Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt H ekk kif nhar il- Ġimgħa tħabbar li l-Knisja f 'Malta għandha ragħaj spiritwali ġdid bil-ħatra tal-Isqof Charles Scicluna bħala Arċisqof ta' Malta, ħafna kienu dawk li kkummentaw li din il-bxara kienet mistennija u li ma kinux sorpriżi. Scicluna ħadem għal żmien twil fil-Vatikan u kellu karigi qrib il-Papa Benedittu XVI, meta kien delegat biex imexxi l-investigazzjoni fuq diversi każi ta' abbużi sesswali ta' saċerdoti fuq minorenni jew nisa madwar id-dinja. Fl-aħħar ġimgħat, waqt li kien qed iservi bħala Amministatur Appostoliku wara r-riżenja ta' Pawl Cremona, hu kien ukoll inkarigat mill-Papa Franġisku biex iservi bħala President ta' Kulleġġ speċjali fejn flimkien ma' erba' Kardinali u żewġ Isqfijiet oħra se jistudjaw l-appelli mressqa quddiem il- Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. L-Arċisqof Scicluna, li għandu 55 sena, qed jieħu f 'idejh it- tmexxija tal-Knisja f 'mument fejn matul l-aħħar xhur xirfu numru ta' lmenti minn fost membri tal-kleru li ddikjaraw li hemm bżonn tmexxija ġdida. Kummenti li qajmu diskussjoni sħiħa fil-pajjiż u kritika li kienet primarjament indirizzata lejn it-tmexxija fil-Kurja u dawk li ilhom snin imwaħħlin fl-istess siġġijiet għajr għal xi ċaqliq insinifikanti. Il-ħidma li għandu quddiemu l-Arċisqof mhijiex waħda faċli. Għandu quddiemu soċjetà li matul l-aħħar snin esprimiet ix- xewqa għad-dħul tad-divorzju. Laqgħet mingħajr tlaqliq id-dħul tal-unjoni ċivili għal persuni tal- istess sess filwaqt li l-attendenza tal-fidili fil-Knisja kompliet tonqos u tonqos. Scicluna jrid jara kif se jsib it- triq biex jerġa' jqajjem l-ispirtu fost il-membri tal-kleru. Irid jara kif se jżid l-attendenza fil- ċelebrazzjoni liturġika. Irid jara kif se jsib tarf fil-kwistjonijiet tal-festi fl-ibliet u rħula. Irid jara kif se jagħmel użu aħjar mil- lajċi u jidentifika rwol speċifiku għalihom. Irid jara wkoll kif se jagħmel it-tibdil li ħafna ilhom jgħidu li hemm bżonn fit-tmexxija tal-kurja. Irid jara kif se jindirizza d-defiċit tal- Knisja li preżentement jammonta għal €500,000 defiċit filwaqt li jixpruna l-effiċjenza. Illum il-poplu qed iħares lejn il-Papa Franġisku bħala l-Papa tan-nies. Papa li qed iżomm 'il bogħod mit-tlellix u r-rikkezzi tal-Vatikan. Papa li qed iressaq il-Knisja viċin in-nies u n-nies viċin il-Knisja billi juża lingwaġġ sempliċi u billi ma jibżax jitkellem fuq suġġetti li ta' qablu dejjem żammew pass lura milli jitkellmu fuqhom. Il-Knisja tal-Papa Franġisku hija Knisja sempliċi. Knisja b'messaġġ li taf tagħraf u tifhem is-sofferenzi tal-batut. Knisja li lesta tilqa' fi ħdanha lil kulħadd. Ħafna Maltin u Għawdxin sabu ammirazzjoni lejn il-Papa preżenti għax jaraw fih u t-twemmin tiegħu bħala dak li huma jixtiequ jaraw f 'pajjiżna. L-arċiveskovat ta' Charles J. Scicluna jrid ikun wieħed frisk u 'l bogħod mix-xinxilli. Arċiveskovat li jgħaqqad il-Knisja u dawk kollha li qegħdin fiha u li jagħraf jindirizza t-tibdil sekulari li s-soċjetà Maltija għaddiet u qed tkompli għaddejja minnu. Arċisqof ġdid f 'pajjiż aktar sekulari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015