Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 3 ILBIERAĦ, fil-Belt Valletta, quddiem il-Qorti, tkompliet il-kampanja ta' SHout - Spring Hunting Out, il-kampanja li qed taħdem biex telimina darba għal dejjem il-kaċċa fir- rebbiegħa. F'diskors imqanqal, Saviour Balzan, wieħed mill-kelliema ta' SHout, flimkien ma' Moira Delia, Mark Sultana u l-ambaxxatur Kevin Spiteri, Balzan għandha tiġi diskussa l-verità. Mhux il-marketing u l-islogans. "Aħna nirbħu għax għandna l-argumenti, aħna nirbħu għax qed naħdmu għall-ġid ta' kulħadd, jekk jirbaħ l-iva jkun hemm diżastru ambjentali. Hija gidba sfaċċata li l-minoranzi qed jiġu mhedda. Mhux qed ngħidu jien, qed jgħidu Giovanni Bonello, eks Imħallef tal-Qorti, din hija kampanja ta' biża'." Fid-diskors tiegħu Balzan semma li quddiem il-Qorti li kienu miġburin quddiemu kien hemm protesti ħorox minn dawk li jiksru sfaċċatament il-liġi u joqtlu eluf ta' għasafar protetti kull sena. "Safrattant anki weġġgħu ġurnalisti u persuni li huma kontra l-kaċċa f 'dawn il-protesti" qal Balzan. Qal kif fil-Qorti jittellgħu matul is-snin mijiet ta' kaċċaturi talli kisru l-liġi, inkluż min jirrappreżenta lill- kaċċaturi. Balzan qal li kollox hu bbażat fuq eżerċizzju ta' marketing li jipprova juri li l-kaċċa f 'Malta hija xi ħaġa umana. "Il-kaċċaturi urew li mingħalihom ħadd mhu se jinduna li l-marketing waħdu u wċuħ sbieħ mhux biżżejjed biex jikkonvinċu lin-nies. Ikkuppjaw kollox minn fuq kampanji politiċi u taw l-impressjoni li qisu l-kaċċa hija xi ħaġa pożittiva. Il-kaċċa titratta biss azzjoni waħda, qtil u aktar qtil." "Huwa privileġġ antik li wasal iż-żmien li l-poplu jgħid daqshekk – m'hemmx lok għal aktar kaċċa fir-rebbiegħa." Il-kaċċaturi vera mhumiex il-personalitajiet bil-ġlekkijiet imma dawk li joħorġu fil- kampanja armati u lesti biex joqtlu dak kollu li jgħaddi minn fuqhom. Balzan qal li l-kaċċaturi huma dawk li jheddu n-nies u jgħajruhom, dawk li ħarqu l-karozzi u attakkaw djar tan-nies, dawk li użaw il- vjolenza biex iwasslu l-messaġġ tagħhom, dawk li jinsulentaw lin-nies, dawk li ħadu artijiet pubbliċi bħal Miżieb, l-Aħrax u Delimara u għamluhom tagħhom, dawk li nstabu ħatja fil-qorti, dawk li għajru l-Prim Ministri ta' dan il-pajjiż, dawk li tkellmu kontra l-Ewropa u issa qed jifirħu biha. Ix-SHout għandu dawn il- messaġġi importanti: "Tistħux turu lin-nies minn intom, tkomplux tistaħbew wara gimmicks u marketing bix-xinxilli. Uruhom li intom persuni li toħorġu bis-senter u toqtlu l-għasafar. Uruhom li intom nies li ħadtu l-kampanja għalikom. Jekk intom vera favur Malta u l-Ewropa, mela ftakkru li fl-Ewropa m'hemmx kaċċa fir- rebbiegħa. Inħeġġu x-xandir tal-Istat u l-mezzi tax-xandir biex jiftħu d-dibattitu biex naraw il-verità kollha. Il-Kummissjoni elettorali għandha tinforma n-nies dwar kif tivvota. U fl-aħħar il-votant għandu jkun jaf li jekk jivvutaw IVA għall-kaċċa u mhux le, ikunu qed jagħtu l-barka li l-kaċċaturi jagħmlu li jridu u l-ambjent naturali jingħata l-ġenb darba għal dejjem." "Jekk jirbaħ l-'iva' jkun hemm diżastru ambjentali" - SHout Ilbieraħ kompliet il-kampanja SHout f'attività quddiem il-Qorti IVVOTA LE Ritratt: Ray Attard Dan hu reklam bi ħlas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015