Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
"ILPARTIT Nazzjonalista jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-kummenti u t-tħassib tal-Kamra tal-Kummerċ dwar in- nuqqas ta' moralità fiskali murija mill-Gvern Laburista tul l-ewwel nofs ta' din il-leġiżlatura." Dan qalu Mario de Marco fi stqarrija għall-istampa. Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li ġimgħa wara l-oħra, l-poplu Malti qed isir jaf bi stejjer skandalużi fejn il-Partit Laburista fil- Gvern aġevola lilu nnifsu jew lil nies qrib tiegħu b'għotjiet, trasferimenti ta' art, jew ħlasijiet skandalużi li jiksru kull prinċipju ta' trasparenza. "Mill-każ tal-Australia Hall, sa dak tal-Café Premier, u iktar riċenti, l-art "esproprjata" fi Strada Zekka, huma provi ċari li l-poplu Malti qed iħallas biex il-Gvern Laburista jaqdi lil dawk li jaqbillu." Mario de Marco kompla jgħid li bl-istess mod, individwi oħra qrib il- Partit Laburista gawdew sfaċċatament min-numru ta' impjiegi maħluqa apposta għalihom, b'salarji sostanzjali, filwaqt li oħrajn, mingħajr kwalifiċi u fuq ebda bażi ta' meritokrazija, ħadu post persuni b'esperjenza u taħriġ ferm superjuri għal tagħhom. "Filwaqt li dan kollu qed jirriżulta f 'nefqa qawwija għall-Gvern, Joseph Muscat qed jipprova jibbilanċja l-kotba billi jbigħ art ODZ lil spekulaturi ta' kull xorta. F'temp ta' sentejn, il-Gvern tilef kull sens ta' "Good Governance" kemm fin- nefqa pubblika kif ukoll fil-politika ambjentali." Qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ fil-ħtieġa ta' sostenibbiltà fiskali u kien għalhekk li fil-Gvern kien ikkometta ruħu għat- tnaqqis b'mod sostenibbli tad-defiċit u d-dejn ta' pajjiżna. "Il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu ferm aħjar mill-Gvern li għandu llum: amministrazzjoni ġusta, trasparenza, meritokrazija, u dixxiplina fin-nefqa pubblika. S'issa l-Gvern qed ifalli f 'dawn kollha, u l-prezz iħallas għalih il-poplu Malti u Għawdxi. Il-Gvern reġa' qed ipoġġi lilu nnifsu bħala mutur tal-ekonomija flok is-settur privat, għad-dannu tal-istess sidien ta' negozji, li qed isibu kompetizzjoni mhux ġusta, b'mod partikolari fil-konfront tal- imsieħba barranin li huma magħżulin, bla ebda sejħa, minn Muscat innifsu." Temm jgħid li l-Oppożizzjoni qed tappella lill-Gvern biex jagħti widen x'qed tgħidlu l-Kamra tal- Kummerċ, u biex jifhem li t-tmexxija ta' pajjiż mhix qegħda hemm biex tibbilanċja l-kotba sal- aħħar tal-ġurnata iżda biex tagħraf x'inhu l-aħjar għal familji u negozji Maltin illum, għada u fis-snin li ġejjin. Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 7 Radar ġdid fil-Fawwara "ILMALTA Air Traffic Services impenjat ruħha li tagħżel is-sit tal-Fawwara għaliex jippermetti raġġi ta' azzjoni simili għal dak provdut mir-Radar stazzjonat f 'Ħad-Dingli u li jokkupa l-ogħla punt f 'Malta. L-għan prinċipali tar-radar tal-Fawwara huwa meħtieg għal skopijiet en route, jiġifieri, għas-sorveljanza ta' ajruplani li jtiru fiż-żona tal-ajru Maltija mingħajr inżul f 'pajjiżna". Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis waqt l-inawgurazzjoni tal-ftuħ uffiċjali tar-radar ġdid fil- Fawwara. Il-Ministru faħħar il-ħidma għaqlija li l-Malta Air Traffic Services qed tħejji fejn jidħlu proġetti kapitali billi bniet ir-radar ġdid fil-Fawwara, proġett li jammonta għal €2.5 miljuni. Spjega li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fuq ir- radar fil-Fawwara ġew kkummisjonati f 'Awwissu tal-2013, wara sensiela ta' diskussjonijiet dwar l-għażla tal-post. "F'Diċembru tal- 2014, il-kostruzzjoni inkluż il-koppla tal-antenna kienu kompluti iżda t-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni ħadu ħames xhur oħra biex ikunu konklużi peress li l-industrija tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru huwa regolat bl-aħjar mod speċjalment b'regoli Ewropej. Dawn il-liġijiet għaddejjin b'tibdil kontinwu bil-għan li l-industrija dejjem tkun aktar sigura u effiċjenti." Żied jgħid ukoll li minħabba l-post strateġiku tiegħu fil-Fawwara, ir-radar il-ġdid se jkun jista' jservi bħala back-up tar-radar f 'Ħal Far meta dan ikun taħt manutenzjoni. Il-Ministru temm jgħid li l-kumpanija għandha numru ta' proġetti kbar oħra li f 'dan il-mument qed jiġu mfassla u l-pjan hu li jiġu implimentati fix-short u l-medium term. Il-poplu Malti jixraqlu użu aħjar minn flusu – Mario de Marco Il-Viċi Kap Nazzjonalista Mario de Marco Waqt l-inawgurazzjoni tal-ftuħ uffiċjali