Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 WIEĦED mill-omiċidji li qatt investigajt li fih il- vittma jkun għadda minn tbatija kbira, huwa dak ta' Grezzju Cini, għażeb li kellu 75 sena u li kien joqgħod Ħ'Attard. Dan il-qtil brutali seħħ aktar minn 20 sena ilu li sal-lum għadu mhux solvut u huwa wieħed mill-każijiet diffiċli għall-investigaturi. Grezzju Cini kellu karattru deskritt bħala xi ftit stramb imma ħadd qatt ma lmenta kontra tiegħu u qatt ma kien hemm rapport li xi darba dejjaq lil xi ħadd. Huwa kien instab mejjet b'mod mill-aktar kiefer u krudili. Cini raġel kwiet u mistħi tant li kważi ma kien ikellem lil ħadd. Il-qtil tiegħu kien ħasad lil dawk li kienu jafuh sew, fosthom lil ħutu u n-neputijiet tiegħu. X'aktarx kien ilu mejjet tlett ijiem Il-katavru ta' Grezzju Cini kien instab nhar it-Tlieta, 9 ta' Awwissu 1994, iżda jidher li l-anzjan inqatel f 'xi ħin is-Sibt, 6 ta' Awwissu. Fil-fatt kien dakinhar li Grezzju deher l-aħħar ħaj. Is-suspetti li Grezzju nqatel xi jiem qabel qamu kemm minħabba li kien is-Sibt ta' qabel meta kien hemm min rah bilqiegħda fis-2.30pm quddiem id-dar tiegħu fi Triq l-Imdina f 'Ħ'Attard, kif ukoll minħabba s-sħana qawwija, il-katavru kien digà fi stat ta' dekompożizzjoni. Bħal ħafna anzjani, Grezzju kellu r-rutina tiegħu li kien isegwi kważi kuljum. Cini kien imur fl-għalqa tiegħu fi Sqaq tan-Nigret, fl-inħawi tal-barriera magħrufa bħala "Ta' Venven" qrib Wied Incita, f 'Ħ'Attard. X'aktarx li min qatlu kien jaf sew il-passi tiegħu. Mill-evidenza li kienu sabu l-Pulizija minn fuq il-post tad-delitt, jidher li wara xi ħin li Grezzju kien fuq il-post, neħħa l-beritta, għamilha fuq iċ-ċint u poġġa biex jistrieħ taħt siġra tal-ħarrub. Dakinhar kienet ġurnata sħuna ħafna fl-eqqel tas-sajf. Kien hawn li x'aktarx il- qattiel mar minn warajh u tah daqqa b'oġġett iebes fuq in-naħa ta' wara ta' rasu. Mad- daqqa vjolenti, Grezzju storda imma ma ntilifx minn sensih. Dan irriżulta minn ferita li nstabet fuq ras il-vittma. Peress li kien stordut, l-anzjan ma setax jirreżisti. Il-kriminal kien ippreparat biex jekk il-vittma ma jmutx bid-daqqa vjolenti fuq rasu, kien se jagħmel minn kollox biex joqtlu billi jifgaw. Għaldaqstant il-qattiel daħħallu borża tal-plastik f 'rasu, poġġielu wkoll xkora u rabat kollox b'tape wiesa'. Iżda dan ma kienx biżżejjed. Il-qattiel rabatlu jdejh ma' saqajh b'ħabel li wkoll kien imdawwar m'għonqu. Jinstab minn neputi tiegħu Kien għall-ħabta tas-6.30am tad-9 ta' Awwissu 1994 li Carmelo Ciappara, in-neputi ta' Grezzju, mar l-għalqa tiegħu biex isaqqi. Illum din l-għalqa m'għadhiex hemm u minflok hemm bini fosthom stabbilimenti tan-negozju. Kif Ciappara kien għaddej minn ħdejn siġra tal-ħarrub xamm irwejjaħ qawwijin tant li l-ewwel suspetti ta' Ciappara kienu li xi ħadd kien rema xi annimal mejjet u dan kien niten. Meta Carmelo ttawwal, għall-ewwel ma seta' jara xejn, iżda r-riħa kompliet tkun aktar qawwija hekk kif bdiet tgħaddi dik iż-żiffa ta' kmieni filgħodu. Kif kompla jersaq lejn minn fejn kienet ġejja r-riħa tinten induna li l-oġġett suspettuż kien wara tliet tankijiet tal-45 gallun li kienu taħt il-ħarruba. Imma meta ttawwal dak li ra ma kienx annimal, imma xena makabra. Kien katavru li kellu rasu mgħottija u deher li kien marbut. Għall-ewwel Ciappara ma setax jinduna li l-katavru kien dak ta' zijuh Grezzju u minkejja li dak li kien hemm quddiemu kienet xena kerha, il-kurżità għelbitu. Fuq kollox dan il-katavru kien fuq propjetà tiegħu. Meta ttawwal aktar mill-qrib Ciappara għaraf il-ħwejjeġ bħal dawk ta' zijuh. Grezzju kien mitluq wiċċu 'l isfel bi xkora f 'rasu, idejh marbutin u bil-qalziet imniżżel. B'xokk fuqu, Ciappara telaq minn fuq il-post u mar dritt l-Għassa tal-Pulizija ta' Birkirkara fejn informa lill-Pulizija b'dak li kien sab fl-għalqa. Carmelo Ciappara kien ukoll miet b'mod traġiku meta fis-27 ta' Jannar 2000, flimkien ma' żewġ ħaddiema oħrajn – Charles Camenzuli u Joseph Vella Parnis – kienu mietu kawża ta' dħaħen tossiċi meta kienu qegħdin jaħdmu f 'pumping station tad-drenaġġ fiċ-Ċirkewwa. Xena li ħawdet lill- Mill-Qorti Gidmet widint l-għarus tagħha MARA ta' 33 sena ġiet illiberata