Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 17 PROVERBJU adattat l-aktar bħalissa hekk kif fil-11 ta' April li ġej il-poplu se jkun qed jiddeċiedi jekk f 'Malta tibqax il-kaċċa fir-rebbiegħa jew le. Deċiżjoni li hija kompletament f 'idejn il- poplu bla ma l-partiti politiċi jieħdu pożizzjoni jew sehem attiv f 'dan ir-referendum. Madankollu, dan il-proverbju jfakkarni aktar f 'dan il-Gvern u f 'dak ta' qablu għal raġunijiet kemxejn differenti minn xulxin. Għalkemm matul is- snin, il-Gvern Nazzjonalista għamel xita ta' proġetti, investimenti u inizjattivi favur kwalità ta' ħajja aħjar għal kull wieħed u waħda minnha ftit li xejn kien jiftaħar bihom. Fil-fatt, lanqas qatt ma kien jiftaħar xejn b'rixu. Illum għandna Gvern li l-ħin kollu jiftaħar b'rixu sfortunament għal raġunijiet kompletament żbaljati. Nemmen li n-nuqqas ta' ftaħir min-naħa tal- Gvern Nazzjonalista kien għal kollox ħażin u nazzarda ngħid li dan in-nuqqas seta' kkontribwixxa wkoll sabiex il-PN iġarrab l-akbar telfa li qatt ġarrab imma daqstant ieħor ngħid li hu ħażin li jkollok il-Gvern bħal tal-lum li jagħġen l-atroċitajiet u jagħżel konsapevolment li jiftaħar bihom. U l-poplu llum, wara sentejn ta' Gvern Laburista, qegħdin jagħmlu dawn il-mistoqsijiet – Jagħmel sens li l-Prim Ministru Joseph Muscat jiftaħar li ħallas €4.2 miljun lil kumpanija privata minn flus il- poplu Malti meta nhar it-Tlieta li għadda, l-Awditur Ġenerali ħammar wiċċ il-Gvern billi ħareġ fil-beraħ it-tmexxija dgħajfa u n-nuqqas ta' trasparenza tal-Gvern li mexa biha l-Gvern f 'dan l-iskandlu tal-Premier u ta' kif dan il-Gvern ħallas commissions li ma kellhomx jitħallsu? Jagħmel sens li Joseph Muscat jiftaħar bit-trasparenza u l-kontabbilità u joħroġ jiddefendi lill-Ministru Helena Dalli dwar nuqqas ta' osservanza ta' regolamenti meta nhar it-Tlieta li għadda, il-MEPA rrifjutat applikazzjoni biex tissanzjona l-illegalitajiet li saru fil-farmhouse tagħha? Jagħmel sens li Joseph Muscat jiftaħar fuq it-trasparenza biex imbagħad nhar it-Tnejn li għadda l-Ombudsman kien kostrett jiftaħ kawża kontra l-Gvern sabiex jingħata d-dritt li jinvestiga l-promozzjonijiet fl-armata li kienu ngħataw f 'Settembru 2013? Jagħmel sens li Joseph Muscat isejjaħ konferenza tal-aħbarijiet jiftaħar bi traħħis ta' żewġ ċenteżmi fil-petrol u diesel meta rajna l-prezzijiet baxxi li qegħdin igawdu popli Ewropej oħrajn u dan ukoll meta bejn Ġunju u Diċembru li għadda l-prezz internazzjonali taż-żejt niżel minn 100 dollaru l-barmil għal 44 dollaru l-barmil? Jagħmel sens li Joseph Muscat jiftaħar li proprju f 'dan ix-xahar il-powerstation il-ġdida kienet se tkun lesta meta l-poplu Malti llum spiċċa b'xiber imnieħer? Jagħmel sens li Joseph Muscat joqgħod jiftaħar fuq id-drittijiet tal-ħaddiema meta jkollok membri fil-Kabinett li jheddu lill-ħaddiema tagħhom stess jew ikollok ħaddiema bħal, pereżempju, fl-Enemalta li sal-lum ma jafux x'se jkun id-destin tagħhom? Jagħmel sens li Joseph Muscat joqgħod jiftaħar tant fuq is-settur tas-saħħa u wiegħed l-anġli jtiru fis-swali tal-Isptar Mater Dei meta llum ħlief pazjenti fil-kurituri m'hemmx? Jagħmel sens li Joseph Muscat joqgħod jiftaħar li d-dinjità tal-anzjani tiġi l-ewwel u qabel kollox għalih u mbagħad issib li qed ipoġġi anzjani fil-play area miżbugħa bil-karattri ta' Disney fil-Paediatric Day Care fl-Isptar Mater Dei? Jagħmel sens li Joseph Muscat jiftaħar tant li se jeqred il-faqar f 'pajjiżna biex insiru nafu li skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika l-faqar żdied b'6,000 persuna oħra s-sena l-oħra? Dawn huma biss eżempji riċenti ta' dak kollu li Joseph Muscat u l-Gvern tiegħu qegħdin jiftaħru bihom. M'għandix l-ispazju sabiex nelenka dak kollu li smajna, qrajna u rajna f 'dawn l-aħħar sentejn ta' Gvern Laburista iżda joħroġ biċ-ċar li Joseph Muscat għadu ma rrealizzax li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Kemm hu faċli twiegħed l-ilma jiżfen iżda kemm hu aktar diffiċli twettaq dak li tipprietka! Il-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu se jkunu jistgħu biss iwettqu dak li jipprietkaw jekk jintebhu li jrid ikollhom verament pjan serju u roadmap dettaljata u perfetta li tiggwidahom tajjeb – roadmap li sfortunament intilfet fid-9 ta' Marzu 2013. Nispera u nittama biss li dan il-Gvern irrealizza kemm kien żbaljat meta b'ingann kbir ta' x'jifhem lill-poplu Malti u Għawdxi li kellu s-soluzzjoni maġika għal kull problema li teżisti. Jekk mhuwiex se jagħmel dan, sfortunament se jibqa' jkollna Gvern fejn il-livell u l-eleganza tal-proġett ta' Renzo Piano se jwaqqgħu f 'medjokrità bil-monti fin- nofs u bi stalls tal-ħabba gozz; se jibqa' jkollna Gvern fejn l-ambjent ta' madwarna se jbiddlu f 'ambjent maħtuf minn 'tagħna lkoll'; se jibqa' jkollna Gvern fejn minflok settur tas-saħħa modern se jagħtini minflok settur nieqes mill- kura bażika bin-nies imutu fil-kurituri tal-Isptar; se jibqa' jkollna Gvern fejn minflok trasport pubbliku effiċjenti u affordabbli għal kulħadd se jagħtina transport pubbliku biz-zalza Spanjola; se jibqa' jkollna Gvern fejn il-politika ġenwina u onestà tinbidel f 'ċirklu b'Joseph Muscat jibqa' ċass u għajjien quddiem l-abbużi kollha ta' sħabu. Fi żmien tant qasir, Joseph Muscat neża l-maskra li kienet tiġih perfettament qabel l-elezzjoni ġenerali u għandna Joseph Muscat ieħor li qiegħed jiddeludi ħafna nies li sfortunament diġà ntebhu li mhuwiex tal-kelma u li ma tistax tafdah. Imma, sadanittant, erħilu jibqa' jiftaħar b'rixu – xi ħaġa li fiha jibbrilla u jaċċella! Paula Mifsud Bonnici hi President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit u Shadow Minister għall-Politika Soċjali Kif Naħsibha PAULA MIFSUD BONNICI Kull tajra tifraħ b'rixha L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri "Fi żmien tant qasir, Joseph Muscat neża l-maskra li kienet tiġih perfettament qabel l-elezzjoni ġenerali u għandna Joseph Muscat ieħor li qiegħed jiddeludi ħafna nies" Kaċċatur u se nivvota kontra l-kaċċa u kontra dan il-Gvern CARMEL FARRUGIA QRENDI QATT daqs din il-ġimgħa ma kont diżgustat bil- mod kif ġejt trattat. Gvern inuman. U ta' dan niddikjara pubblikament li grazzi għal din l-attitudni fir-referendum tal-11 ta' April li ġej se nivvota biex il-kaċċa tinqata' darba għal dejjem mir- rebbiegħa u kemm indum ħaj ma nivvutax fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Għal dawn l-aħħar 40 sena dejjem kont kaċċatur liċenzjat. Nhar il-Ħamis ta' din il- ġimgħa se jibqa' mmarkat f 'moħħi bħala jum iswed. Irċivejt ittra d-dar li fiha l-Gvern, permezz tas- Segretarjat Parlamentari għall- Biedja u s-Sajd innotifikani li weħilt multa amministrattiva ta' €75 għal kull liċenzja ġenerali (Carnet de Chasse) li ma rritornajtx. Dan meta qatt ma rċevejt xi notifika biex nagħmel dan: la mill-Gvern, la mill-kumpanija tal-assikurazzjoni u lanqas mill-entità li suppost taħdem favur l-interess tal-kaċċaturi. Fi snin preċedenti kont b'xi mod nara xi avviż f 'gazzetta bil-Malti, u ninduna li wasal iż-żmien biex nippreżenta l-Carnet de Chasse fl-uffiċċju indikat. Imma din is-sena ma kienx il-każ. Minkejja li ċempilt lis- Segretarjat Parlamentari għall- Biedja u s-Sajd u spjegajtilhom li fil-jiem inpartikolari kont ma niflaħx u qed nieħu kura, xorta waħda bqajt mingħajr soluzzjoni. Gvern diżgustanti. Kellu raġun is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said li din il-ġimgħa fil-Parlament staqsa lill-Gvern l-għala introduċa taxxa ġdida ta' €20 fuq kull kaċċatur. Minkejja li l-gvern qed jgħid li din mhix taxxa, il-verità hi li fejn qabel wieħed ma kien iħallas l-ebda ċenteżmu biex jiġbor il-Carnet de Chasse, issa wieħed irid iħallas. Qatt ma stennejt li dan se ngħaddi minnu, wisq anqas taħt gvern li dejjem ħdimt għalih.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015