Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 Il-moda tal-lukketti t'imħabba L-imħabba CHRISTA BOFFA JGĦIDU li l-imħabba għamja, iżda dan ma jfissirx li l-maħbubin ma jagħmlux minn kollox biex juru lill-bqija tad-dinja l-imħabba li jkunu sabu – u li b'xi mod jew ieħor, kemm b'superstizzjoni u kemm le, jissiġillaw l-imħabba tagħhom. U kif jista' wieħed jissiġilla l-imħabba tiegħu aħjar milli b'lukkett – anzi preċiżament, lukkett t'imħabba? Din il-gimgħa tneħħew il-lukketti li mijiet ta' eluf ta' koppji waħħlu mal- pont l-aktar magħruf għal din it-tradizzjoni – dak tal Pont des Arts fil-kapitali tal-imħabba – Pariġi. Dan l-istess pont kien diġà sfronda taħt il-piż tat-tunnellati – 45 tunnellata biex inkunu preċiżi, li dawn jiżnu f 'daqqa. Dan il-pont sar l-aktar magħruf ħabba din it-tradizzjoni riċentament, b'bosta bejjiegħa jarmaw ħdejn il-pont stess armati biex ibigħu, anke bi prezzijiet redikoli, lukketti ta' kull daqs u forma lill-maħbubin biex dawn inaqqxu isimhom fuqhom u jittamaw li jitnaqqax ukoll fil-pjanijiet tad-destin biex forsi jżommhom flimkien. Dan sa nhar it-Tnejn li għadda – hekk kif perit Ingliż sab soluzzjoni għal din it-tradizzjoni li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar bdiet iddejjaq aktar lin-nies tal-lokal – li ddeskrivew il-lukketti ppustjati wieħed ħdejn l-ieħor bħala dagħwa għall-estetika tal-belt magħrufa għall-arkitettura klassika u rikka li għandha. Il-pont flok xibka ta' ħadid issa ħa jkollu reċint tal- plexi-glass. Qabel il-moda ta' Instagram jew Facebook Minkejja li bosta jaħsbu li din hija xi tradizzjoni riċenti, l-għeruq tagħha jmorru lura għal qabel iż-żmien fejn kulħadd jrid jitfa' kull mument fuq Instagram jew Facebook – madwar 100 sena ilu, fis-Serbja waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija. Skont storja ta' niket Serbjana, kien hemm Nada, kap ta' skola minn Vrnjačka Banja. Din iltaqgħet ma uffiċjal Serb jismu Relja. Wara li taw l-kelma li ħa jibqgħu dejjem ta' xulxin, Relja mar jiġġieled f 'Korfù, fejn iltaqa' ma mara tal-post u malajr nesiha lil Nada – hekk kif beda jħobb lin-namrata l-ġdida tiegħu. Jgħidu li Nada mietet b'qalb maqsuma minħabba din it-traġedja li ġratilha – u biex jaraw li ma jiġrilhomx l-istess, it-tfajliet tal-istess belt bdew jiktbu isimhom u isem il-maħbub tagħhom fuq lukketti żgħar u jwaħħluhom mal-pont Most Ljubavi – "il-Pont tal-Imħabba" fejn Nada u Relja kienu jiltaqgħu. Mis-Serbja sal-bqija tal- Ewropa Mhux ċar eżattament x'wassal lil din il-moda biex terġa' titfaċċa, u fuq kollox kif infirxet daqshekk malajr mal-bqija tal-Ewropa. Li hu żgur huwa li dan ġara fil-bidu tas-snin 2000 – bl-aktar postijiet magħrufa jkunu f 'Pariġi u fl-ibliet Taljani ta' Firenze u Ruma. Fil- Belt Eterna jidher li kien l-awtur Federico Moccia bil-ktieb tiegħu I Want You li ġiegħel lil ħafna Taljani, u mhux, biex jissiġillaw l-imħabba tagħħom mal- Ponte Milvio. Fl-Italja stess kien hemm ukoll min ried jagħmel l-istess mal-Ponte Vecchio f 'Firenze – iżda l-kunsill ra kif għamel biex neħħa il-5,500 lukkett li skonthom, kienu qed jinsultaw l-estetika ta' din il-belt pittoreska; u li bdew jagħmlu ħsara lill- arkitettura tal-pont stess. Il-konsegwenzi mhux daqstant romantiċi F'Pariġi din it-tradizzjoni mxiet mal-ħdax-il pont li jaqsmu x-xmara Seine, u mhux biss mal-Pont des Arts. Minkejja miżuri li ttieħdu tul is-snin, jidher li huwa diffiċli li l-belt tikkontrolla din it- tradizzjoni. Il-konsegwenzi Mill-Qorti ILPRIM' Awla tal-Qorti Ċivili, fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjoniali tagħha qablet li kien hemm vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali ta' raġel li kellu jistenna sitt snin sħaħ biex tinqatgħa kawża kontrih, iżda qalet li kien ħaqqu biss €600 f 'kumpens għaliex ma ħa l-ebda pass biex jirranġa s-sitwazzjoni. Emmanuel Chetcuti kien il-konvenut f 'kawża rigward inċident stradali li ġara fi Frar tal-2005, intavolata mill- kumpanija tal-assikurazzjoni tal-parti l-oħra. Ir-rikors maħluf li beda l-proċeduri ġiet ppreżenata f 'l-4 ta' Settembru 2006 u Chetcuti daħħal ir-risposta maħlufa tiegħu xahar wara. Ix-xhieda u l-evidenza kollha nstemgħu u nġabru quddiem assistent ġudizzjarju u l-kawża bdiet tiġi ttrattata