mill-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sena wara li ammettiet fil-Qorti li gidmet widint is-sieħeb tagħha waqt ġlieda f 'Ottubru li għadda. Il-Qorti semgħet kif dakinhar, l-akkużata, Yvette Grima, ta' 33 sena mill-Fgura, kellha ġlieda mal-għarus tagħha u fid-dagħdigħa tal-mument gidmitlu parti minn widintu u qaċċtithielu. Quddiem il-Maġistrat Carol Peralta, il-mara ammettiet li mingħajr il-ħsieb li toqtol jew li tqiegħed il-ħajja fil-periklu tas-sieħeb tagħha, ikkaġunatlu ferita gravi li ġabitlu mankament jew sfreġju. Minkejja li s-sieħeb ta' Grima, ħafrilha, li kieku hi m'ammettietx, il-każ kontrieha mill-Pulizija kien ikompli minħabba n-natura tal-każ. Fuq ammissjoni, il-Qorti sabet lil Grima ħatja u illiberatha bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena. RAĠEL mill-Marsa ntbagħat erba' snin ħabs wara li ġie misjub ħati li fl-2006 sawwat lill-Avukat Tonio Azzopardi li dak iż- żmien kien l-avukat t'ommu. Il-każ seħħ f 'Lulju tal- 2006, meta Philip Camilleri, ta' 35 sena, mill-Marsa, u missieru, li jismu Philip ukoll u li miet ftit wara f 'inċident tat-traffiku, kienu daħlu fl-uffiċċju tal-Avukat Azzopardi. Il-Qorti semgħet kif kawża tal-inċident, il-vittma soffra ġrieħi ħfief u oħrajn gravi f 'widnejh, u saħansitra sofra diżabilità permanenti f 'widnejh. Il-Maġistrat Marseann Farrugia semgħet kif dak iż-żmien, l-Avukat Azzopardi kien qiegħed jirrappreżenta lil Joyce Camilleri – omm l-akkużat – f 'kawża ċivili kontra l-missier. Fi stadju minnhom kien inqala' diżgwid fuq ċekk u li wara li l-każ ċivili kien spiċċa, l-irġiel marru biex jiġbru xi flus li kellhom depożitati fil-Qorti iżda dawn kienu taħt il-kontroll tal-Avukat Azzopardi. Huwa mifhum li f 'ħin minnhom, l-akkużat u missieru marru sal-uffiċċju tal-avukat u hemmhekk l-irġiel kellhom argument. L-Avukat Azzopardi qal lill-Qorti li dakinhar huwa kienu fl-uffiċċju tiegħu meta l-akkużat u missieru daħlu u ħebbew għalih. Huwa spjega kif matul il-ġlieda huwa sofra madwar 40 daqqa, u li l-parti kbira minnhom kienu f 'rasu. Il-Qorti semgħet kif il-vittma talab lill-akkużati biex jieqfu jsawtuh iżda dawn tal-aħħar injorawh u komplew ituh għal madwar sitt minuti. Esperti tal-Qorti xehdu kif b'konswegenza tal-attakk, il- vittma sofra diżabilità smigħ ta' madwar 21.6%. Intant, l-imputat saħaq li kien l-avukat li kien aggressiv l-ewwel u li hu u missieru kellhom jiddefendu ruħhom minnu. Madankollu l-Qorti qalet li l-verżjoni tal-avukat kienet aktar kredibbli u għalhekk sabet lill-imputat ħati u bagħtitu erba' snin ħabs. Camilleri kien ordnat ukoll li jħallas €1,400 fi spejjeż tal-Qorti. ILMARA ta' Alfred Bugeja "Il-Porporina," ġiet ikkundannata disa' xhur ħabs wara li nstabet ħatja li ppruvat iddaħħal id-droga eroina fil-ħabs f 'par żarbun għal żewġha stess. Helen Bugeja, ta' 47 sena mill-Isla, instabet ħatja li ħbiet l-eroina, liema droga kienet destinata għal Alfred Bugeja minn ħuh stess wara li hi kkonsenjatlu l-par żarbun. Ir-raġel tagħha qiegħed iservi għadd ta' pieni ta' ħabs wara diversi sentenzi. Fil-Qorti ħareġ kif Alfred Bugeja qal lil martu biex tagħti lil ħuh par żarbun u logħob tal-Playstation biex ikun jista' jeħodomlu l-ħabs. Waqt li kienu qed jiġu vverifikati l-oġġetti, gwardjani sabu 2.805 gramma ta' eroina, biżżejjed għal madwar 14-il doża. Id- droga kienu moħbija f 'żewġ pakketti. Meta Helen Bugeja kienet arrestata, l-iskwadra ta' kontra d-droga ma sabet l-ebda droga imma biċċtejn foil, li meta kienu annalizzati, nstabu traċċi ta' eroina. Minkejja dan hi ma nstabitx ħatja li saret reċidiva minħabba li l-Prosekuzzjoni naqqset li tesebixxi s-sentenzi tal-Qorti relatati mas-sentenzi ta' ħtija mogħtija. Minħabba l-gravità tar-reat, il-Qorti kkundannat lil Helen Bugeja disa' xħur ħabs u multa ta' €2,000. Il- Prosekuzzjoni tmexxiet mill- Ispettur Johann Fenech. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Grezzju Cini - ritratt li ttieħed ftit jiem qabel instab mejjet Il-katavru ta' Grezzju Cini qed jinħareġ mill-għalqa Anzjan maqtul brutalment f 'Ħ'Attard Sabu n-neputi Sawwat l-avukat t'ommu Disa' xhur għall-mara tal-Porporina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015