Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Il-futbol qiegħed fil-familja. Kemm missieri kif ukoll iz-zijiet kienu plejers allura minn età żgħira dejjem kont involut fil- futbol. Għalkemm illum il-ġurnata jiddispjaċini li ma ppruvajtx xi tipi ta' sports differenti. X'kienet l-esperjenza tiegħek sa issa ma' Sliema Wanderers? Ili nilgħab mas-Sliema mill-età ta' 6 snin u qatt ma lgħabt ma' klabb ieħor. Għandi ħafna esperjenzi sbieħ u oħrajn li huma inqas sbieħ, però titgħallem minnhom kollha. Ippermettili niddeskrivi l-aħħar staġuni ta' Sliema Wanderers fosthom dan l-istaġun bħala diżappuntanti. X'taħseb li wassal għal dan id-diżappunt? Ma naqbilx li kienu diżappuntanti għal kollox. Is-sena l-oħra tlajna anki fil-finali tat-trofew u konna sfortunati li ma rbaħniex. Però għall-klabb bħas-Sliema għandna naspiraw ħafna iktar minn hekk. Ir-raġuni prinċipali ma nafhiex però n-nuqqas ta' konsistenza u diversi injuries ma għenux. X'kienet ir-relazzjoni tiegħek mal- kowċ Alfonso Greco? Ir-relazzjoni tiegħi ma' Greco kienet dik ta' bejn plejer u kowċ - dik ta' rispett. Kien jogħġobni ħafna l-istil tiegħu u nqisu bħala wieħed mill-aqwa kowċis u li miegħu tgħallimt ħafna. Kien ta' influwenza kbira fuqi. Qbilt li dan tneħħa minn kowċ tal- Wanderers? Dawk mhumiex deċiżjonijiet li nidħol fihom jiena. Il-klabb ħass li kellha ssir din id-deċiżjoni u ħadha. Dawn huma affarijiet li jsiru ta' kuljum fil-futbol. X'inhi issa r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ Stephen Azzopardi? Ir-relazzjoni tiegħi mal-kowċ Stephen Azzopardi ma bdietx issa. Diġà ħdimt miegħu għal tliet snin. Għalkemm kont diġà għamilt id-debutt tiegħi kien hu li beda jilgħabni regolari fit-tim tas- Sliema fl-età ta' 17-il sena minkejja li kien hemm plejers kbar u ta' esperjenza. Stephen iħobb iżomm relazzjoni tajba mal-plejers. U dik mal-president Keith Perry? Il-president l-istess iħobb iżomm relazzjoni tajba mal-plejers. Minbarra li huwa l-president tiegħi huwa wkoll ħabib li tista' ssibu f 'kull problema li tiltaqa' magħha anki jekk barra l-futbol. Induru issa għat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena fejn int għal bosta logħbiet kellek l-irwol ta' captain. X'kienet l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim? Li tilgħab għan-nazzjonal huwa dejjem sabiħ f 'kull età. Taħt il- 21 sena kellna riżultati pożittivi ħafna. Għalkemm tlift xi logħob minħabba sospensjoni, ninsab onorat li kont il-captain tat-tim. Huwa perjodu li jiġi darba f 'ħajtek u trid tgawdih kemm tista'. Kif għenek il-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia tul il-karriera tiegħek? Il-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia qabel it-21s kont diġà ħdimt miegħu meta kien kowċ tas-Sliema u minkejja li kien għad kelli biss 16- il sena kien jinkludini f 'xi logħbiet. Minbarra l-aspett ta' futbol għeni għal xi ħaġa li forsi nista' nagħmel fil-futur meta tani l-opportunità f 'dawn l-aħħar sentejn li nikkowċja fl-iskola tal-futbol tiegħu. Taspira li tibda tifforma parti mit-tim nazzjonali tal-kbar taħt it-tmexxija ta' Pietro Ghedin? Kull plejer jaspira li jkun parti mill-iskwadra nazzjonali, ikun min ikun il-kowċ. Il-futbol Malti marid? Hemm perċezzjoni li l-futbol Malti huwa marid. Jien nipprova ma naħlix ħin naħseb fuq hekk. Nispera però li mhuwiex. Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta? Jekk tiġini l-opportunità li mmur nilgħab barra neħodha però nammetti li qatt ma ppruvajt. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Il-futur ma tistax tippjanah minħabba ċerti affarijiet li jiġru li ma jkunux jiddependu minnek. Trid tkun dejjem lest u ppreparat u tagħti l-mija fil-mija tiegħek dejjem. SPORTSillum Mark Scerri – il-futboler li dejjem wera lealtà assoluta lejn Sliema Wanderers fejn ilu jilgħab magħhom saħansitra mill-età tenera ta' 6 snin u li dejjem kellu wirjiet mill-aqwa mal-istess tim. "Kull plejer jaspira li jkun parti mill- iskwadra nazzjonali, ikun min ikun il- kowċ" "Hemm perċezzjoni li l-futbol Malti huwa marid. Jien nipprova ma naħlix ħin naħseb fuq hekk. Nispera però li mhuwiex" Lealtà assoluta lejn CRISTIAN ANTONY MUSCAT Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015