Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
GLENN VELLA 1. Li naf dwarhom, minn dak li nsewgi fuq il-mezzi soċjali u l-mezzi tax-xandir l-oħrajn, imma ma nfittixx fuqhom. Naf li huma grupp terroristiku estremista li joqtlu bla ħniena. Bħal f 'kollox l-estremiżmu huwa ħażin u ma naqbilx miegħu. 2. Jgħaddili minn moħħi l-fatt li jinsabu madwar tliet kwarti bogħod minna, imma ma tbeżżagħnix. Għadni nħossni sigur f 'pajjiżna. Jekk jiġri xi ħaġa f 'Malta, hemm imbagħad nibda naraha differenti. M'iniex se nibża' nitla sal-Belt, imma naħsibha darbtejn biex insiefer lejn l-Italja jekk m'għandi xejn ippjanat. 3. Ma nemminx li hemm theddida fuq Malta, għax hi Malta, imma nemmen li nistgħu nbatu minħabba pajjiżi oħra. Ġeografikament, tista' tkun problema, minħabba l-post ċentrali li għandna fil-Mediterran imma xorta ma nemminx li Malta tkun fil-mira prinċipali tagħhom. Kapaċi tkun xi tip ta' strateġija li jgħidu li l-mira hi l-Italja, biex ikunu jistgħu jiddevjaw l-attenzjoni u sseħħ xi ħaġa f 'xi pajjiż ieħor minflok. 10 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 It-theddida tal-grupp terroristiku tkompli toqrob lejn pajjiżna ILGRUPP terroristiku tal-ISIS (Islamic State of Iraq and Syria) jinsab eqreb minn qatt qabel minħabba li ftit ilu, ħabbar li kien ħa l-kontroll ta' xi bliet fil-Libja. Dan il-grupp terroristiku, inissel biża' f 'kull min jara l-atti li jagħmlu li jinfirxu mal-internet, b'atti atroċi ta' vjolenza u qtil brutali ta' ħafna vittmi. Fost dawn, kien hemm il-qtil tal-bdot Ġordaniż li nħaraq ħaj ġo gaġġa, u l-bosta ġurnalisti fost nies oħra li tħanxrilhom għonqhom. L-aktar wieħed riċenti u forsi l-aktar wieħed li ħalla impatt kien il-qtil ta' 21 Kristjan Kopt mill-Eġittu, u r-raġunament wara dan il-qtil, kien it-twemmin tagħhom. It-theddida tal-attakki fuq l-Ewropa tkompli tikber ukoll minħabba l-fatt li lejn tmiem il-filmat tal-qtil ta' dawn l-Eġizzjani, wieħed mill-militanti jidher jipponta lejn il-baħar u jgħid "Ħa nikkonkwistaw Ruma, bir-rieda ta' Allah." Dan il-grupp tal-Istat Iżlamiku rnexxielu jakkwista l-kontroll f 'diversi minn dawn il-bliet Libjani propju minħabba l-kunflitti preżenti fil-pajjiż, b'żewġ gvernijiet imexxu minn żewġ naħat differenti tal-pajjiż. Għaldaqstant, gruppi bħal dawn japprofittaw ruħhom mill-firda li teżisti fil-pajjiż. Hemm ħafna tat- twemmin li l-Libja hi pedina kruċjali biex ikunu jistgħu jitwaqqfu dawn l-estremisti milli jkompli jinfirxu u jagħmlu l-ħsara u għaldaqstant in-Nazzjonijiet Uniti bagħtet rappreżentant speċjali tagħha, Bernardino Leon f 'tentattiv biex jingħaqdu l-partijiet fil-Libja biex jaħdmu flimkien. Dwar dan is-suġġett, il-biża' hi xi ħaġa mifruxa ferm u għaldaqstant staqsejna diversi personalitajiet tliet mistoqsijiet dwar l-ISIS: 1. X'taf dwar l-ISIS? 2. Il-fatt li jinsabu daqshekk viċin Malta jinkwetak? 3. Temmen li hemm theddida għal pajjiżna? WAYNE AQUILINA 1. ISIS tfisser Islamic State of Iraq and Syria u huwa grupp terroristiku li jagħmlu ħafna atroċitajiet. Imxew lejn il-Libja fejn ħatfu diversi bliet. 2. Jinkwetani għad- dinja, u mhux għal Malta. Jekk jattakkaw lill-Italja xorta jinkwetani anka jekk mhux fuq Malta. Attakk terroristiku huwa dejjem xi ħaġa inkwetanti. Jien li naħdem fil-mezzi tax-xandir, nemmen li qed tingħatalhom wisq importanza, l-aktar meta tara l-istess affarijiet kull darba li tiftaħ l-aħbarijiet. L-għan tagħhom huwa li jbeżżgħu, bil-filmati tagħhom qishom ta' xi films tal-biża' bil-baħar imdemmi u bil-mod ta' kif jinfirxu, qed ngħinuhom fl-għan tagħhom. 3. Mhux daqshekk nemmen li hemm theddida għal pajjiżna. Iktar nibża' meta jkun hemm xi każ ta' xi ħadd Malti li jiftaħ in-nar u jaqbad jispara f 'Malta. Nemmen li hemm bżonn li nieħdu ħsieb tal-affarijiet relatati mal-ażil ta' xi immigranti, imma mhux biss. Aggressur jista' jidħollok minn xi pajjiż Ewropew u jagħmillek ħerba. L-aktar meta tgħaddi mill-ajruport qisu xejn mhu xejn. Bħal fil-każ ta' Charlie Hebdo, l-attakkanti kienu Franċiżi stess, u għalhekk, aktar jinkwetani xi fatt hekk. Islamic State u huwa lill-Italja xorta jinkwetani anka jekk mhux fuq Malta. Attakk terroristiku huwa dejjem xi ħaġa inkwetanti. Jien li naħdem fil-mezzi tax-xandir, nemmen li qed tingħatalhom ħażin u ma naqbilx miegħu. 2. Jgħaddili minn moħħi l-fatt li jinsabu madwar M'iniex se nibża' nitla sal-Belt, imma naħsibha darbtejn biex insiefer lejn l-Italja jekk m'għandi xejn għandna fil-Mediterran L-ISIS minn għajnejn