Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
12 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 FIRRABA' tmiem il- ġimgħa ta' Marzu Għawdex se jmur lura fiż-żmien. Permezz tal-folklor li jiġi organizzat f 'erba' postijiet differenti, f 'erbat ijiem wara xulxin Għawdex se jagħti bixra ta' kif kienu jgħixu, jilbsu u jiddevertu l-Għawdxin tal-passat. Għall-ewwel darba ġew imlaqqa' sitt folk groups taħt kappa waħda fejn se jagħtu wirjiet li għandhom jiddevertu mhux biss l-Għawdxin iżda wkoll lit-turisti Maltin u barranin. Speċjalment li f 'dik it-tmiem il-ġimgħa hemm l-iskema ta' vjaġġar nofs prezz bejn Malta u Għawdex. L-Assoċjazzjoni tal- Organizzazzjonijiet mhux Governattivi f 'Għawdex (l-NGOs) b'kollaborazzjoni ma' Ta' Seguna Folk Group, Menhir Qala Folk Group, Tal-Fuklar Folk Traditional Band, Mnarja Folk Group, Fondazzjoni ta' Klula, Għaqda Folkloristika Xagħra, Kunsill Lokali Nadur, Kumitat Amministrattiv Santa Luċija u Heritage Malta se jtellgħu għall-ewwel darba l-Gozo Folk Festival, fid-19, 20, 21 u 22 ta' Marzu, 2015. Dan il-festival se jinkludi esibizzjoni, parata, spettaklu ta' żfin folkloristiku b'mużika 'live' u musical. Dawn l-avvenimenti se jittellgħu f 'postijiet differenti f 'Għawdex li għandhom valur storiku u biex tkompli tinħoloq atmosfera b'tema marbuta mal-folklor. L-għan ta' dan il-festival huwa li jippreżenta attivita' kulturali marbuta mal-wirt ta' Għawdex. Din l-attivita' titrasmetti b'mod mill-aktar ħaj aspetti tradizzjonali mill-ħajja Għawdxija. Mort nitkellem mal- persuni li għamlu dan l-avveniment possibbli, li huma Carmel Zammit u Ryan Mercieca l-president u s-segretarju tal-NGO's f 'Għawdex. Ryan qal, "Din hi l-ewwel darba fl-istorja ta' Għawdex li dawn l-organizzazzjonijiet ingħaqdu taħt kappa waħda u b'għan wieħed biex jippreżentaw l-aspett folkloristiku ta' Għawdex u jippromwovu lill- gżira ta' Għawdex bħala destinazzjoni distinta." Meta staqsejthom jekk is-sitt folk groups humiex l-uniku sitta li hemm f 'Għawdex, qalulna li hemm iżjed iżda setgħu biss jieħdu sehem dawk li huma eliġibbli biss minħabba l-fondi Ewropej, fejn kull folk group irid ikun irreġistrat bħala organizzazzjoni volontarja. Qalulna wkoll li dawn il-folk groups li se jieħdu sehem mhumiex se jitħallsu iżda se jingħataw kostumi ġodda u strumenti ġodda. Se jsir sett ta' 15-il strument magħmulin bl-idejn minn affarijiet organiċi kif kienu jsiru fil-passat u dan għamilhom l-uniku persuna li baqa' fil-gżejjer tagħna li jagħmilhom li hu Peter Paul Farrugia min-Nadur, fejn dawn se jkunu għall-wiri f 'Santa Luċija. Il-wirjiet taż-żfin folkloristiku, il-parati u l-festival se jsiru fi tliet postijiet partikolari li ntagħżlu għal partikolaritajiet tagħhom. Santa Luċija hu post folkloristiku minnu nnifsu b'ambjent tradizzjonali. Iżda interessanti wkoll li hawnhekk twieldet l-ewwel banda folkloristika, jew aħjar l-ewwel kwartett li kien jissejjaħ 'Tad-dudi'. Hu għalhekk li f 'dan ir- raħal se tkun inawgurata l-esibizzjoni tal-folklor nhar San Ġużepp (19 ta' Marzu) filgħodu u l-festival folkloristiku se jsir hawnhekk ukoll is-Sibt filgħaxija. In-Nadur se jagħmel parti wkoll minn dan il- festival fejn barra parata folkloristika mat-toroq se jkun hemm ukoll esibizzjoni ta' żfin mill-grupp Imnarja fil-pjazzetta tar-raħal. Filwaqt li l-Ħadd filgħodu post li tant jiġbed turisti lejh, it-tempji tal-Ġgantija se jkunu t-teatru għal spettaklu folkloristiku li jagħlaq dan 4 ijiem Folk Festival f 'Għawdex Għawdex: Benniena Sitt gruppi folk taħt kappa • waħda minn fondi Ewropej Il-gruppi se jgawdu minn • kostumi u strumenti ġodda Magħżul tmiem il-ġimgħa • twil bl-iskema ta' vjaġġar nofs prezz illum@mediatoday.com.mt John Busuttil