Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 15 Ispeaker li għoġbitom l-idea u offrew s-sostenn tagħhom kollu." "Irridu naslu fi stat li deputat tal- gvern jista' jikkritika l-gvern meta ma jaqbilx miegħu u ma taqax id-dinja. Il-Parlament mhux talli m'għandux ikun rubber stamp tal-gvern izda huwa l-watchdog tal-poplu, jgħasses lil-gvern fil-perjodi bejn elezzjoni u ohra." Ovvjament in ġenerali deputat jivvota mal-partit li f 'ismu jkun ġie elett però "hemm differenza bejn delegat tal-partit u rappreżentant tal-poplu li jkun elett f 'isem partit politiku. Jien dejjem ngħid li deputat jirrappreżenta lill-poplu fi ħdan partit, f 'isem partit, pero ultimament jirrappreżenta lill-poplu. L-element rappreżentattiv tad-deputat jiżboq kull element ieħor. . . . .'' din kont għidtha f 'Ġunju tal-2012, qabel dan fit-tezi tiegħi fl-1999 u nibqa nsostniha llum u rridu naħdmu biex il-Parlament Malti jieħu din d-direzzjoni u jaħdem fuq dawn il-binarji konsistenti mal-ispirtu tal-kostituzzjoni, tal-mudell Westminister, u f 'sintonija ma dak li jiġri fil-Parlamenti kollha madwar d-dinja." Fil-fatt Franco kwotali mit- Telegraph tal-11 ta Mejju 2015, ftit ġranet wara l-aħħar elezzjoni fir-Renju Unit – "U dan il-parlament fl-aħħar 5 snin membri tal-gvern ivvutaw kontra l-linja tal-partit tagħhom aktar minn terz (35%). Kien hemm 110 okkażżjoni fejn seba' u aktar membri parlamentari konservattivi vvutaw kontra l-gvern tagħhom. Minn dawn l-aktar seba' ribelli fl-aħħar parlament, kollha reġgħu ġew eletti mill-poplu fl-aħħar elezzjoni." Franco Debono qal li fir-riforma tal-kostituzzjoni hemm ħafna x'isir iżda wahda mill-bidliet centrali hija r-riforma tal-ġustizzja bil-pilastri tal- kostituzzjoni jibqgħu l-Parlament, il-Gvern u l-qrati. "Krucjali tinbidel l-mod kif jinħatru l-ġudikanti u bidliet oħra inklużi fil-mozzjoni privata u fil-Kumitat Parlamentari ta' Konsolidazzjoni mill-2010 sal-2012 konfermati sussegwentement mir- Rapport Bonello." Qabel tlaqt waqaft u staqsejtu l-mistoqsija li ma setax jaħrab minnha – Franco se jerġa' joħroġ għall-elezzjoni? "Kieku nkun intervistat xi darba u din il- mistoqsija ma toħroġx," qalli Franco bid-daħka."M'ilux xi ħadd qalli allura jekk l-proposti tiegħek għaddejjin mill-Parlament, int kif mhux qiegħed fil-Parlament? Nistqarr tħoss għafsa ta' qalb però għidtlu li kulma kelli ngħid għidtu fil-Parlament u l-importanti li issa r-riformi qed isiru għal ġid tal- poplu. Biss però ta' 41 sena ma nista' neskludi xejn. Jien għand għal qalbi ħafna l-ġid tal-pajjiż u nikkontribwixxi b'kull mod li niġi msejjaħ li nagħmel dan. Però bħalissa apparti naħdem fuq dawn r-riformi, qed nsib ħin ukoll għal ħafna affarijiet li qabel ma kellix cans minħabba l-politika." Franco Debono Ritratt: Chris Mangion preżenti u rilevanti fir-riformi'' Franco Debono hu avukat fil-ligi kriminali u kostituzzjonali mwieled Ħal Għaxaq, ġuvni u għandu 41 sena. Ta' 33 sena ġie elett fil-Parlament f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Fil-preżent President tal-Kummissjoni tal-Liġijiet, konsulent tal-Prim Ministru dwar ir-riforma tal-ġustizzja u Chairperson tal-Kumitat għall-Għarfien tal-Kostituzzjoni, fejn ġie magħżul biex imexxi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali.