Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 B'GĦAWDXIJA fit-tmun tad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, l-anzjani Għawdxin li ftit jew xejn kellhom servizzi fil-gżira tagħhom, ħadu r-ruħ. Il-fatt li nħolqu diversi servizzi ġodda għall-anzjani Għawdxin f 'Għawdex stess hu fattur ferm pożittiv fejn anke tqassam ktejjeb f 'kull dar li jwasslu dawn is-servizzi kollha li hemm f 'Għawdex. Għalhekk iddeċidejt li għal dawk l-anzjani li nwassal dawn is-servizzi hawn - forsi għal dawk li ma tawx każ il-ktejjeb li waslilhom fil-posta u ntrema mal- bqija tal-fuljetti kollha li wieħed jirċievi fil-posta kważi kuljum, jew li forsi qatt ma taw każ li hemm servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom bla ħlas. Servizz ta' Respite Dan is-servizz tnieda f 'Jannar u hu servizz temporanju ta' kura lill- anzjani sa massimu ta' 3 ġimgħat. Is-servizz hu ntiż biex jserraħ lil dawk il-familjari jew persuni li jagħtu kura ta' kuljum lill- anzjani tagħhom u fl-istess ħin iserrħulhom moħħhom li l-anzjani tagħhom qegħdin f 'idejn tajba. Dan is-servizz qed jingħata f 'Villa San Lawrenz u min irid japplika għalih irid jew jikseb formola miċ-Ċentru Servizz Anzjan fil-Belt Valletta, jew inkella fuq is- sit www.activeageing.gov.mt. Night Shelter Dan l-aħħar kien iffirmat kuntratt bejn is-Segretarjat tad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva u Dar Padova f 'Għajnsielem. Dan is-servizz se jipprovdi sodda għal dawk l-anzjani jsibu diffikultà biex jorqdu d-dar tagħhom, forsi għax jibżgħu jew anke biex ma jqattgħux il-lejl weħidhom u ma jkollhomx min jorqod magħhom. Dan filwaqt li jkunu b'saħħithom biżżejjed biex filgħodu jkunu jistgħu jgħixu komdi fid-djar tagħhom. Dan is-servizz se jingħata f 'Dar Padova, li tinsab fil-kunvent tal- Patrijiet Franġiskani f 'Għajnsielem. Il-kunvent kien sar kbir wisq għall- ammont żgħir ta' patrijiet li hemm f 'din il-kommunità u b'hekk laħqu ftehim mal-Gvern li dan l-ispazju jintuża bħala night shelter għall-anzjani Għawdxin. L-applikazzjoni tista' tinkiseb miċ-Ċentru servizz Anzjan fil-Belt Valletta, inkella mis-sit www. activeageing.gov.mt Kura fit-Tul Għall-ewwel darba f 'Għawdex introduċa s-servizz ta' Kura fit-tul għall-anzjani. Servizz li qed jingħata permezz ta' Public Private partnership ma' Villa San Lawrenz. Apllikazzjoni miċ-ċentru servizz Anzjan il-Belt inkella fuq is-sit www.activeageing.gov.mt Servizz ta' Commcare Dawk l-anzjani li għandhom bżonn kura f 'darhom stess u fl-istess ħin iridu l-indipendenza tagħhom li jkomplu jgħixu fil-kommunità. Dan hu servizz intiż għall-individwi li ma jistgħux joħorġu mid-dar u jinkludi servizz ta' infermiera. Min għandu bżonn dan is-servizz jista' jċempel fuq 22589393 Commcare Assesment Unit. Ċentru għad-Dimensja Dan iċ-ċentru se jkun jopera wkoll minn Dar Padova f 'Għajnsielem u se jkun għal dawk li qed ibatu bid-dimensja. Iċ-ċentru li mistenni jiftaħ ftit ġimgħat oħra se jkun qed jiftaħ matul il-jum bi programmi speċjalizzati u adatti għal persuni li għandhom din il-kundizzjoni. Dan se jkun servizz ġdid u uniku fil- gżejjer Maltin u biex wieħed japplika għal dan is-servizz wieħed irid jidħol fis-sit www.activeageing.gov.mt. Ċentri għall-Anzjanità Attiva F'Għawdex qed jinfetħu iżjed servizzi ta' matul il- jum li bħalissa huma f 'żewġ lokalitajiet, San Lawrenz u Taċ-Ċawla u bħalissa qed jinħema ċentru ieħor fix-Xewkija fejn min irid jattendi jista' jikuntattja lis- Segretarjat fuq 25903140. Servizzi ġodda għall-anzjani f 'Għawdex illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Tour tal-arti madwar Għawdex NHAR il-Ħamis 4 ta' Ġunju fil-Villa Rundle ir-Rabat se jingħata l-bidu tal-Art Cart Summer Tour fejn wieħed se jsib quddiemu prestazzjonijiet artistiċi u workshops li jlaqqa lil- viżitaturi minn kull aspett tal-ħajja ma' artisti ġodda bl-għan li jippromwovi l-parteċipazzjoni f 'attivitajiet artistiċi u attivitajiet fost it-tfal u żgħażagħ. Dan il- festival fil-fatt qed jsir b'kollaborazzjoni mill-Gozo Visual & Performing Arts School. Dan il-festival on tour madwar Għawdex għandu l-għan li jilħaq postijiet pubbliċi differenti matul is-sajf kollu. F'kull lokalità se jkun hemm workshops jew prestazzjonijiet interattivi adattati għall-udjenza. B'hekk il-workshops se jkunu differenti skont l-etajiet tal-udjenza, skont il-ħin u skont il-post li fih ikun se jsir l-avveniment. Tul is-sajf, Art Cart ser ikun qed iwassal firxa wiesgħa ta' attivitajiet artistiċi, bħalma hu l-moviment kreattiv, iż-żfin, it-tpenġija, xogħol bl- idejn, mużika, papermache, narrazzjoni ta' stejjer, irrextar, kant, fost l-oħrajn. Art Cart se tkun qed tirrekluta bosta artisti, għalliema tal-arti, u individwi b'ideat kreattivi u bl-għarfien li jridu jaħdmu f 'dan il-festival u jixtiequ jikkontribwixxu għall-kwalità artistika tal-proġett. "Il-festival se jħeġġeġ l-arti fost il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar. Meta tinvolvi ż-żgħażagħ fl-arti tkun qed tħeġġeġ il-kreattività u tistimula prestazzjoni akkademika aħjar. Barra minn hekk issaħħaħ il-komunità billi tiġbor in-nies f 'daqqa. L-arti tneħħi l-ixkiel soċjali. Min irid jista' jesperjenza u jieħu sehem f 'dawn l-attivitajiet, ikun xi jkun l-istatus soċjali jew ekonomiku tiegħu." saħaq Anton Refalo, il-Ministru għal Għawdex. Justyne Caruana żżur l-anzjani Waqt it-tnedija tat-Tour tal-arti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015