Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Partit Nazzjonalista qed jirreġenera b'mod li fih l-aspett femminili qed jiddomina ftit ftit. Il-partit ta' Simon qed jieħu dehra aktar fejn l-element femminili qed jikber. L-ogħla karigi fil-partit huma meħudin min-nisa, President tal-Kunsill Ġenerali – Paula Mifsud Bonnici, President tal-Kumitat Eżekuttiv, Ann Fenech. L-aktar kariga b'saħħitha f 'kull organizazzjoni, wara l-Kap, is-Segretarju Ġenerali, għall-ewwel darba fil-Partit Nazzjonalista nħatret mara, Rosette Thake. Dan biex ma nsemmux li nofs il-kabinett shadow hu magħmul minn membri femminili, Therese Comodini Cachia, Claudette Buttigieg, Paula Mifsud Bonnici, Roberta Metsola u Marthese Portelli, ħamsa minn għaxra, kif ukoll fl-Ewropa, bi tnejn minn tlieta – Metsola u Comodini Cachia. S'issa l-impressjoni hi li Simon, bil-mod il-mod, qed jibdel dak li wiret mingħand Gonzi permezz b'nisa ta' sustanza, nisa li jagħtu dehra lil partit aktar moderna u friska, nisa li sal-ġurnata tal- lum qatt ma ġew imċappsa b'xi tajn. B'hekk Simon jidher li qed jibni armata aktar mdaqqsa li biha jibda t-triq għall-akbar battalja, fejn l-arma li qed jipprova juża hi l-arma tal-onestà politika - l-aktar messaġġ diffiċli li tista' tagħmel fil-politika, b'mod partikolari għall-Partit Nazzjonalista. Wieħed jispera biss li l-bidla li qed issir mhix waħda kożmetika. Wieħed għad irid jara jekk fit- tliet snin li ġejjin hux se jkun hemm aktar riġenerazzjoni femminili speċjalment fin-naħa ta' fuq tal-ġerarkija tal-partit, fejn il-kunjomijiet Demarco u Fenech Adami għadhom jiddominaw fuq nett. Żgur li b'dawn il-kunjomijiet il-bidla ma tinħassx biżżejjed. F'era fejn il-futbol qed jiddomina l-aħbarijiet wieħed irid ifakkar lill-partit ta' Simon li klabb jista' jikseb suċċess meta jibdel il-kowċ u anke l-plejers. Iżda irid jiftakar ukoll li anke jekk it-tim ikun differenti għal kollox, xorta jibqa' jġorr l-unuri u d-disfatti li seħħew fil-passat tal-klabb jew soċjetà li jirrappreżenta. Inutli li tinbidel u taħsel idejk mid-disfatti passati u fl-istess waqt tiftaħar bl-unuri tal-klabb li ġabar matul is-snin. Klabb jew soċjetà soda hi dik li tkun immexxija b'mod onest, li tagħraf id-disfatti, tiskuża ruħha għalihom u taħdem biex tnessi dawk id-disfatti b'aktar unuri. Jekk it-tim b'uċuħ ġodda, sbieħ u friski ma jridx iħares lejn id- disfatti tal-passat, kulma għandu jagħmel li jibdel l-isem tat-tim u l-emblema tat-tim. Inutli tgħid li għandek arma letali li jisimha onestà, meta madwarek għad hemm nies b'wiċċhom imċappas bit-tajn - fejn anke jekk naddfuh xorta għad għadhom it-tbajja. Iżda wieħed għad irid jagħti ċ-ċans lil dan il-wiċċ b'dehra boyish li kulma jmur qed juri li dak il-wiċċ boyish mhux qed iwaqqfu milli jieħu deċiżjonijiet xi kultant iebsa u diffiċli li kapaċi jieħu u qed jieħu. Ftit ftit jidher li dawk li għandhom jew kellhom wiċċhom imtebba' qed jiġu mpoġġija wara l-kwinti u fuq quddiem hemm biss uċuħ femminili, uċuħ li jiġbduk, iżda wkoll b'moħħ li kapaċi jagħmel il-politika. Id-differenza qed tidher - nisperaw biss li mhux kożmetika u ma tieqafx hawn. Il-pajjiż għandu bżonn gvern nadif u b'saħħtu u biex ikollu dan irid ikollu oppożizzjoni nadifa u b'saħħitha li verament tagħmel id-differenza. Għax jekk din ir-riġenerazzjoni hi waħda kożmetika biss, Simon ikun qed jissogra ħafna. Il-PN - Nisa fuq quddiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015