Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 9 investigaturi Il-mod kif instab il-katavru tal-anzjan, kien hemm teżi li Cini seta' b'xi mod ikkawża l-mewt tiegħu stess billi pprova jesperimenta xi ħaġa biex jeċita lilu nnifsu sesswalment. Iżda l-investigaturi ma setgħux lanqas jevitaw it- teżi li din ix-xena nħolqot mill-qattiel stess biex ifixkel lill-investigaturi billi wara li qatel lill-anzjan niżżillu l-qalziet u ħoloq xena li seta' jagħti x'jifhem li l-mewt kienet waħda aċċidentali u l-investigazzjonijiet jieqfu hemm. Taqlib u diżordni fid-dar tal-anzjan Wara li l-Pulizija kellhom identifikazzjoni ċerta min huwa l-vittma, bħala rutina marru jagħmlu tfittxija fir- residenza tiegħu. Fil-preżenza tal-Maġistrat Inkwerenti, Dr Silvio Meli, illum Imħallef, il-Pulizija għamlu tfittxija fuq il-katavru biex jaraw isibux il-muftieħ tad-dar tiegħu minħabba suspett li l-anzjan nqatel għax il-qattiel jew qattiela ħasbu li Cini seta' kellu xi somma flus moħbija fid-dar. Għaldaqstant il-Pulizija marru fir-residenza tiegħu li fi Triq l-Imdina. Illum id-dar ta' Grezzju Cini twaqqgħet u minflok hemm negozju li nfetaħ ftit tas-snin ilu. Kif waslu fuq il-post, il- Pulizija sabu li l-bieb ta' barra ma kienx imsakkar sew u kif daħlu sabu taqlib f 'diversi kmamar. B'hekk is-suspett li Cini nqatel biex jinsteraq beda jagħmel aktar sens. Iżda meta l-investigaturi tkellmu ma' nies qrib tal-vittma li kienu jafuh sew irriżulta li t-taqlib kien xi ħaġa normali tant li anke nstab qxur ta' frott fl-art li kien jarmi l-istess anzjan. Fid-dar tiegħu Cini kien iżomm ukoll fniek, tiġieġ, bagħal u xi ħamiem fuq il-bejt. L-annimali ma kellhomx ilma li kien jindika li kienu ilhom xi jiem ma jiġu mitmugħin. Fuq barra, qrib l-għatba, il-Pulizija sabu żewġ ħobżiet xotti li kienu ilhom hemm x'aktarx mill-Ħadd filgħodu meta tpoġġewlu minn dak li jbiegħ il-ħobż fl-inħawi kif kien jagħmel is-soltu. Ir-raġuni li kien ħallielu żewġ ħobżiet kienet li l-bejjiegħ tal-ħobż ma kienx imur nhar ta' Tnejn u għaldaqstant kien ħalla waħda għall-Ħadd u l-oħra għat-Tnejn. Fil-fatt meta nhar it-Tlieta, 9 ta' Awwissu 1994 l-istess furnar mar bil-ħobż frisk kien informat b'dak li kien seħħ. Misruq tliet darbiet Grezzju Cini kien diġà safa vittma ta' ħallelin tliet darbiet fi spazju ta' tliet xhur qabel ma nstab mejjet. Persuni mhux magħrufin kienu daħlulu f 'daru u kull darba dan sar meta Cini kien ikun fl-għalqa. Minkejja dawn ir-reati, il-Pulizija kienu skartaw li l-mottiv tal-qtil kien biex ikun misruq. Meta l-investigaturi għamlu tfittxija fid-dar tal-anzjan għal xi traċċi jew kull tip ta' evidenza li setgħu jkunu ta' għajnuna fl-istħarriġ tagħhom, taħt is-sodda kienu sabu żewġt isnieter, ammont ta' flus u oġġetti personali. Flus fil-bank u kuntratt ta' bejgħ tad-dar Bħala parti mill- investigazzjoni tal-Pulizija, dawn raw jekk kienx hemm xi interessi ulterjuri għalfejn xi ħadd ried lil Grezzju Cini mejjet. Għaldaqstant il-Pulizija kienu eżaminaw il-kontijiet u kuntratti li kien għamel Grezzju. F'kont bankarju Grezzju kellu madwar Lm13,000 (aktar minn €30,000) depożitati, filwaqt li kien