Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917
Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kemm ilek li dħalt fix-xena tal-mużika? Nista' ngħid li ilni involuta fix-xena tal-mużika għal dawn l-aħħar ħames snin. Il-mużika minn dejjem kienet għal qalbi, allura ppruvajt nipparteċipa f 'avvenimenti differenti biex nakkwista esperjenza, u fl-istess ħin inkun qed nagħmel xi ħaġa li nieħu gost biha. Iddoqq xi strumenti mużikali? Iva, ilni mill-età ta' seba' snin indoqq il-pjanu. Nista' ngħid li dak kien il-bażi li kelli bżonn biex nibda nkanta. Liem kien l-ewwel avveniment ta' skala kbira li pparteċipajt fih? Wieħed mill-avvenimenti li nibqa' ngħożż tul il-karriera tiegħi, u li nista' ngħid kien il-bidu tal-karriera tal-kant, hi l-partecipazzjoni tiegħi fil-kunċert ta' Joseph Calleja fl-2010. Apparti li kont nagħmel parti mill-kor tat-tfal, dik is-sena fl-istess kunċert kelli x-xorti li nintgħażel flimkien ma' żewġ kantanti oħra bħala waħda mis-solisti għal waħda mill-kanzunetti li l-kor kellu jkanta waqt l-istess kunċert. L-esperjenza tiegħek fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza Fl-2013 ħadt sehem għall- ewwel darba fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza, u kienet l-ewwel esperjenza tiegħi f 'kompetizzjoni b'diska oriġinali bil-Malti. Il-kanzunetta 'Riflessi', b'lirika ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Mark Scicluna, tibqa' waħda mill-favoriti tiegħi. Kien sajf impenjattiv ħafna minħabba l-preparamenti li kien hemm involuti, imma nista' ngħid li kienet esperjenza sabiħa ħafna, u nispera li jerġa' jkolli opportunità oħra li nipparteċipa fl-istess kompetizzjoni. L-esperjenza tiegħek bi 12, Baker Street u l-Eurovision? Naħseb li s-sena l-oħra tibqa' waħda importanti ħafna fil- karriera mużikali tiegħi. Fl-2012 kelli l-opportunità li nkun waħda mill-backing vocalists mal-kantanta Francesca Borg fejn kienet qed tipparteċipa fil-Malta Eurovision bid-diska 'Take Me Far'. Minn dik is-sena saħħaħt ix-xewqa tiegħi li xi darba għad nipparteċipa bħala solista fl-istess Malta Eurovision. Fortunatament is-sena l-oħra kelli dik ix-xorti. Meta avviċinawni Emil Calleja Bayliss u Jan van Dijck, qatt ma bsart li għad inkun waħda mil-finalisti fil-festival. Nista' ngħid li kienet esperjenza li qatt ma ninsa, speċjalment għax kelli x-xorti li nkanta fuq l-ikbar palk li qatt inbena f 'Malta. It-tim wara d-diska ħadem ħafna, u ninsab kuntenta immens li rnexxielna nagħtu performance tajba. Minn fejn bdiet l-idea ta' Jien Ma Naħdimx? L-awtriċi tal-kanzunetta, Rita Pace avviċinat lill-kompożitur, Mark Scicluna, u qaltlu li għandha kanzunetta b'tema partikolari. Mark ħadem fuq il-mużika, u avviċina lili biex inkantaha. Flimkien iddeċidejna li nissottomettu l-kanzunetta għall-Għanja tal-Poplu. L-esperjenza tiegħek fl- Għanja tal-Poplu? Kienet esperjenza mill- isbaħ. Iltqajt ma' ħafna nies li għandhom għal qalbhom il-mużika Maltija, u għamilt ħbieb ġodda. Kelli l-opportunità wkoll li nkanta akkumpanjata minn mużika live. Kien festival li nista' nsejjaħlu rilassanti għax l-iskop ta' kull parteċipant kien li nieħdu gost flimkien u niċċelebraw is-sbuħija tal- mużika Maltija. X'importanza taħseb li għandu l-Għanja tal-Poplu f 'pajjiżna? F'dawn l-aħħar ftit snin ħadt sehem b'xi mod jew ieħor fl-Għanja tal-Poplu. Nista' ngħid b'sodisfazzjon li l-festival qed jieħu r-rikonoxximent li ħaqqu. Huwa wieħed mill-ftit kompetizzjonijiet li jagħti lok għal mużika purament Maltija. Il-fatt li l-lirika, speċjalment dik b'tema soċjali, tingħata ħafna importanza, kif ukoll il-mużika li tindaqq kollha live, jagħmlu l-festival importanti fil- kalendarju mużikali Malti. X'kien ir-rispons li rċivejt mill-pubbliku għal diska b'messaġġ daqshekk qawwi? Nista' ngħid b'umiltà li l-pubbliku laqa' din id-diska b'mod tajjeb ħafna. Is-suġġett kien wieħed li laqat ħafna nies, u għadni sal-lum, kważi sena wara li rbaħt il-festival, niltaqa' ma' nies li jsemmuli l-kanzunetta u jikkumplimentaw kemm lili kif ukoll lil Rita u Mark għal dak li ħloqna. Inħossni onorata u grata ħafna lejn il-pubbliku tal- appoġġ kollu li tani. Ħolma li għandek fil-qasam tal-ispettaklu? Nixtieq li 'l quddiem naħdem fuq żewġ albums tiegħi personali; wieħed kollu bbażat fuq kanzunetti oriġinali bil-Malti, u ieħor bl-Ingliż b'kanzunetti fuq stil jazz. Tixtieq tieħu l-karriera tal-kant barra minn xtutna? Jekk tiġini l-opportunità, naħseb li iva. Nixtieq ukoll li jkolli ċ-ċans nistudja ġo skola f 'Londra u nispeċjalizza fuq musical theatre. X'inhi l-prijorità tiegħek f 'ħajtek? Bħalissa l-prijorità tiegħi hi li niggradwa bħala interior designer, u nkompli nistudja u naħdem fuq il-karriera tiegħi bħala kantanta. Ħolm għall-futur… Kif diġà semmejt, nixtieq li naħdem fuq l-albums personali tiegħi, imma nixtieq ukoll li xi darba nirrappreżenta lil pajjiżna barra minn Malta. Karen DeBattista għandha 21 sena u toqgħod il-Mosta. Bħalissa hi studenta tal-arti -MCAST u rebħet l-Għanja tal-Poplu tas-sena l-oħra bid-diska Jien Ma Naħdimx. Ħames Minuti li ħloqna. Inħossni onorata u Tixtieq tieħu l-karriera li niggradwa bħala interior Ħames Minuti ma' Karen DeBattista Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Karen DeBattista