Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Marzu 2015 | illum 15 tipprovdi taħriġ fuq suldati taż- żamma tal-paċi u l-Fillandja b'ikel u mediċini. Għaliex aħna għandna nibqgħu barra? "Aħna nistgħu nkunu mexxejja politiċi li nistgħu niġu segwiti mill- oħrajn. Għax ħadd daqsna ma jaf lil-Libjani. Aħna ġeografikament nafu sew il-problemi ta' dan il- pajjiż. Hemm bżonn li jkollna rwol aktar attiv fejn anke nistgħu nkunu medjaturi bejn iż-żewġ gvernijiet ta' Tobruk u Tripoli għax aħna, nerġa' ntenni, nafuhom sew lil- Libjani." Staqsejt lil Roberta Metsola jekk taħsibx li ntgħażlet bħala shadow minister għax hi mara biex b'hekk ikun hemm speċi ta' bilanċ innovattiv fil-kabinett tad-dell b'ħamest irġiel u b'ħames nisa. "Nemmen li Simon Busuttil għamel lili għal kapaċitajiet tiegħi u mhux għax mara. Iżda hu fatt ukoll li joħroġ messaġġ ċar li l-PN taħt Simon Busuttil fih elementi biżżejjed minfejn jagħżel miż-żewġ ġeneri, maskili u femminili li huma kapaċi biżżejjed biex imexxu." Omm ta' tlett itfal u mgħobbija bil-parlament Ewropew u issa bħala shadow minister, kif jirnexxilha tlaħħaq? "Ir-raġel tiegħi hu partner fl-organizzazzjoni tiegħi fejn inqatta' ħajti bejn Brussell u Malta. Iżda rrid nammetti li l-fatt li qiegħda fil-Parlament Ewropew jgħinek fir-rwol li għandi fil-partit dwar l-affarijiet barranin u l-affarijiet Ewropej u nista' nindirizza dawn iż-żewġ suġġetti fl-istituzzjoni Ewropea li hi l-benniena tad-demokrazija. U fl-istess waqt hemmhekk nirrappreżenta lil Malta u lil Għawdex kollu." Qabel tlaqt staqsejtha jekk tarax lilha nnifisha bħala kap tal-partit fil-futur. B'dik it-tbissima tagħha, qamet bilwieqfa, bidlet xi ftit il- kulur u weġbitni, "Simon Busuttil hu l-Kap tiegħi." U erġajt tennejt l-mistoqsija u reġgħet wieġbet, "Simon Busuttil hu l-kap tiegħi, diġà għidtlek. Grazzi tal-intervista" u sellmitli b'ġentilezza. Roberta Metsola Miżżewġa lil Fillandiż Ukko Omm Luca ta' 7 snin, Alex ta' 6 snin u Marc ta' 3 snin Għandha 36 sena u ilha avukat dawn l-aħħar 12-il sena Ilha membru Parlamentari Ewropew mill-2013 meta ħadet il-post battal ta' Simon Busuttil Fl-aħħar elezzjoni tal-Ewropa kienet l-aktar kandidat li ġiet ivvutata mill- Partit Nazzjonalista Shadow Minister għall-Affarijiet Ewropej u Affarijiet Barranin Ritratt: Ray Attard maratona u mhux għall-isprint

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015