Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 Taħriġ fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin . . . Fl-aħħar ħriġt minn qoxorti u anke tgħallimt ftit l-Ingliż - priġunier FREDERICK ATTARD "KIENET sfida kbira għalija għax jien bniedem mistħi. Illum mhux biss ħriġt minn qoxorti, imma anke nista' nitkellem bl-Ingliż li qabel ingħatajt din l-opportunità forsi ħlief 'yes' u 'no' u ftit kliem ieħor ma kontx naf ngħid". Dan stqarru wieħed mis-27 priġunier li fil-ġimgħat li għaddew ippartiċipaw f 'kors ta' 60 siegħa fuq medda ta' sitt ġimgħat. Dan il-kors kien jikkonsisti fi drama fejn ir-residenti ngħataw taħriġ biex isaħħu l-ħiliet ta' komunikazzjoni u l-abilitajiet tagħhom fil-lingwa Ingliża u sar bil- koperazzjoni ta' Dr Joseph Giordimaina mill-Università ta' Malta, il-Faċilità Korettiva ta' Kordin u The Royal Central School of Speech Drama ta' Londra. Tkellimna mal-Assistent Direttriċi – Servizzi Edukattivi tal-FKK, Mariella Camilleri, u l-Uffiċjal Korettiv Rainer Cassar li kkordinaw dan il-proġett. Huma kellhom kliem ta' tifħir għar-residenti li pparteċipaw tant li l-attendenza kienet ta' aktar minn 90%. "Min ma attendix għal xi sessjoni kien għax kellu raġuni valida fosthom meta kellhom imorru l-Qorti jew kellhom xi żjara mill-qraba. Imma raġuni dejjem kienet waħda valida," qal Rainer Cassar. B'kollox ipparteċipaw 27 resident, 14-il mara u 13-il raġel li tqassmu f 'żewġ gruppi li bħala miżura ta' sigurtà n-nisa għalihom u l-irġiel għalihom. L-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn 22 sena u 62 sena għan-nisa priġunieri u ta' 25 sena u 60 sena għall-irġiel li fosthom kien hemm anke barranin kemm irġiel kif ukoll nisa. Dan il-proġett laħaq l-aspettativi fejn mhux biss ir-residenti ngħataw l-opportunità biex isaħħu l-ħiliet ta' komunikazzjoni u l-abilitajiet tagħhom fil- lingwa Ingliża, imma aktar importanti li jemmnu fihom infushom li huwa pass 'il quddiem. B'hekk ingħataw mhux biss dik il-kunfidenza, li ħafna minnhom kienu neqsin minnha, imma wkoll ir-responsabbiltà għax riedu jaħdmu bħala tim wieħed. "Kien hemm każi rari ħafna meta priġunier jkollu ġurnata ħażina bħal kulħadd fosthom għax iħoss in- nuqqas tal-familja jew forsi għax il-ġurnata ta' qabel ikollu argument ma' xi ħadd tal-familja u jħossu mdejjaq. Imma bil-kelma t-tajba jasal biex jifhem li jekk mhux se jipparteċipa se jżomm lill- sħabu kollha għax il-parti tiegħu ma jistax jagħmilha xi ħadd ieħor. B'hekk iħoss dik ir-responsabbilità u għal dak il-mument jinsa xi ftit mill- problemi li jkollu jew ikollha. U dan jgħallimhom ukoll il-valuri tal-ħajja", spjegat Mariella Camilleri. Leandros, wieħed mill- priġunieri, qal li mindu kien żgħir kien iħobb l-arti imma minn dejjem kien mistħi u kien jibqa' lura. Huwa qal li kienet sfida kbira għalih aktar u aktar għaliex il-karattru li ngħata huwa totalment l-oppost tal- karattru tiegħu. Azura, mara mill-Malasja li qegħda tiskonta sentenza ta' priġunerija, qalet li meta ġiet Malta u spiċċat il-ħabs, kienet tikkomunika biss bis- sinjali. Bi tbissima kbira u wiċċha jixgħel qalet - "Listen to me. Now I can understand you and talk to you in English" (Ismagħni. Issa nista' nifmhek u nkellmek bl- Ingliż), qalet Azura. Priġunier ieħor, ukoll barrani, għall-ewwel kellu bżonn ta' interpretu, li huwa wkoll parteċipant, imma anke dan irnexxielu jispiċċa dan il-kors u llum ukoll tgħallem il-lingwa Ingliża. Fil-jiem li għaddew dawn ir-residenti taw żewġ wirjiet separati li għalihom attendew uħud mill-qraba tagħhom. Ir-reazzjoni tal-ispettaturi kienet waħda pożittiva ħafna u l-priġunieri ħassewhom kburin b'dak li rrnexxielhom jagħmlu speċjalment uħud minnhom li fl-udjenza kien hemm uliedhom. Azura kienet imbeżża' ħafna qabel bdew il-wirja tant li tgezzet ma' priġunieri oħrajn li għamlulha kuraġġ u insiet il- mistħija u l-biza' li kellha. Ir-rexta li tellgħu kienet ta' madwar 25 minuta fejn ix-xenarju sar mir-residenti stess fosthom dgħajsa li rrnexxielhom imexxuha fuq rota. Sadanittant, il-Ministru Carmelo Abela fakkar kif fil-qasam tal-edukazzjoni saru diversi passi 'l quddiem fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin. "Eżempju ċar ta' dan huwa l-fatt li 125 resident qegħdin isegwu opportunitajiet edukattivi kemm formali kif ukoll informali." Huwa rrefera wkoll għal dan il-proġett edukattiv bil-kollaborazzjoni bejn l-Università ta' Malta u ċ-Ċentru tad-Drama fl- Università ta' Londra. Ir-residenti setgħu jsaħħu l-ħiliet tagħhom l-kommunikazzjoni imma wkoll jemmnu aktar hom infushom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015