għamel il-kuntratt għar-residenza tiegħu xi snin qabel. L-għelieqi li kellu ma kinux tiegħu u kienu għandu bħala qbiela. Eżamijiet fuq it-tape li nstab marbut mal-vittma Mingħajr ebda ħjiel ta' xejn, l-investigaturi, flimkien mal- Uffiċjali tax-Xena tar-Reat, tefgħu l-piż tal-istħarriġ tagħhom fuq it-tape li nstab madwar ras il-vittma. Il-Pulizija avviċinaw l-aġenti kollha f 'Malta li jġibu kull tip ta' tape, iżda ħadd minnhom ma kien f 'pożizzjoni li jikkonferma minn fejn inxtara jew mil- liema pajjiż kien importat minnu. Għaldaqstant kienu waslu f 'konklużjoni li dan it-tape ma kienx inxtara minn Malta. Ma kienx eskluż li t-tape kien inġieb f 'pajjiżna minn xi ħadd li għamel xi żmien jgħix barra minn Malta u kien ġab miegħu xi rollijiet. L-investigaturi komplew jiflu aktar fil-fond u avviċinaw kumpaniji oħrajn li b'xi mod jużaw dak it-tape b'mod kummerċjali l-aktar biex jippakkjaw xi kaxxi. Fost dawn il-Pulizija tkellmu ma' rappreżentanti tal-Freeport, il-Medserv u t-Tarznari li forsi setgħu ġew f 'kuntatt ma' dan it-tape. Iżda minkejja l-istħarriġ intensiv, ma rriżulta xejn pożittiv u l-Pulizija sabu ruħhom fi sqaq. Għaldaqstant l-investigaturi daru għall-kollegi tagħhom barra minn Malta fejn saru kuntatti ma' diversi Pulizija f 'pajjiżi differenti fosthom fl-Istati Uniti tal-Amerika. Biċċiet minn dan it-tape ntbagħtu wkoll f 'laboratorju fil-Ġermanja biex forsi jkun magħruf l-oriġini tiegħu kif ukoll jekk forsi b'xi mod ikunu elevati xi traċċi minn fuqu li setgħu jitfgħu xaqq ta' dawl fuq dan l-omiċidju. Kull tentattiv iżda ma ħalla l-ebda ħjiel li b'xi mod ikun solvut dan il-qtil. L-eks-Supretendent Anġlu Farrugia L-Ispeaker tal-Kamra tad- Deputati, Anġlu Farrugia, fl-1994 kien Supretendent tal-Pulizija u kien fost l-investigaturi fil-qtil ta' Grezzju Cini. Meta kont kellimt lil Dr Farrugia fl-uffiċċju tiegħu fil- Mosta, kien qalli li l-post fejn instab il-katavru ta' Grezzju Cini kien viċin ħafna ta' żona residenzjali u l-Pulizija qatt ma eskludew li kien hemm xi ħadd fil-viċin li seta' sema' xi ħaġa. Anġlu Farrugia kien esprima l-opinjoni tiegħu li l-qtil ta' Cini ma twettaqx minn persuna waħda u li fih kienu ħadu sehem bejn tnejn u tliet persuni. Il-qtil sar minn xi ħadd li jaf sew l-inħawi u kien jaf fejn kien imur Grezzju kuljum. Dr Farrugia kien qalli li l-Pulizija kellhom xi persuni suspettużi, iżda mhux biżżejjed provi biex persuna jew persuni jkunu akkużati. Huwa jemmen li b'dak li għandha f 'idejha l-Pulizija u bix-xjenza forensika tal-lum, fejn jistgħu jsiru eżamijiet tad-DNA, dan il-każ jista' jiġi solvut. Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Bibljoteka Nazzjonali/John Pisani Carmelo Ciappara - kien hu li sab li zijuh mejjet. Ciappara wkoll tilef ħajtu traġikament f'Jannar 2000 'Ħ'Attard fl-1994 n-neputi marbut taħt ħarruba Il-Pulizija tad-DIK jidhru deħlin min-naħa ta' wara tad-dar ta' Grezzju Cini. Fuq il-lemin Frans Cini, ħu l-vittma "Il-mod kif instab il-katavru tal-anzjan, kien hemm teżi li Cini seta' b'xi mod ikkawża l-mewt tiegħu stess billi pprova jesperimenta xi ħaġa biex jeċita lilu nnifsu sesswalment"