika tagħhom u naċċetta l-kritika li ta' dak li għamel il- partit tiegħi qabel. Min ikollu raġun nagħtihulu u nipprova minn kollox ngħinhom anke jekk ninsabu fl-oppożizzjoni. Jekk irridu nirbħu l-elezzjoni li jmiss irridu nfasslu l-politika tagħna fuq dak li jgħidulna l-imweġġgħin u l-kritiċi tal-partit." Dan kollu li qaltli mhu xejn differenti minn dak li għamel il-Labour qabel l-aħħar elezzjoni, fejn ġie kritikat li meta kien idur għand in-nies kien iwiegħed kollox lil kulħadd. Ifisser li issa daret ir-rota u l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed kollox lil kulħadd biex jerġa' jirbaħ lura dawk il-voti li tilef? "Kulma qed inwiegħdu politika onesta" dment wieġbet Metsola. Mistoqsija kif tista' tbiegħ politika onesta meta l-aħħar gvern tal-Partit Nazzjonalista kien mifni b'diżonestà politika u b'politika mimlija gideb li tant ħiereġ fil- beraħ bħalissa, weġbitni li kieku kienu dawk l-istess nies ta' qabel li qed iwiegħdu politika onesta llum, "ikun ġustifikat li ma jkunx jista' jgħajjat bil-verità u jippretendi li jitwemmen. Iżda meta tqis il-bidla radikali u r-reshuffle estrema li sar fil-partit taħt Simon allura iva nistgħu nitkellmu fuq politika onesta. Għax il-persuni li hemm f 'dan il-partit imġedded jistgħu jaġixxu b'mod onest u dan qed nuruh." Dan l-aħħar fil-fatt kienet qalet fil-parlament Ewropew li l-faqar f 'Malta beda minn taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista u spiċċat fuq il-paġna ta' quddiem f 'dan il-ġurnal, "Eżattament kont qed niddiskuti statistika li kienet turi hekk u mhux ħriġt l-aħbar jien. Issa qed naħdem biex il-partit tiegħi jara kif jagħmel biex din l-istatistika naqilbuha ta' taħt fuq." "Dwar il-wegħdiet tal-Labour qabel l-elezzjoni hi xi ħaġa ferm differenti. Kien hemm falsità kbira. Il-poplu ġie mwiegħed kollox billi jinkisru r-regoli basta nirbħulu l-vot. Kienu wegħdi li nqabbilhom ma' dak li għamel il-gvern Grieg li wiegħed ħafna u meta tela' fil-gvern induna li l-ħajja mhux daqshekk faċli. Jien lest niġġieled għad-dritt ta' min għandu raġun iżda la jien u lanqas ħadd mill-partit mhu lest jikser regoli biex nagħtu dak li nkunu wegħedna fl-oppożizzjoni. Dik hi l-onestà." "Barra hekk aħna oppożizzjoni li se nikkritikaw dak li ma naqblux miegħu mhux biex inwaqqgħu l-gvern iżda biex naraw li l-pajjiż jimxi tajjeb għal ġid tal-poplu tagħna. Aħna rridu li għal ġid tal- pajjiż il-gvern jisma' minna meta jkun jaf li għandna raġun." Ma tistax ma titkellimx ma' Roberta Metsola dwar il-kwistjoni u l-problema Libja fejn dan l-aħħar tkellmet li Malta ma tistax tibqa' barra mill-koalizzjoni dinjija li jidher li ma tantx intlaqgħet tajjeb mill-massa ta' Facebook. Għax ħafna ħasbu li Roberta Metsola kienet qed tirreferi li Malta kellha tkun preżenti fil-Libja bis-suldati tagħha. Weġbitni minnufih li tixtieq tiċċara x'riedet tfisser meta tkellmet hekk f 'din l-intervista għax jista' jkun li nftehmet ħażin. "Malta dejjem ingħaqdet f 'patti kontra t-terroriżmu. Dejjem konna kontra l-estremisti u dawk li jaħkmu bit- terrur. Għalhekk Malta trid tkun parti mill-koalizzjoni ta' 62 pajjiż kontra t-terroriżmu. Iżda mhux militarment. Aħna nistgħu nagħtu għajnuna loġistika u umanitarja. Żvezja tibgħat l-ikel, l-Irlanda Mara li rnexxielha tibbilanċja l-ħajja tal-familja li jgħixu Brussell u l-ħajja politika f'Malta. Mara li ma tieqaf u ma tgħajja qatt. "Jekk irridu nirbħu l-elezzjoni li jmiss irridu nfasslu l-politika tagħna fuq l-imweġġgħin u l-kritiċi" "Għandna nieħdu rwol aktar attiv fejn nistgħu nkunu medjaturi bejn Tobruk u Tripoli għax ħadd ma jaf lil-Libjani daqsna" John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Ippreparati għal maratona