Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 29 SPORTSillum Bidu tal-istaġun mill-aqwa għat-triatleta Keith Galea IĊCHAMPION nazzjonali tat-triathlon Keith Galea kompla fejn ħalla s-sena l-oħra fejn kompla jikseb iktar suċċessi fix-xena lokali. Nhar it-18 ta' Jannar infetaħ l-istaġun tal-Malta Triathlon Federation bl-isprint Duathlon organizzata minn Agones SFC ġewwa Ħal Safi. Din id- Duathlon kienet waħda draft-legal fejn l-atleti setgħu jaħdmu flimkien fuq ir-rota u kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 4.25km, rota ta' 18- il km u tispiċċa b'ġirja oħra ta' 2.25km L-atleta ta' Birkirkara St Joseph mar mill-ewwel fuq quddiem fejn mill-ewwel ipprova jiftaħ vantaġġ. Galea rnexxielu f 'dan l-għan fejn daħal fl-ewwel post fit- tranżizzjoni f 'ħin ta' 15.33, b'vantaġġ ta' 20 sekonda fuq l-eqreb rivali tiegħu. Fuq ir-rota Galea pprova kemm felaħ biex iżid il-vantaġġ li kellu avolja kien riħ qawwi. Madankollu, sieħbu tal-istess klabb, Steve Chetcuti u Fabio Spiteri tal-Agones bdew jaħdmu flimkien biex jilħqu lil Galea. Meta ra dan Galea ddeċieda li jnaqqas mill- veloċità u jħallihom jilħquh. Issa kien hemm grupp ta' tlieta fuq quddiem tat- tellieqa. Galea ddeċieda li jibqa' fil-grupp biex iserraħ saqajh għall-aħħar ġirja għax kien jaf li kellu ġirja aħjar mill-avversarji tiegħu u ħadd ma kien se jilħaqhom allura ma kienx il-punt li jmur fuq quddiem tal-grupp jagħfas. Fl- aħħar ftit metri tar-rota Galea għamel attakk b'saħħtu li ħasad lil Chetcuti u lil Spiteri u rnexxielu jidħol l-ewwel fit- tranżizzjoni. Wara li biddel malajr, Galea beda l-ġirja l-ewwel b'vantaġġ tajjeb u kompla jżid il-pass biex jibni iktar fuq il-vantaġġ li kellu. Grazzi għall-prestazzjoni tajba ħafna fl-aħħar ġirja fejn irreġistra l-aħjar ħin tal-ġurnata, huwa rebaħ l-ewwel tellieqa tiegħu tal-istaġun f 'ħin ta' 55.15. Chetcuti rnexxielu jegħleb l-isfida ta' Spiteri biex spiċċa t-tieni f 'ħin ta' 55.45 għal doppjetta ta' Birkirkara St Joseph. Spiteri spiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 55.58. Qabel din it-tellieqa Galea ħa seħem fit-tielet tellieqa tal-MAAA Road Running League li saret nhar it-3 ta' Jannar f 'Buġibba fuq distanza ta' 10 km. It-temp kien wieħed diffiċli għall- atleti fejn kien riħ qawwi ħafna. Galea kellu prestazzjoni mill-aqwa fejn spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 34.30. Ġimgħa wara d-Duathlon li rebaħ, iċ-champion tat-Triathlon ta' Malta ħa sehem fir-raba' tellieqa tal-MAAA Road Running League li saret ġewwa Ta' Qali fuq distanza ta' 10km. Galea spiċċa fit-tielet post f 'din it-tellieqa f 'ħin ta' 34.02. Grazzi għal dawn iż-żewġ riżultati tajbin, Galea qiegħed fit-tielet post fil- klassifika ġenerali tal-MAAA Road Running League. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea, qal li jinsab ferm sodisfatt bir-riżultati li kiseb. Huwa kuntent għall-mod kif rebaħ id-Duathlon hekk kif l-attakk li għamel fl-aħħar biċċa tar- rota, irriżulta li kienet il-mossa li wittiet għall-ewwel rebħa tal-istaġun. Huwa vera sodisfatt għar-riżultati li kiseb fiż-żewġ 10 km fejn il-prestazzjonijiet kienu ferm aħjar li hu beda jistenna peress li dawn kienu parti mit- taħriġ tiegħu allura ma kienx mistrieħ għalihom. Peress li qed jiffoka iktar fuq il-ġiri minħabba li jrid jilħaq l-aħjar forma għan-Nofs Maratona ta' Malta li se ssir fl-aħħar ta' Frar, ir-riżultati li kiseb fit-tlielaq tal-ġiri juru biċ-ċar li Keith Galea jinsab tabilħaqq fit-triq it-tajba! Intant, Keith Galea, kompla jikkonferma l-forma tajba li għaddej minnha billi rebaħ it-tieni edizzjoni tad-Dingli 10km organizzata minn Savio Athletic Club. L-atleti kellhom jaffaċċjaw korsa vera iebsa b'ħafna tlajja madwar ir-raħal ta' Ħad-Dingli. Kien hemm ukoll riħ qawwi ħafna li għamel l-affarijiet iktar iebsin għall-atleti. Galea għamel l-intenzjonijiet tiegħu ċari billi mar fuq quddiem