Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 25 Atlas Healthcare toffri servizz ġdid ta' helpline 24 siegħa kuljum ATLAS Healthcare issa qed toffri aċċess għall- parir minn tabib tal- familja erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Klijenti tal-AXA PPP healthcare issa jistgħu jċemplu lit- tim ta' tobba kull ħin tal-ġurnata u jirċievu għajnuna professjonali u kunfidenzjali. "Il-klijenti jistgħu jċemplu b'mistoqsijiet fuq is-saħħa, għall-assistenza b'xejn. It-tobba tagħna se jkunu jistgħu jwieġbu mistoqsijiet dwar sintomi, mediċina u trattamenti, jew jagħtu informazzjoni dwar kura preventiva, u kura fl-isptar jew trattament," qalet Catherine Calleja, Managing Director ta' Atlas Healthcare. Sadanittant, jekk hemm bżonn li tmur għand tabib, it-tabib tagħna se javżak li aħjar tmur għand it-tabib tiegħek, anki minhabba kontinwita' fil-kura. It-tabib tagħna jkun jista' jagħmel viżta lill-persuna (bil-ħlas) jekk it-tabib tagħhom ma jkunx disponibbli. Dan is-servizz ġdid huwa t-tielet wieħed ta' Atlas Healthcare marbut ma' helplines li jkunu miftuħin 24 siegħa kuljum. Il- kumpanija diġà tipprovdi servizz ta' emerġenza għall- claims, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għal dawk il-klijenti li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar b'emerġenza. Toffri wkoll il-Health at Hand, fejn il-klijenti jistgħu jakkwistaw informazzjoni b'xejn dwar is-saħħa minn fuq it-telefown. Dan is-servizz jiġi offrut bl- assistenza ta' AXA PPP healthcare, li jipprovdu aċċess immedjat għal tim kwalifikat u ta' esperjenza. Dan jinkludi infermiera reġistrati fl-Ingilterra, qwiebel u spiżjara, kif ukoll konsulenti b'iktar minn ħames snin esperjenza, li jiġu magħżulin speċjalment għall-kapaċitajiet tagħhom biex jassistu b'mod kunfidenzjali fuq it-telefown. Għal iktar dettalji, żur www.atlas.com.mt EMIRATES ippremjat lil ROCS Travel bħala l-aqwa Passenger Sales Agent f 'Malta għar-riżultati li nkisbu matul l-2014. ROCS Travel hi waħda mill-kumpanniji ewlenin tal-ivjaġġar f 'Malta. Aktar kmieni din is-sena, il-kumpannija tal-ivjaġġar inħatret minn Emirates Holidays bħala l-preferred agent tagħha f 'Malta bil-ftuħ ta' uffiċċju speċjalizzat f 'Triq Sant Anna, il-Floriana. Il- Viċi President għall-Operat Kummerċjali tal-Emirates Thierry Aucoc ippreżenta l-unur lid-Direttriċi ta' ROCS Group Rachel Vella fil-preżenza tal-Maniġer tal-Emirates f 'Malta Paul Fleri Soler (fuq ix-xellug) u ċ-Chairman ta' ROCS Group Charles Vella. Emirates, konnettriċi globali ta' persuni u destinazzjonijiet, inawgurat is-servizzi tagħha lejn Malta f 'Marzu tal-1998. Bħalissa topera titjira skedata ta' kuljum bejn Malta u Dubaj bl-għażla li l-vjaġġaturi minn Malta jieqfu f 'Ċipru. MAPFRE Middlesea rebħet il-Best Buy Award għall-kumpanija li toffri l-aqwa valur fl-industrija tal-assigurazzjoni f 'Malta. Dan l-unur huwa wieħed esklussiv, li jista' jingħata biss lil kumpanija waħda fl-industrija, u hu bbażat fuq il-ġudizzju tal-klijenti stess abbażi tal-opinjoni tagħhom dwar ir-relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità offruti mill-kumpanija. Is-Sur Alfredo Munoz, CEO ta' Mapfre Middlesea qal li dan it-titlu hu ta' unur kbir għall-kumpanija u rringrazzja lill-management, lill-impjegati u lin-network ta' distributuri tas-sehem tagħhom. "Aħna ma nqisux in-negozju tagħna bħala l-bejgħ tal-assigurazzjoni. Aħna nbiegħu is-serħan il-moħħ, xi ħaġa li hi imprezzabli. Għalhekk nagħmlu ħilitna sabiex nipprovdu l-aqwa livelli ta' protezzjoni għall-aqwa prezz sabiex il-klijenti tagħna nipprovdulhom iktar valur għall-flushom. Dan il-premju hu sinjal ċar li l-klijenti tagħna qed japprezzaw din il- ħidma,"żied is-Sur Munoz. Il-Best Buy Award hu bbażat fuq riċerka indipendenti magħmula mill-organizzazzjoni Svizzera ICERTIAS-Internationa Certification Association. F'pajjiżna saret riċerka f 'iktar minn 60 kategorija ta' industrija, fosthom dik tal-ikel, telekomunikazzjoni, moda kif ukoll is-settur finanzjarju. Emirates tippremja lil ROCS Travel Mapfre Middlesea tirbaħ il-Best Buy Award 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) - Provision of a Secure Connectivity Solution for Goverment – T002/15 Data ta' ħruġ: 27 ta' April 2015 / Data ta' għeluq: 6 ta' Lulju 2015 Id-data ta' għeluq ġiet extiża mit-22 ta' Ġunju 2015. Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana FRN 1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Waqt il-preżentazzjoni tal-unur