Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
CHRISTA BOFFA Minfejn bdiet il-ħajra għall-kant? X'kienet l-ewwel esperjenza tiegħek? Ili nitgħallem il-kant għand Gillian Attard għal ftit aktar minn sena u nofs izda nkanta ili minn mindu kont zgħira ħafna. Ommi tgħid li twelidt inkanta! L-ewwel esperjenza tiegħi fuq palk kienet meta kelli biss tliet snin. Intgħazilt biex naħdem il-parti tal-karattru ta' "Dora the Explorer" fl-Università ta' Malta u Teatru Qroqq taħt direzzjoni ta' Dr Isabelle Gatt. Hemmhekk kantajt u irrextajt u esperjenzajt għall-ewwel darba recording studio għand Philip Vella. Għadni niftakar kemm friefet u l-eċitament! X'influwenza taħseb li għandha l-familja fuq din l-imħabba għall-mużika? Ommi studjat il-pjanu u għamlet żmien tgħallem ukoll. Hija ddoqq u tkanta fil-knejjes u jiena nakkumpanjaha wkoll. Tellgħet bosta pageants u xows fejn jien kont nipparteċipa allura drajt fuq il-palk minn zgħira. Minbarra hekk hija għalliema tal-kant u studjat it-teknika allura tgħini ħafna u tifhimni wkoll. Missieri mill-banda l-oħra ma studjax mużika iżda gej minn familja mużikali bħal ta' ommi. Għandu widna tajba u noqgħod ħafna fuq il-pariri tiegħu. Liema taħseb li kien l-aktar mument eċitanti fil-karriera mużikali tiegħek? Għaliex, x'ħassejt? Naħseb li kull mument fejn ħadt sehem fuq palk kien eċitanti b'mod differenti. Is-sena l-oħra meta rbaħt Una Stella sta Nascendo Junior wara li għaddejt minn tliet programmi oħra, kienet l-ewwel esperjenza tiegħi barra minn Malta allura tibqa memorja sabiħa ħafna. Ovvjament din is-sena r-rebħa ta' Sanremo Junior Malta u l-fatt li kantajt fit- Teatru Ariston kienet eċitanti ħafna. Iżda naħseb li l-aktar waħda li tatni emozzjoni kienet l-esperjenza tar- Rumanija u ta' Next Star. X'inhu l-istil tal-kant tiegħek? Kif għażilt dan l-istil? Jiena nħobb nesperimenta ħafna bil-vuċi. L-aktar mużika li nkanta hija tat- tip ballad iżda dan l-aħħar ġejt mistiedna biex nagħti xi kunċerti ġewwa kumpless u żidt ħafna r-repertorju tal- kanzunetti pop. Kienet propju sfida miegħi nnifsi li għazilt biex nikkompeti f 'Sanremo Junior Malta b'kanzunetta Pop biex nikkonferma li ż-żewġ stili joqogħdu ma' leħni. X'tagħmel aktar fil-ħajja? X'passatempi għandek? Jiena ndoqq il-pjanu u għalkemm bħalissa wieqfa daqsxejn mill-eżamijiet, inħobb ħafna ndoqq u nikkomponi kanzunetti tiegħi stess li wara nikteb il-lirika għalihom. L-ewwel kanzunetta li ktibt kien jisimha I give it all up for You u ġiet miktuba għaz-zija tiegħi li hija soru tal-Klarissi. Minn hemm kompliet il-ħajra u l-aktar li nħobb nikteb huma kanzunetti b'tema reliġjuza li nista' nkanta l-Knisja. Ili tmien snin nitgħallem il-"Ballet". L-għalliema tiegħi Joanna Rummolino tieħu ħafna ħsiebi speċjalment din is-sena fejn minħabba safar ta' kant tlift ħafna mill- lezzjonijiet. Din ix-xitwa kelli x-xorti li nkun il-protagonista fix-xow tal-Milied imtella' mill-iskola taz-zfin bl-isem "Wizard of Oz". Hemmhekk stajt nesprimi lili nnifsi kemm permezz taz-zfin kif ukoll tal-kant. Kienet esperjenza tassew sabiħa li nibqa' ngħożż fil-memorji. Inħobb ukoll ħafna nisma' u nkanta kanzunetti b'lingwi differenti u nitgħallem il- lirika u d-dizzjoni. Fil-ftit ħin li jibqali inħobb naqra. Ta' sikwit ommi ssibni fis-sodda rieqda bil-ktieb miftuħ fuq wiċċi! X'tixtieq tagħmel la tikber? Tixtieq iżżomm il-kant bħala passatemp jew tixtieq li jsir il-full time tiegħek? Mistoqsija diffiċli ferm. Nixtieq nistudja għal pedjatra. Ilha xewqa tiegħi minn mindu kont ċkejkna ħafna. Jien nixtieq inzomm il-kant u dik hija xi ħaġa li jiena ċerta minnha iżda nixtieq inkompli niżfen ukoll. Allura lil ommi biċ-ċajt ngħidilha li se tkun imħabbta ħafna bija għax tlett xogħolijiet se jkolli, jew inkella se nkun tabiba tat-tfal li tkantalhom u tizfnilhom! Nafu li kellek bosta suċċessi dan l-aħħar. Għidilna fuq l-aktar wieħed riċenti! Dan ix-xahar ġejt magħzula biex nipparteċipa fi programm internazzjonali bl-isem ta' "Next Star" ġewwa r-Rumanija. Dawn bagħtu għalija mingħajr ma stennejna u kienet diġa sorpriza kbira ħafna għax kont ili insegwi l-programm għal ħafna zmien. Minn hawn ħdimna biex magħna ntellgħu video li juri riklam għal pajjizna u hemmhekk kantajt diska bl- Albaniz li kienet ħadet sehem fil-Eurovision 2012 bl-isem "Suus". Sakemm wasalna lura Malta indunajna li l-kantanta u l-kompozitur tad-diska kienu poġġewha fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom u f 'temp ta' ġurnata kienet laħqet mal-400,000 view. Il- kompożitur u l-producer tal- kanzunetta Florent Boshnjaku ikkuntattjawni, ferħuli u wegħduni li dan is-sajf ser jaħdmu fuq xi kanzunetti li jixtiequ li jiġu mnehdija fil- pajjizi Balkani u b'hekk sibt ruħi fuq il-gazzetti u l-media tagħhom malajr, tant li bdew fan page Albaniza. Ġimgħa wara kellna nerġgħu mmorru iżda jien ma kontx naf li fil-fatt kont se nerġa' mmur għax intgħazilt għall-finali. Kienet sorpriza oħra li ħbew minni. Hawnhekk kelli x-xorti nikkompeti ma' kantanti mill-Ingilterra, Spanja, Rumanija u l-Ukrajna li kienu wkoll għaddew għall-finali. Kantajt il-kanzunetta ta' Lara Fabian "Je t'Aime" u fil-fatt ġejt l-ewwel mill-kantanti kollha. Għal darb'oħra irċevejt bosta messaġġi ta' tifħir mill-produtturi ta' din il-kanzunetta u bħalissa qegħdin niddiskutu ħidma flimkien. X'taħseb mill-Junior Eurovision? Segwejt ħafna lil sħabi Gaia u Federica f 'dawn l-aħħar sentejn. Għamlu unur kbir għal pajjiżna. Minjaf, forsi xi darba jkolli din l-opportunità jien ukoll. Fuqiex qed taħdem għall- futur bħala mużika? Għandek xi proġetti ġodda? Għadni qed naħdem fuq kanzunetti originali li ktibt jiena stess bil-għan li forsi xi darba noħroġ album. Qed nistudja flimkien ma' ommi biex nipprepara ruħi għall- ezamijiet tal-kant tas-sitt sena mit-"Trinity Board" ta' Londra. Dan is-Sajf apparti li ġejt mistiedna biex inkanta f 'xi pajjizi barra minn Malta se naħdem fuq il-kanzunetta li ser jiktibli Florent Boshnjaku bil-għan li tiġi mnehdija fil- pajjizi Balkani. Ħames Minuti ma' Christina Magrin Ħames Minuti Ta' 11-il sena tifrex is-suċċess saħansitra sal-Pajjiżi Balkani 24 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 Christina - Parteċipanta fil-programm Next Star fir-Rumanija