mill-bidu tat- tellieqa b'pass sostnut. Huwa kien segwit miċ-Champion Nazzjonali (AG 25-29) tat- triathlon tal-Polonja Piotr Yanuchefski. Wara 2km Yanuchegski ma setax ikompli jżomm il-pass ta' Galea u ħallieh waħdu fl-ewwel post. F'dan il-mument Galea ddeċieda li jkompli jagħfas u jipprova jżid il-vantaġġ li kellu. Għal Galea spiċċat tellieqa kontra l-ħin u beda jimmira biex jikser ir-rekord tal-korsa. Huwa rnexxielu jilħaq dan l-għan billi rebaħ it-tellieqa f 'ħin rekord ta' 35.08, sitt minuti aħjar mir-rekord preċedenti. Drew Lang ta' Atleta Pembroke spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 36.46 u fit-tielet post spiċċa t-triatleta Pollakk, Piotr Yanuchefski, f 'ħin ta' 38.58. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea, qal li jinsab sodisfatt ħafna bil- prestazzjoni tiegħu. Huwa jinsab kuntent ħafna bir-rebħa u bil-ħin għax kienet korsa kollha tlajja u r-riħ kien vera qawwi speċjalment meta għadda minn Dingli Cliffs. Huwa kuntent ħafna bil-forma li jinsab għaddej minnha bħalissa u qed iħares b'fiduċja għan-nofs maratona li se ssir ftit tal-jiem oħra. Keith Galea xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm Catalin Stan, lill- ġenituri tiegħu u lill-ġenituri tal-mara, lill-masseur tiegħu Owen Attard, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Malta Challenge Marathon, Starbene 24/7, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill- Kumitat Olimpiku Malti u lill-Kunsill Malti għall-iSport għall-appoġġ kontinwu li jtuh. Fl-aħħar u mhux l-inqas huwa xtaq jirringrazzja lill- mara tiegħu, Elizabeth Galea, tal-appoġġ li tagħtih u tal- paċenzja kontinwa li tieħu! "L-avventura ma' 7 Scogli ppreżentatli sfida ġdida fil-karriera tiegħi" – Stevie Camilleri JEKK kien hemm sportiv Malti li f 'dawn l-aħħar snin għamel isem għal pajjiżna m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief il-player prolifiku tal-waterpolo, Stevie Camilleri. Bħalissa huwa jinsab jilgħab mat- tim minn Sqallija, 7 Scogli, li jimmilita fil-kampjonat Taljan tal-Waterpolo Serie A2 li huwa fuq l-istess livell tal-kampjonat Taljan tal- Futbol tas-Serie B. Kif kien tabilħaqq mistenni huwa qed ikollu staġun mill- aqwa u dan huwa rifless fil- fatt li qed jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers ta' dan il-kampjonat fil-gżira ġara tagħna, Sqallija. ILLUM għamlet kuntatt ma' Stevie Camilleri nnifsu fi Sqallija fejn tana dawn il-kummenti: "Meta lħaqt ftehim biex nilgħab ma' 7 Scogli, ma kontx ċert ta' x'kont qed nistenna. Mhux biss kont qed inbiddel il-klabb wara sitt snin nilgħab għall- istess tim iżda kont ukoll qed niċċaqlaq mill-ogħla diviżjoni Taljana tal- waterpolo – is-Serie A1 għas-Serie A2. Il-format fl-A2 huwa kompletament differenti minn dak utilizzat fl-A1. Fl-A2 hemm 24 tim maqsuma f 'żewġ gruppi – il- Girone Nord u l-Girone Sud. L-ewwel erba' timijiet minn kull grupp jikkwalifikaw għall-playoff fejn fl-aħħar l-aqwa żewġ timijiet ikklassifikati jiġu promossi għas-Serie A1. Ninsab ferm sodisatt bl- istaġun tagħna bħala tim sa issa. Wara bidu diffiċli kellna serje ta' riżultati pożittivi, fosthom rebħa ġewwa darna kontra NT Catania li huwa wieħed mit-timijiet favoriti li jikseb il-promozzjoni għall-A1 fi tmiem l-istaġun. Personalment, ikolli ngħid li sa issa kienet esperjenza li offrieti sfida. Dan hekk kif fl-A2 kull tim jista' jutilizza plejer barrani wieħed biss u għalhekk ikolli sfida quddiemi f 'kull logħba biex insib spazju għax dejjem inkun immarkat strettament mill-plejers avversarji. Għal din ir-raġuni, kelli nadatta ruħi biex nilgħab irwoli differenti fil-logħba tal-waterpolo, xi wħud minnhom għall-ewwel darba fil-karriera tiegħi. Dan għall- ikbar ġid tat-tim tiegħi – 7 Scogli," temm jgħid Stevie Camilleri. Stevie Camilleri -azzjoni ma' 7 Scogli Sqallija Keith Galea -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015