Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 27 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Tarxien R ........................ 1 Floriana. ......................... 2 FLORIANA kienu l-aħjar tim u għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iscore ta' 2-1 biex b'hekk ikkonsolidaw posthom fir-raba' post tal- klassifika b'21 punt. B'hekk huma komplew ikabbru l-problemi ta' Tarxien Rainbows fit-tentattiv tagħhom li jevitaw ir- relegazzjoni għall-kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Man-nofs siegħa logħob Tarxien Rainbows rebħu penalty meta Emanuel Briffa waqqa' lill-eks player ta' Mosta Alexander Cini fil-kaxxa u r-referee Sandro Spiteri fuq senjalazzjoni tal-assistant referee Duncan Sultana pponta lejn il-penalty spot, fost il-protesti ferventi tal-players u l-partitarji tal-Greens. Mill-11- il metru nkariga ruħu Triston Caruana li ma żbaljax. Iżda r-Rainbows ma tantx damu jifirħu hekk kif erba' minuti biss wara Floriana ġabu l-iscore ndaqs meta Amadou Samb krossja l-ballun fil-baxx, u Manuel Bonaque Acevedo fit-tentattiv tiegħu li jikklerja l-ballun tefa' l-ballun fil-lasta tiegħu stess biex b'hekk rajna auto-goal sfortunat. Fid-59 minuta Eduardo Vallecillo Casado impenja lil Matthew Calleja Cremona permezz ta' freekick dirett bl- eks goalkeeper ta' Pembroke Athleta jdawwar f 'corner b'mod spettakolari. Fit-58 minuta r-Rainbows ħolqu l-periklu meta Jose Angel Godar Pereira għadda tajjeb lejn Mouhamed Soly li mit-tentattiv tiegħu ra x-xutt tiegħu jaħbat max-xibka minn barra. Fit-83 minuta Floriana marru fil-vantaġġ meta Vito Plut krossja tajjeb lejn Amadou Samb li mill-viċin tefa' ġewwa biex tefa' lill- partitarji tal-Greens preżenti fil-Victor Tedesco Stadium fil- Ħamrun, f 'delirju ta' ferħ. Fid- 90 minuta Tarxien Rainbows spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom il-player mis-Senegall, Mouhamed Soly, wara ġest xejn sportiv fil-konfront ta' players ta' Floriana. Tarxien - Mintoff, Bugeja, Caruana, Aboulezz (Farrugia 89'), Vallecillo Casado, Godar Pereira, Hevia Menendez, Grech, Cini, Soly, Bonaque Acevedo (Yepes Roda 85') Floriana - Calleja Cremona, Moreira Cobo, Marcelina, Pisani, Clyde Borg (Galea 80'), Plut, Conor Borg, Briffa, Samb, Muir (Coronado 54'), Micallef (Farrugia 75') Referi - Sandro Spiteri MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Naxxar L ........................ 1 Balzan. .......................... 2 BALZAN irritornaw għar- rebħ meta dawru telfa f 'rebħa fil-konfront kontra Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-1 biex b'hekk komplew isaħħu l-aspirazzjonijiet tagħhom li jirnexxielhom jiksbu post fl-Ewropa. Lanqas kienet għaddiet biss minuta meta Naxxar Lions rebħu penalty hekk kif Elkin Orlando Serrano Valero waqqa' lil Terence Vella fil-kaxxa u b'hekk ir-referee Marco Borg ordna penalty, li minnu nkariga ruħu l-player internazzjonali Terence Vella li ma żbaljax. Fl-34 minuta freekick ta' Gilmar da Silva Ribeiro stampa ġie mdawwar f 'corner mill-goalkeeper Għawdxi Steve Sultana bl-għajnuna tal-mimduda. Żewġ minuti biss wara Oscar Dario Guerrero minn freecick għadda tajjeb lejn Jean Pierre Mifsud Triganza li ra x-xutt tiegħu bid-dawra jiġi milqugħ mill-goalkeeper avversarju u mir-rebound, Elkin Orlando Serrano Vallero ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal- mimduda. Fl-44 minuta Balzan rebħu