Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 W ieħed mill- programmi li żgur jiftakru l-Maltin kollha huwa Candid Camera. Għandi niftakar il-kliem tas-sigla "When you least expect it, you are reflected". Ġew ħafna programmi oħra warajh tal-istess ġeneru, iżda l-oriġinal, bħal f 'kollox, dejjem jibqa' l-oriġinal. L-oriġinalità tiegħu kienet fil-fatt li jaqbduk on camera fil-mument li jkun qiegħed isir il-fatt. Bit-teknoloġija tal-lum, l-immedjatezza, dak li insejħulu real time, saret aktar effettiva b'mod partikolari fejn jidħlu l-politiċi - xi wieħed qiegħed jongħos waqt seduta parlamenatri, xi ieħor jinqabad inaqqar imnieħru u jagħmel il- pasturi. L-agħar meta tinstema' tgħid xi oxxenità meta mingħalik mhu jismek ħadd. Illum ritratt u ftit sekondi wara ikun digà dar id-dinja. Din ix-xorta ta' media tat is-setgħa lin-nies li sa ftit ilu kienet riservata għall-ponn ġurnalisti. Din tar-real time baqgħet thewden f 'moħħi fil-kaz tal-Cafè Premiere u issa dwar ta' Gafferna - żewġ każijiet li ma għenu xejn lill-immaġini ta' korrettezza politika għax kif qal il-Prim Ministru fuq l-ewwel każ l-affarijiet setgħu saru aħjar. Hekk kif saru l-kuntratti l-pubbliku mill- ewwel sar jaf. Tajjeb, u hekk għandu jkun. It- Times, per eżempju ġabet ġurnata b'ġurnata kif saret l-esproprjazzjoni li minnha s-sur Gaffarena daħħal bagatella mhux ħażin. Kif saru l-affarijiet issa naraw x'joħroġ mill-inkjesta. Li huwa ċert hu, li fil-mument li saru kulħadd sar jaf. Speċi ta' candid camera politika. Dan kollu ma jiskuża xejn billi ngħidu għaliex l-oħrajn kellhom tagħhom għaliex ikun sar l-ħażin. Iżda hemm punt importanti li jrid isir. Ma kien hemm xejn li sar li l-pubbliku ma sarx jaf bih. Kollox jinsab fid-dominju pubbliku anke jekk għall-grazzja tal-argument ma sarx tajjeb – bħall-kummissjoni li tħallset fil-każ tal-Cafè Premier. Din kienet imnizzla fil-kuntratt u mhux sirna nafu biha b'xi leakage lill-istampa, għaliex tkun ingħatat minn taħt. Fil-fehma tiegħi dan jikkontrasta sewwa ma' dak li qed insiru nafu dwaru, dwar kif kienu jiġru l-affarijiet sa ftit ilu. Per eżempju sirna nafu bil-mijiet ta' eluf li tħallsu fix-xiri taż-żejt, mhux għaliex bdew jingħataw fid-deher u bid-dritt. Li ma kienx għal oħt din il-gazzetta li toħrog bl-Ingliż, ma konna insiru nafu b'xejn. Mhux biss iżda kien hemm il-possibbilità l- affarijiet jibqgħu għaddejjin li kieku ma nbidilx il-Gvern. M'għandniex xi ngħidu, li kieku aħna għandna nirċievu l-kontijiet tad-dawl u ilma bil-għoli. Tant huwa minnu dan, li anke fil- każ t'Għawdex. Sirna nafu li l-abbużi li kienu qegħdin isiru kienu qegħdin jidifnu fil-konkos, għaliex wieħed li ingidem mis-sistema ddeċieda li jitkellem. Mhux biss ma kinux isiru bil-miftuħ talli mix-xhieda issa bdew ħerġin stejjer ta' ircevuti foloz u dikjarazzjonijiet ta' xogħol li mhux minnhom. Kollox kien ikun qiegħed maħdum, mhux biex xi darba insiru nafu x'ġara iżda biex qatt ma nsiru nafu. Agħar minn hekk din is-sistema