Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
16 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 Il-Punt GĦALKEMM f 'dawn l-aħħar ġranet kien hawn min qed jiddelitta b'allegazzjonijiet negattivi, inveritieri u bla bażi fil-konfront tiegħi, il- ħidma tiegħi bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mis-setturi tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità kompliet għaddejja bl-istess ritmu u għalhekk komplejna l-ħidma tagħna f 'inizjativi li għandhom bżonn dawn is-setturi. Komplejna bis-servizzi f 'Għawdex fejn hemm nuqqas kbir ta' servizzi fil-komunità kemm għall-anzjani u kemm għall-persuni b'diżabilità. Għal xi raġuni r-reġjun t'Għawdex qatt ma kien ta' prijorità għal amministrazzjonijiet preċedenti. Is-Segretarjat Parlamentari mmexxi minni, bħala l-entità responsabbli mill-anzjani fuq skala nazzjonali, din is-sena nieda l-ewwel servizzi ta' kura fit- tul f 'djar privata tal-anzjani f 'Għawdex permezz ta' skema ta' Private Public Partnership. Permezz ta' dan is-servizz, qegħdin inneħħu mill-piż ta' servizzi ta' kura fit-tul fis- swali tal-Isptar t'Għawdex fejn kien qiegħed ikun hemm problemi ta' ffullar. Dan il- Gvern ħaseb biex jindirizza din il-problema propju billi jixtri dawn is-sodod f 'Għawdex b'din l-iskema. Permezz ukoll ta' skema ta' Private Public Partnership ukoll, illum qegħdin noffru s-servizz ta' Respite f 'Għawdex. Ġewwa Villa San Lawrenz, għandna żewġ sodod li jintużaw propju għal dan l-għan. Nemmnu li dan is-servizz huwa wieħed ta' benefiċċju li kapaċi jgħin sabiex wieħed ma jirrikorrix għas- servizzi ta' kura fit-tul. Forsi hawn min tgħaddilu minn rasu li provista ta' żewġ sodod huma ftit, iżda forsi ma jafx li dan is-servizz huwa servizz li għandu turnover qawwi minħabba l-fatt li anzjani ma jistgħux jibbenefikaw iżjed minn tliet ġimgħat minn dan is-servizz. Huwa għalhekk li f 'Malta u Għawdex għandna total ta' madwar 23 sodda biex jintużaw għas-servizz tar-respite. Dan is-servizz diġà għandna domanda qawwija għalih u dan jixhed il-bżonn li kien hawn u li għad hawn. Ma waqafniex hemm. Iddeċidejna li s-servizz tal-commcare nagħmluh ta' standard wieħed fuq bażi nazzjonali. Qabel f 'Għawdex kien hemm servizz ta' commcare bażiku ħafna u limitat ikkumparat ma' dak mogħti f 'Malta. Huwa għalhekk li aħna ħsibna biex is-servizz tal-commcare jissaħħaħ f 'Għawdex ukoll biex jipprovdi l-istess servizzi li jiġu provduti Malta. Apparti minn hekk se nkunu qed nesploraw possibiltajiet kif il-commcare inġenerali nsaħħuħ iżjed għax nemmnu li dan is-servizz huwa effettiv ħafna u għandu impatt fuq id-domanda għas-servizzi ta' kura fit-tul għall-anzjani. Qed ngħid hekk għaliex l-anzjani tagħna jixtiequ jibqgħu ġo djarhom u allura bis-servizz tal-CommCare inkunu nistgħu nżommuhom iktar fil-komunità. Din il-ġimgħa wkoll iffirmajna ftehim mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija u mas- Soċjetà Filarmonika Prekusur tax-Xewkija biex is-sala prinċipali tal-bini tas-Soċjetà Filarmonika jibda jintuża bħala Ċentru għall-Anzjanità Attiva. Dan iċ-ċentru se jkun ukoll bi programm varjat kif għamilna fid-diversi ċentri ta' matul il-jum li hemm imxerrdin ma' Malta u Għawdex. Dakinhar stess żort is-sit fejn se nkunu qegħdin noffru servizz ġdid ieħor f 'Għawdex, is-servizz ta' Night Shelter għall-anzjani f 'Għajnsielem. Dan mistenni jkun miftuħ fi ftit ġimgħat oħra. Ir-riżultati qegħdin hemm. Fir-rapport li ħareġ mill- UNECE Malta avvanzat fil- pożizzjoni tagħha mat-28 pajjiż Ewropew ieħor li kienu inklużi f 'dan ir-rapport. Dawn it-tip ta' riżultati huma xhieda tanġibbli tal-ħidma sħiħa li dan il-Gvern kontinwament għaddej biha fil- qasam tal-anzjani. Ir-rapport huwa ċar fejn juri li Malta qeda tikkumpara ruħha aħjar minn pajjiżi oħra f 'dan il-qasam, qasam tant delikat li huwa ta' prijorità għalina. Huwa għalhekk li qiegħda ssir ħidma bla waqfien f 'dan il-qasam. Rigward djar żgħar fil- komunità għall-persuni