f ' Ġunja tal-2007. L-aħħar sottomissjonijiet taż-żewġ partijiet ntemmu u l-kawża ġiet differita għas-sentenza għall-10 t' Ottubru ta' dik is-sena. Iżda wara sbatax-il differiment u kważi sitt snin, l-każ ġie mgħoddi lil ġudikant ieħor, li kellu jisma s-sottomissjonijiet kollha mill-bidu. Il-kawża fl-aħħar nqatgħet f 'Ottubru tal-2013, fejn ġie deċiż li Chetcuti kien responsabbli għall-inċident u ordnat li jħallas €12,702.39 bl-imgħax ta' 8% mill-bidu tal-proċeduri. Chetcuti intavola kawża kontra l-Avukat Ġenerali fil-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili, ġurisdizzjoni Kostituzzjonali, fejn insista li d-dewmien grossolan kienet vjolazzjoni tad-dritt għal smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sostna li ma kienx jagħti għad-dewmien esaġerat, u żied jgħid li ma kienx hemm limitu għaż- żmien li l-Qorti trid bilfors tosserva, u din kienet sservi ta' protezzjoni kontra żbalji ta' għaġġla żejda. L-Imħallef Anthony Ellul ma' qabilx mal- interpretazzjoni tal-Avukat Ġenerali, u qal li ż-żmien meħud għad-deċiżjoni kien wieħed eċċessiv u kienet saret bi ksur tad-drittijiet fundamentali ta' Chetcuti. Min-naħa l-oħra, iżda, il-Qorti qieset kif "fl-ebda stadju r-rikorrent ma lmenta dwar id-dewmien. Mill-atti hu evidenti li r-rikorrent baqa' ghal kollox passiv." Lanqas ma uża l-mezzi fil-liġi maħsuba għal sitwazzjonijiet simili, u għaldaqstant illikwidat kumpens konservattiv. LEJL Paceville sewa sitt xhur ħabs għal raġel Mosti, li ġie arrestat wara li talab lil-pulizija f 'Paceville sabiex iwassluħ id-dar. Dan peress li ir-raġel kien barra fuq pleġġ u suppost ma kellux johroġ wara ċertu ħin - ħin li kien għadda fuq sagħtejn qabel. Il-Maġistrat Doreen Clarke semgħet kif Jeffrey Cassar, ta' 31 sena kien ngħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest, fuq akkużi ta' frodi, taħt diversi kundizzjonijiet imposti mill-Qorti. Appuntu waħda minn dawn il- kundizzjonijiet kien ta'rinkażar qabel 12am. Sfortunatament għal Cassar, meta nduna li kienu daqqu s-2am u kien għadu Paceville, għażel li jdur fuq il-pulizija ġewwa Paceville s-Sibt li għadda u talabhom iwassluh id-dar għax suppost kellu jirrinkaża ruħu f '12am. Minflok sab rikba għad-dar, Cassar sab ruħu ġo ċella. Meta tressaq quddiem il-Maġistrat Clarke, Cassar spjega li ma ndunax kemm kien sar ħin meta kien ħareġ mal-ħbieb. Il-Qorti, wara li semgħet l-ammissjoni tal-imputat, ma kellhiex triq oħra ħlief li ssibu ħati li kiser kundizzjoni tal-benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest. Cassar ġie mibgħut sitt xhur ħabs. L-ispettur Josric Mifsud mexxa l-prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukat Noel Bianco deher għall-imputat. RAĠEL ta' 37 sena ntbagħat 42 xahar ħabs u ġie ordnat li jsegwi tlett snin ta' terapija psikoloġika wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu kollezzjoni ta' 'l fuq minn mitejn stampa indiċenti jinvolvu tfal taħt l-età, kif ukoll li ħebb għall-pulizija. Keith Falzon, li joqgħod is-Swieqi kien tressaq mill- ispetturi Sylvana Briffa u Edel Mary Camilleri fit-18 ta'Mejju li għadda, wara li nstabiltu memory card bir-ritratti fil- pussess tiegħu. Sorsi indikaw li r-ritratti, filwaqt li kienu ta' tfal mneżża', ma kinux jikkonsistu pornografija tat-tfal. Falzon kien ukoll akkużat illi m'obdiex ordni leġittimi tal-pulizija u li rreżista l-arrest- saħansitra kien gidem widnet wieħed mill-pulizija hu u jissara magħhom. L-imputat wieġeb li kien ħati ta'l-akkużi miġjuba kontriħ. Għal fini ta' piena, il- maġistrat Neville Camilleri ikkunsidra n-natura serja tar- reati, kif ukoll il-fatt li Falzon kien irreġistra ammissjoni fi stadju bikri tal-proċeduri. Falzon ġie mmultat €4,500 u ntbagħat 24 xahar ħabs għall-akkużi ta' dik is-seduta, li magħhom il-Qorti żiedet 18-il xahar ta'priġunerija effettiva, skont sentenza sospiża li kien ngħata fil-passat. Magħdudin flimkien, Falzon ser jiskonta 42 xahar il-ħabs. Flimkien mal-piena, l-Qorti ordnat lil ħati jsegwi ordni ta' trattament għal tliet snin. L-avukat Roberto Montalto rrapreżenta lil Falzon. Kien ħaqqu biss €600 f 'kumpens Lejl Paceville swielu 6 xhur ħabs Ħabs u tlett snin ta' terapija psikoloġika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015