Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 FETĦU l-applikazzjonijiet tal-ewwel sejħa tal-Fond għall-Għaqdiet Volontarji. B'kollox, din is-sena ġew ivvutati €900,000 għal dan il-Fond. L-applikazzjonijiet għall-proġetti soċjali jagħlqu fil-5pm tal-10 ta' April. F'konferenza tal-aħbarijiet qabel l-ewwel laqgħa, mal-għaqdiet volontarji interessati li japplikaw il- President ta' Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-fond għall-għaqdiet volontarji għandu tliet għanijiet. Dak li jgħin fit- tisħiħ tal-ġustizzja soċjali billi jħeġġeġ ir-riflessjoni u l-azzjoni tal-volontarjat fil-qasam tas-solidarjetà u l-wens soċjali. Qalet ukoll li l-fond qiegħed hemm biex iwieżen lill-volontarjat fil-ħidma b'risq in-nies vulnerabbli u li jkattar il- koperazzjoni bejn l-għaqdiet volontarji b'risq dawk li l-aktar għandhom bżonn. Il-President spjegat kif il-Malta Community Chest Fund qed taħdem qatigħ b'risq in-nies, ħafna drabi dawk vulnerabbli. Sostniet kif il-Malta Community Chest Fund retta ħafna fit-trasparenza u l-kontabilità f 'għemilha, u dan għaliex flus li jagħti l-poplu jeħtieġ li jkunu kontabbli. Hi tkellmet fuq il-bżonn ta' tiġdid tal- Malta Community Chest Fund, biex b'dan il-mod meta titwaqqaf bħala Fond ikollha personalità legali, u tista' tifrex iktar ħidmietha. L-għotja tal-bastiment Irlandiż Le Aoife lil Malta Bosta Irlandiżi urtati minn kummenti tal-Maltin JOHN PISANI "GRAZZI ta' vapur ta' 36 sena… imma Malta qed tittama li taqsmu l-piż magħna (burden sharing)", "Dik faċli li tagħtuna vapur skadut biex turu solidarjetà. Fl-aħħar mill-aħħar aħna se jkollna nħallsu biex inżommuh jaħdem. Mhux ċajta vapur ta' 36 sena. Li għandna bżonn huwa rilokazzjoni ta' immigranti, mhux vapuri." Kummenti bħal dawn li dehru fuq siti elettroniċi hekk kif tħabbar li l-Gvern Irlandiż se jagħti bħala donazzjoni l-bastiment ta' sorveljanza Le Aoife lill-Gvern Malti, kienu diversi Irlandiżi li ħassewhom urtati. Fil-ġurnal elettroniku Irlandiż – Thejournal. ie - f 'rapport bit-titlu "Tajnihom vapur… imma xi nies f 'Malta ma tantx huma kuntenti bih," ġie rrapportat li d-Dipartiment tad-Difiża Irlandiż kien se jbiegħ dan il-bastiment li ġie dekommissjonat wara 36 sena ta' servizz kif għamel bil-bastiment Lé Emer fl- 2013 li nbiegħ għall-prezz ta' €320,000 f 'irkant li kien sar f 'Cork, fl-Irlanda. Minflok, il-Gvern Irlandiż u dak Malti waslu fi ftehim biex il-bastiment Le Aoife jgħaddi f 'idejn il-Forzi Armati ta' Malta biex jintuża għas-sigurtà fil-Mediterran, l-aktar minħabba l-kriżi tal- immigrazzjoni. Il-kritika dwar dan il- bastiment saret biss minn persuni li kitbu fit-taqsima tal- kummenti fuq sit elettroniku bl-Ingliż hawn Malta u mhux minn xi awtoritajiet Maltin. Fil-fatt il-Ministru għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, irringrazzja lill-Ministru għad-Difiża tal- Irlanda, Simon Coveney, għal din id-donazzjoni. Waqt laqgħa li saret bejn iż- żewġ Ministri ġie diskuss ukoll il-prospetti ta' taħriġ għas- suldati Maltin fl-Irlanda, il- koperazzjoni f 'operazzjonijiet futuri u l-ħidma biex ikompli jitjieb it-tim tat-taħriġ bejn Malta u l-Irlanda għall- Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea fis-Somalja. Il-Ministru Abela qal li din l-għotja tfisser ħafna għal Malta għax sakemm jinxtara bastiment ġdid ta' sorveljanza, il-Le Aoife se jgħin biex jimtela l-vojt f 'dak li għandu x'jaqsam mat-tagħmir marittimu tal-pajjiż. Min-naħa tiegħu l-Ministru Irlandiż Coveney, qal li t-traġedji li ġraw dan l-aħħar fil-Mediterran juru l-bżonn ta' aktar ħidma mill-komunità internazzjonali u għalhekk l-Irlanda lesta tieħu sehem f 'din il-ħidma. Il-bastiment Le Aoife, huwa twil 65 metru u jiżen 1019.5 tunnellata. Dan se jkun l-ikbar bastiment għall-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta. Il-bastiment intuża l-aktar fil-protezzjoni tas-sajd u anke kien iwassal lit-truppi Irlandiżi għall-missjonijiet tal- Ġnus Magħquda. Le Aoife kien għamel żjara f 'Malta fl-2007 u b'kollox baħħar aktar minn 600,000 mil nawtiku. Fond ta' €900,000 biex jgħin fit-tisħiħ tal-ġustizzja soċjali "Faċli li tagħtuna vapur skadut biex turu soldarjetà. Fl-aħħar mill-aħħar aħna se jkollna nħallsu biex inżommuh jaħdem" "Il-President Marie Louise Coleiro Preca tkellmet fuq il-bżonn ta' tiġdid tal-Malta Community Chest Fund, biex b'dan il-mod meta titwaqqaf bħala Fond ikollha personalità legali, u tista' tifrex iktar ħidmietha"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015