penalty meta Andrew Scicluna waqqa' lill-player Montenegrin, Bojan Kaljevic, u mill-11-il metru inkariga ruħu l-istess player li ngħaqad ma' Balzan mingħand Mosta f 'Jannar li għadda, li ma żbaljax, biex ġab l-iscore indaqs. Fit-53 minuta Balzan kienu sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta xutt ta' Bojan Kaljevic minn tarf il-kaxxa stampa mal-mimduda. Fis-60 minuta, xutt ta' Frank Temile għal Naxxar Lions ġie mdawwar f 'corner mill- goalkeeper Steve Sultana f 'corner. Fit-82 minuta Balzan marru fil-vantaġġ meta Bojan Kaljevic għadda tajjeb lejn Oscar Dario Guerrero, li b'sengħa kbira minn ġol-kaxxa tefa' wara Julian Azzopardi u lill-partitarji Balzanin f 'delirju ta' ferħ. Fis-86 minuta Naxxar Lions resqu qrib li jġibu l-iscore indaqs meta Jorge Santos Silva ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ tajjeb minn Steve Sultana. Naxxar - Azzopardi, Scicluna, Edet, Temile (Doffo 75'), Vella, Del Negro, Falzon (Bonnici 85'), Da Silva Ribeiro, Buhagiar, Santos Silva, Bruce Balzan - Sultana, Grioli, Grima (Agius 75'), Guerrero, Bilbao Zarate, Bezzina, Kaljevic, Osa Guobadia, Brincat (Arab 72'), Mifsud Triganza (Darmanin 71'), Serrano Valero Referi - Marco Borg ALEXANDER CINI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Għalkemm lagħab mat-tim li spiċċa fuq in-naħa telliefa kien l-aħjar plejer fil-grawnd Kellu esperjenza ta' suċċess ma' Mosta fil-passat riċenti GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil Qabel Naxxar Lions lagħab ma' Bangu fil-Kampjonat Carioca 1 fil-Brażil KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 26 60 Manchester City 26 55 Manchester United 27 50 Arsenal 26 48 Southampton 27 46 Liverpool 26 45 Tottenham H. 26 44 Swansea City 27 40 West Ham United 27 39 Stoke City 27 39 Newcastle United 27 35 Crystal Palace 27 30 West B. Albion 27 30 Everton 26 28 Hull City 27 26 Sunderland 27 25 Queens P.Rangers 26 22 Burnley 27 22 Aston Villa 27 22 Leicester City 26 18 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 24 36 Birkirkara 23 25 Valletta 23 22 Balzan 24 21 Floriana 24 21 Sliema W. 24 18 Mosta 23 14 Pietà H. 23 12 Zebbug R. 24 12 Naxxar L. 24 11 Tarxien R. 24 11 Qormi 23 9 KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE A TIM Tim L PTI Juventus 24 57 Roma 24 48 Napoli 24 45 Lazio 24 40 Fiorentina 24 39 Sampdoria 24 36 Genoa 24 36 Internazionale 24 35 Milan 24 33 Torino 24 33 Palermo 24 33 Sassuolo 24 29 Udinese 23 28 Empoli 24 27 Verona 24 25 Chievo 24 24 Atalanta 24 23 Cagliari 24 20 Cesena 24 16 Parma 23 10 Floriana jerġgħu jirbħu u jkomplu jkabbru l-problemi ta' Tarxien Balzan jirritornaw għar-rebħ billi jdawru telfa f 'rebħa RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 28 ta' Frar West H. Utd. vs Crystal Palace 1-3 Burnley vs Swansea City 0-1 M. United. vs Sunderland 2-0 Newcastle Utd vs Aston Villa 1-0 Stoke City vs Hull City 1-0 West B.Albion vs Southampton 1-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 1 ta' Marzu 13:00 Liverpool vs Man. City 15:05 Arsenal vs Everton Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 1 ta' Marzu 12:30 Cagliari vs Hellas Verona 15:00 Atalanta vs Sampdoria 15:00 Cesena vs Udinese 15:00 Palermo vs Empoli 15:00 Sassuolo vs Lazio 18:00 Inter vs Fiorentina 20:45 Torino vs Napoli It-Tnejn 2 ta' Marzu 20:45 Roma vs Juventus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015