Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

JOHN BUSUTTIL FLAĦĦAR jidher li l-Kon Katidral ta' San Ġwann se jkollu dak li tant ilu jixtieq li jkollu, mużew ġdid li jkun jista' jilqa' r-rikezzi tal-Istorja li għandu dan il-Katidral tant rikk. Iżda biex isir dan se jkollhom jingħalqu diversi ħwienet li jinsabu fil-blokka ma' San Ġwann biex jinbena dan il-mużew. Biex isir dan il-mużew numru ta' ħwienet se jkollhom jagħlqu. Is-sidien ta' dawn il-ħwienet, li huma kollha proprjetà tal- Gvern, diġà ġew infurmati li jridu jagħtu l-ħwienet lura lill-Gvern. Il-Gvern fil-fatt għaddej b'negozjati ma' dawk li jmexxu dawn il-ħwienet biex jagħtihom kumpens għal ħanut li se jeħdilhom. Għax anke jekk dawn huma proprjetà tal-gvern kienu mikrijin għand negozjanti li kellhom l-għixien tagħhom minnhom. S'issa jidher li n-negozjati għaddejjin bil-kwiet u għad ma nqala' l-ebda kontroversja minn xi negozjant li kien imexxi xi wieħed minn dawn il-ħwienet. Hu fatt ukoll li dan il-mużew irid ikun lest mibni u jopera għal Valletta 2018. Dan il-mużew jidher li mhux nieqes mill-kontroversji fejn kien qajjem kontroversja sħiħa fl-2008 meta Richard Cachia Caruana kien iddeċieda li jinbena mużew taħt l-art iżda kellu oppożizzjoni qawwija mid-Deputat Jeffrey Pullicino Orlando li ma riedx li jitħaffer ħames sulari taħt l-art u jkisser in-network ta' mini li hemm taħt il-Belt Valletta. Fil-fatt dan il-proġett ta' RCC spiċċa mwaqqaf wara li għadda vot parlamentari fl-2009 imressaq mid-Dentist Jeffrey Pullicino Orlando. Issa ġie deċiż li jinbena mużew ġdid għal Kon Katidral ta' San Ġwann fuq in-naħa ta' Triq il-Merkanti. Skont l-informazzjoni maħruġa mill-MEPA fil-lista tagħhom dan se jkun binja ġdida fejn illum hemm mużew fi Triq il-Merkanti però parti se tkun ukoll fi Triq Santa Lucija u fi Pjazza San Ġwann. Dan il-mużew hu neċessarju biex is-sett uniku tal-arazzi jerġgħu jintwerew flimkien f 'sala waħda. Barra minn hekk se jinfetħu spazji li s'issa għadhom mhux miftuħa għall-pubbliku bħal ma hi l-kripta kbira n-naħa ta' Triq il-Merkanti. Se jkunu wkoll jintwerew numru ta' oġġetti sagri li llum huma magħluqa f 'San Ġwann. Fejn illum hemm il-mużew kien waqa' fil-gwerra u nbena mill-ġdid fil-bidu tas-snin sittin però dan ma kienx replika ta' dak li kien hemm qabel. Il-mużew se jsir parzjalment minn fondi tal-Unjoni Ewropea u mill-fondi stess tal-Fondazzjoni li tmexxi San Ġwann. Fil-fatt San Ġwann hu mmexxi minn fondazzjoni magħmula minn 3 membri tal-Knisja u minn 3 membri tal-gvern. Nifhmu li l-proġett irid jitlesta għal Valletta 2018. Il-Kon Katidral ta' San Ġwann jitmexxa minn fondazzjoni li saret xi għaxar snin ilu u li fiha l-Gvern u l-Knisja għandhom rappreżentanza ugwali bil- President jitbiddel kull sena. illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 Il-Mużew tal-Kon Kattidral ta' San Ġwann . . . Ħwienet se jkollhom jgħalqu biex jinbena mużew ġdid Biex isir dan il-mużew numru ta' ħwienet se jkollhom jagħlqu. Is-sidien ta' dawn il-ħwienet, diġà ġew infurmati li jridu jagħtu l-ħwienet lura lill-Gvern

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015