Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 29 SPORTSillum L-esperjenza ma' Balzan qed tirrappreżenta sda kbira għalija - Ryan Fenech NHAR it-Tlieta filgħaxija, wara bosta jiem ta' spekulazzjoniiet u xnigħat fil-media sportiva, Balzan irnexxielhom jassiguraw is-servizzi ta' wieħed mill- aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin, Ryan Fenech. Dan hekk kif huwa ngħaqad magħhom wara esperjenza ta' suċċess ma' Valletta, fejn rebaħ kull unur li għandu x'joffri l-futbol Malti, kemm fuq bażi ta' klabb kif ukoll fuq bażi personali, hekk kif rebaħ l-unur tant prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena matul l-istaġun 2013/14. Ryan Fenech huwa prodott ta' Ħamrun Sparatns u għamel id-debut tiegħu magħhom lura fl-istaġun 2002/03. Huwa kellu esperjenza qasira b'self ma' Sliema Wanderers fl- istaġun 2009/10. L-akkwist il-ġdid ta' Balzan ingħaqad ma' Valletta fis-suq tat- trasferimenti ta' Jannar tal-2011, fejn kien iffirma kuntratt ta' ħames snin. Matul din l-esperjenza ma' Valletta, huwa kien reġa' ngħaqad b'self ma' Sliema Wanderers, bejn Jannar u Mejju tal-2012. Intant, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Ryan Fenech, immedjatament wara li tħabbar li huwa kien ingħaqad ma' Balzan, fejn tana dawn il-kummenti rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil- karriera mill-aqwa tiegħu ma' Balzan: "Hija sfida kbira għalija. Li wara ħames snin titlaq lill- klabb li jkun tak kull unur fil-futbol Malti mhux faċli, però issa qed inħares 'il quddiem. Il-klabb ta' Balzan huwa wieħed żgħir, però li għandu viżjoni kbira. Huwa tim li għandu plejers tajbin u qed entużjast għal nhar l-Erbgħa li ġej fejn se nkun qed nibda din l-esperjenza mal-klabb il-ġdid tiegħi ta' Balzan," temm jgħid Ryan Fenech. Ryan Fenech nhar it-Tlieta filgħaxija jiffirma l-kuntratt tiegħu ma' Balzan, flimkien mar-rappreżentant ta' Balzan FC, Robert Tagliaferro Hazard jagħżel lil Chelsea minflok Real Madrid HUMA ferm rari dawk il-mumenti meta plejer ikollu offerta mingħand il-klabb bi storja glorjuża bħal mhu dak ta' Real Madrid u ma jaċċettahiex. Però, fil-ħajja kollox jista' jkun u dan kien il-każ tal-attakkant prolifiku Belġjan ta' Chelsea, Eden Hazard. Dan wara li fil-ġimgħat li għaddew kien hemm bosta spekulazzjonijiet fil-media li huwa seta' jħalli lit-team immexxi mill-Ispecial One, Jose Mourinho, biex jibda avventura ġdida fi Spanja mal-ġganti ta' Real Madrid. Iżda, fi stqarrija, Eden Hazard, kien pront u tenna li huwa jixtieq jibqa' jilgħab ma' Chelsea fejn jinsab kuntent ħafna, u għalissa għadu mhux interessat li jingħaqad ma' Real Madrid. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT L-attakkant internazzjonali Belġjan ta' Chelsea, Eden Hazard, jifraħ wara wieħed mill-gowls li skorja matul dan l-istaġun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015