Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 35 SPORTSillum fundamentali għal Virtus barra minn Malta? Ma nixtieqx nikkummenta! Il-media f 'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball? Le! Ġieli lanqas fuq l-aħbarijiet ma jġibu l-isport, imma nemmen li dan se jinbidel, bħalma rajna bil- konferenza tal-aħbarijiet, ta' qabel il-finali, grazzi għax-xogħol minn Bernard Vassallo. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball, kemm fil-kamp maskili kif ukoll f 'dak femminili ikun jista' jgħix esklussivament permezz tal- basketball? Le! Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek, mal-irwol ta' missier u mat-taħriġ u l-logħob li jkollok ma' Virtus? Nirringrazzja lill-kunjata Marisa Abela li sakemm immorru għax- xogħol tieħu ħsieb lit-tifel tiegħi, Jacob, u ovvjament lill-mara Chanelle fil-ġranet li fihom ikolli t-taħriġ. Meta ma jkollix taħriġ, m'hemmx isbaħ żmien minn dak li fih, flimkien mat-tifel, noqogħdu nilagħbu bil-ġugarelli fuq it-tapit u naqralu xi stejjer. Ippermettieli nirrimarkalek li matul dan l-istaġun żgur li għenkom bis-sħiħ wieħed mill- aqwa plejers barranin jekk mhux l-aqwa barrani li kellna f 'Malta. Taqbel miegħi? Il-barrani Mike Bruesewitz amalgama ruħu sew magħna għax kien plejer li jħobb jinvolvi lil sħabu u bla dubju kien strumentali biex irbaħna l-kampjonat. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess uniku u rimarkabbli li rnexxielek tikseb ma' Virtus matul dan l-istaġun? Nirringrazzja lill-mara tiegħi Chanelle, lil ommi Grace Shoults u l-kumplament tal-familjari tiegħi li jiġu jaraw u jagħtu l-appoġġ tagħhom. Nixtieq ngħid grazzi wkoll lil dawk il-partitarji kollha li ġew biex jagħtuna l-appoġġ tul l-istaġun. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil-basketball lokali u mhux biss, għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. It-tul mhux kollox fil-basketball! Trid tilgħab bil-qalb, grinta u dejjem issib il-ħin li tagħmel taħriġ żejjed. Trid tmur il-gym terfa' l-weights u tibqa' ftit iżjed wara t-taħriġ taħdem fuq shooting, ball handling u affarijiet oħra li tista' tagħmel individwalment. Twieled l-11 ta' Setetmbru 1985 f'Londra, l-Ingilterra Beda jilgħab il-basketball minn meta kellu 5 snin Huwa l-captain ta' Virtus Cynergi, li ftit tal-ġimgħat ilu rebħu l-Kampjonat tal-irġiel tal-basketball Rebaħ l-ewwel Kampjonat mas- Siġġiewi -istaġun 2009/2010 li apparti milli kien l-ewwel kampjonat li rebaħ, kien l-ewwel wieħed mirbuħ minn Siġġiewi wara 35 sena mit- twaqqif tal-klabb. Kien parti mit-tim nazzjonali tal- basketball li rebaħ il-medalja tal-bronż l-European Division C Championships -2010 Peter Shoults Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015