Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

JOHN PISANI DIN il-ġimgħa kellu jsir irkant ta' aktar minn 700 arma tan-nar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija imma dan l-irkant twaqqaf wara li l-Qorti laqgħet mandat ta' inibizzjoni. Staqsejna lill-Korp tal-Pulizija kemm hemm minn dawn l-armi ntużaw f 'reati kriminali. Jirriżulta li l-ebda arma li kellha tiġi rkantata ma ntużat f 'xi omiċidju, hold-ups jew reati li fihom kienu feruti serjament xi persuni. Il-Korp tal-Pulizija qalulna li l-armi li se jkunu rkantanti li b'xi mod ġew issekwestrati b'konnessjoni ma' xi reat, huma f 'każi ambjentali, theddid, ma kinux liċenzjati u reati oħrajn simili. Minn dawn hemm 140 senter li kienu involuti f 'xi tip ta' reat kriminali u għalhekk ġew issekwestrati. Hemm ukoll 125 air-rifle u 67 air-pistols li ġew issekwestrati. Mill-140 senter, 67 minnhom huma tal-kaċċa. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu li hekk kif l-armi tpoġġew għall-wiri u l-pubbliku kien mistieden biex imur jarahom, kien hemm lil min sema' li xi wħud jgħidu li għarfu l-arma li kienet tagħhom fil-passat u li kienet issekwestrata mill- Pulizija. Dawn l-individwi dehru juru interess kbir fl- arma tagħhom u li kienu lesti jixtruha lura. L-iktar arma antika li hemm għall-irkant hija Montenegrini li tmur lura għas-sena 1910. Għall-bejgħ se jkun hemm rifles ta' żmien il-gwerra li kienu jintużaw mill-Ġermaniżi. Dawn kienu qed jinżammu fl-armeriji tal-Pulizija u qatt ma ntużaw mill-Pulizija. Dan l-irkant, meta jsir, mistenni jiġbed kollezzjonisti tal-armi biex jakkwistaw armi antiki u li ħafna jqisu li għandhom preġju enormi u dan minħabba l-fatt li wħud minn dawn l-armi kienu jagħmlu użu minnhom il- Pulizija. F'Malta hawn aktar minn 90,000 arma tan-nar reġistrata, li ma jinkludux l-armi li huma proprjetà tal-Korp tal-Pulizija. Uħud mill-armi jinsabu għand ftit aktar minn 1,200 persuna liċenzjati bħala kollezzjonisti tal-armi. Minbarra l-madwar 700 arma, il-Korp se jirkanta wkoll madwar 120 vettura u bċejjeċ tal-baħar. Fost dawn hemm vetturi tal-Pulizija, vetturi li nħatfu mill-Pulizija fosthom numru ta' karozzi, muturi u spare parts. L-irkant, li kien se jitmexxa mill-kumpanija tal-irkantaturi Obelisk, ġie sospiż wara li l-Qorti laqgħet temporanjament mandat ta' inibizzjoni mressaq mill- Assoċjazzjoni tal-Pulizija u żewġ uffiċjali pubbliċi li pprotestaw minħabba li skont il-liġi - bħala ħaddiema taċ-ċivil - ma jistgħux jieħdu sehem fl-irkant. Fil-mandat, l-Assoċjazzjoni u ż-żewġ uffiċjali pubbliċi - Malcolm Bondin u Frankie Sammut - argumentaw li huma xtaqu jieħdu sehem fl-irkant, iżda qegħdin ikunu mċaħħdin, sempliċiment għax huma uffiċjali pubbliċi. Qalu li ppruvaw jevitaw li jmorru l-Qorti, iżda l-isforzi kollha rriżultaw fin-negattiv. 6 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 L-armi li kellhom jinbiegħu bl-irkant CAREER OPPORTUNITY e Malta Environment and Planning Authority is committed to ensure that land use and the protection of the environment meet the needs of today's society and future communities. PLANNING TECHNICIAN/S e role requires a person who would be providing technical support in the processing of Development Planning Applications. Applicants must be in possession of: - Qualications: Secondary level education with four passes at 'O' level including Maltese, English and a technical subject or equivalent qualications, and preferably having obtained Higher Certicate in Land Administration (Planning), or Diploma in Construction and the Built Environment. Good understanding of the planning process. - Skills: Interpersonal, report writing, communication and data collection and analysis skills and preferably computer literate. - Experience of development control or survey work, analysis and interpretation of data, or of one of the Planning Directorate's specialised areas of work, and of working with professionals in a planning's / architect's oce for 2 - 3 years. Interested candidates are advised to submit their application quoting ETC number, together with a detailed curriculum vitae by Sunday 8 th March 2015 to : e Human Resources Manager Malta Environment and Planning Authority Ref: Planning Technician ETC Permit No 21 / 2015 via email on jobapplications@mepa.org.mt For further information visit our website: www.mepa.org.mt/org-current-openings-at-mepa. Ewropa tan-nazzjonijiet u mhux soluzzjoni federali ALFRED Sant qal lill- Parlament Ewropew li l-popli Ewropej iridu Ewropa tan-nazzjonijiet, ma jridux soluzzjoni federali. L-isfida hi kif se nirrispettaw dak li jridu l-popli, waqt li nissodisfaw il-ħtiġijiet ta' għaqda monetarja effettiva bejn nazzjonijiet demokratiċi. L-isfida tista' tintlaqa' biss bl-iżvilupp ta' strutturi konfederali fiż-żona ewro, qal l-Ewroparlamentari Laburista. Sant qal li wħud fostna hawn jaraw dan biss bħala teorija. Jippreferu titjib fil- governanza ekonomika li diġà ssostni l-istrutturi eżistenti ta' tmexxija. Fl-aħħar snin iż-żona tal-ewro ġarrbet riċessjoni li ħarġet fil-beraħ in- nuqqasijiet fl-istrutturi tagħha. Iddaħħlu arranġamenti biex isostnuha u jżommuha kompetittiva fil-qafas tal- globalizzazzjoni. Fi ħdan l-għaqda monetarja jonqosna mekkaniżmu fiskali ċentrali li jwieżen diverġenzi bejn iċ-ċentru u l-periferija billi jittrasferixxi riżorsi miċ-ċentru lejn il-periferija. Qal ukoll li kellhom ikunu interventi mill-Bank Ċentrali Ewropew li x'aktarx imorru lil hinn mill-qafas legali tiegħu li salvaw lill-unjoni monetarja mill-paraliżi. Ironikament il- mexxejja tal-Bank, li mhumiex eletti, sejħu għal aktar żviluppi politiċi li jagħmlu l-unjoni monetarja adatta aktar għall- għanijiet tagħha. Sant temm id-diskors tiegħu billi fakkar li l-Konvenzjoni Ewropea ta' xi tnax-il sena ilu kellha tfassal kostituzzjoni għall-Ewropa li ġiet miċħuda mill-istess pajjiżi Ewropej li kienu favur għaqda dejjem eqreb fl-Ewropa. Sadattant kienet twaqqfet għaqda monetarja fin-nuqqas ta' għaqda ekonomika li ġarret fiha diverġenzi ekonomiċi kbar bejn l-istati membri tagħha. L-ebda waħda ma ntużat fi qtil jew hold-ups "Il-Bank Ċentrali Ewropew kien dak li salva l-unjoni monetarja mill-paraliżi" Uħud għarfu l-arma li kienet tagħhom u kienet issekwestrata u bdew juru interess kbir li jixtruha lura

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015