b'diżabilità, din il-ġimgħa saħansitra ffirmajna kuntratt għad-dar imsemmija f 'Għawdex li se tkun qed tilqa' madwar 10 residenti b'diżabilità. Apparti minn hekk qed nesploraw il-possibiltajiet kollha sabiex partijiet minn din il-binja jintużaw għal servizzi oħra għal persuni b'diżabilità. Identifikajna sit għall-ewwel lifelong learning hub f 'Għajnsielem, li se jkollu programm biex jgħin il- persuni b'diżabilità jintegraw fid-dinja tax-xogħol u jgħixu ħajja iktar indipendenti. Din il-ġimgħa lestejna wkoll l-istadju ta' kumitat tal-liġi dwar rappreżentanza tal- persuni b'diżabilità f 'diversi bordijiet u awtoritajiet. Nemmnu li l-persuni b'diżabilità għandhom ikunu fil-postijiet tat-teħid tad- deċiżjonijiet u din il-liġi saret proprju għalhekk. Il-ġimgħa d-dieħla mbagħad inkun qiegħda nressaq fil-Parlament il-liġi tal-lingwa tas-sinjali, liġi li se tkun qed tirrikonoxxi l-lingwa Maltija tas-sinjali u tippromwovi l-iżvilupp tagħha. Justyne Caruana hija s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva JUSTYNE CARUANA Allegazzjonijiet negattivi u inveritieri Żona sħiħa f 'Ħal Qormi mixtieqa mit-Time Parking FTIT tal-ġimgħat ilu bħala parti mill-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f 'Ħal Qormi mort inżur xi familji fiż-żona tal-Blat 2, żona residenzjali wara l-bypass tal-iMrieħel. Dawn il-familji kienu kollha kelma waħda, il-problema tal-parking. Mhux li f 'Ħal Qormi ssib ħafna żoni fejn il-parkeġġ mhux problema iżda dawn il-familji tassew għandhom każ ġenwin. Dawn qed jiffaċċjaw sitwazzjoni ta' kuljum fejn mis-6.30am ta' filgħodu sas-6pm ta' filgħaxija ż-żona residenzjali tispiċċa kollha karozzi ta' ħaddiema li jaħdmu fl-akwata, saħansitra b'parkeġġ bejn żewġ garaxxijiet eżatt mal-koxox tal-garaxxijiet, parkeġġ f 'kantunieri u saħansitra mad-dawra ta' ġnien li hemm fiż-żona. Dan kollu jnaqqas l-aċċessibilità għar-residenti u għal kull min irid jagħti servizz fiż-żona fosthom tal-gass li saret dejjem problema biex ikun jista' jdur. Dawn ir- residenti spiċċaw bilkemm jistgħu jmorru jagħmlu xirja matul il-ġurnata għax jekk jinqalgħu minn parkeġġ ma terġax issibu qabel is-6pm. U meta jiġu lura mix-xogħol saret il-qatla ta' dawn ir-residenti għax iridu jispiċċaw jaraw fejn se jipparkjaw, ġeneralment x'imkien 'il bogħod fiż-żona industrijali tal-Imrieħel. Biex tkompli tgħaxxaq mhux l-ewwel darba li spiċċaw ġew immultati r-residenti nfushom minn xi gwardjan lokali għal xi raġuni jew oħra fosthom meta jipparkjaw il-vetturi fir-rampa tal-garaxx u bir-raġun kollu l-gwardjan lokali jagħti ċitazzjoni għax tkun qed tiġi ostakolata l-bankina. Iżda dawn ir- residenti m'għandhomx għażla oħra. Il-ħasra hi li kumpaniji kbar u banek stabbiliti f 'Malta jaħsbu biex jibnu binjiet u uffiċini sbieħ iżda ma ħasbux għall- parkeġġ għall-ħaddiema tagħhom taħt l-art. Dan in-nuqqas ta' ppjanar qed ibatuh biss ir-residenti ta' din iż-żona. Għal din ir-raġuni bħala kunsillier responsabbli mill- periferiji kont ressaqt talba sabiex tiġi kkunsidrata talba għal time parking għal min ma jkunx resident fiż-żona. B'hekk nevitaw sitwazzjoni fejn vetturi li mhux ta' residenti jiġu pparkjati għal ħin twil ħafna bla ma jiċċaqilqu. Iżda bħalissa l-policy tal-gvern hija li t-talbiet ġodda għat-time parking li hemm pendenti jinsabu wieqfa minħabba li hemm diversi talbiet minn kunsilli lokali differenti. Filwaqt li nifhem il-ħsieb tal-gvern però nemmen li kull każ irid jiġi studjat għalih u nemmen li każijiet bħal dawn għandhom jerġgħu jiġu kkunsidrati. Kunsill Lokali ġdid żgur li se jkompli jagħmel pressjoni fuq il-Gvern ċentrali biex każijiet bħal dawn jingħataw widen. B'hekk tassew inkompli nkun vuċi soda f 'isem il-Qriema. Bjorn Azzopardi hu kunsillier lokali u kandidat għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi BJORN AZZOPARDI L-anzjani tagħna jixtiequ jibqgħu ġo djarhom u allura bis-servizz tal-CommCare inkunu nistgħu nżommuhom iktar fil-komunità