okkulta ta' kif kienu jsiru l-affarijiet bħal donna kienet anke aċċettata minn dawk li suppost huma uċuħ friski. Skont il-whistle blower Għawdxi, meta kellu laqgħa mal- Kap tal-Oppożizzjoni, bilkemm ma ċewċux li baqa' għaddej bix- xogħlijiet meta kien jidher li l-Partit Nazzjonalista ser jitlef l-elezzjoni. L-ennnuendo politika huwa ċar: li li kieku ma intilfitx l-elezzjoni mill-PN, kien hemm ċans kbir li din is-sistema ta' xogħol bil-ħabi u irregolari kien jibqa' għaddej. Agħar minn hekk huwa dak li ħiereġ dwar s-sejba ta' serq u abbużi tal-biża' li ħiereġ dwar Mater Dei. Meta jkollok lill-Inġinier Albert Cachia li ddikjara li ma jafx fejn marru €465 miljun, din hija xi haga li tkexkex. Il-ħabi li kien hemm fil-bini ta' dan l-isptar huwa xi haga monumentali jekk mhux ukoll farawniku. Meta niftakru li taht il-qoxra tal-frazi "state of the art" kien hemm dan kollu, ma nistgħux nifhmu kif dan kollu ma ħariġtx qabel! Għal minn tal-anqas 15-il sena dawn id-defiċjenzi ma sar jaf bihom ħadd. Għaliex kollox tela' f 'wiċċ l-ilma, issa kulħadd qiegħed jipprova jgħaddi it-toqol ta' dan dan il-madmad bħal ballun tar- rugby, lill-persuna ta' warajh. Simon jitfagħha fuq Gonzi u Fench Adami u ma għandniex xi ngħidu, dawn il-ballun ser jgħadduh lil xi ħadd ieħor warajhom. Li ma kienx għall- fatt li din l-amministrazzjoni riedet tibni aktar sulari biex tindirizza il- problema tas-sodod, li tant jikritikaw dwarha il-PN, żgur li kollox kien jibqa' midfun taht it-tunellati ta' konkos li ħadd ma jaf fejn mar. Li tiżbalja huwa fin-natura umana , iżda li tippersisti fl-iżball għandu min-natura tax-xitan. Minfuq issa hemm min qed jimmilita biex jiminaw anke l-informazzjoni li qegħda toħroġ. Fost oħrajn imbarkaw fuq kampanja kontra l-eks Imħallef Philip Sciberras billi jirreferu għalih bħala l-eks kandidat Laburista, meta kienet amministrazzjoni Nazzjonalista li ħatritu Imħallef, kemm minħabba l-integrità tiegħu u kif ukoll il- kompetenza legali li tant huwa magħruf għaliha. Igifieri li kien għalihom, inħatret persuna biex dan ma joħroġx. Bħal dak li qallu l-fatti mhux fatti jibqgħu anke li kieku flok Philip Sciberras inħatar l-aktar persuna Nazzjonalista li wieħed jista' jimmaġina. Jekk ma tridx, pretendew li dawn l-affarijiet jibqgħu moħbija tant li qed jakkużaw lill-Gvern li qiegħed joħroġ l-informazzjoni bi skop. Fi ftit kliem qegħdin jgħidlulu ħallihom kif kienu....moħbija! Dan jista' jingħad anke fir- rigward tal-kodiċi ta' etika li għadu kif ġie ppubblikat. L-argumenti m'huma ser jispiċċaw qatt. L-aktar parti kontroversjali hija dik li f 'sitwazzjonijiet eċċezzjonali il- Prim Minsitru jista' jippermetti lil xi membru fil-Kabinett jipprattika l-professjoni tiegħu taħt kundizzjonijiet stretti, fl-interess nazzjonali. Jekk dan għandux isir jew le huwa dejjem miftuħ għad- dibattitu, iżda ħaġa waħda hija ċerta - li jekk dan isir kulħadd ser ikun jaf u l-Prim Ministru, jekk ma jeżerċitax id-diskerzzjoni tiegħu b'mod tajjeb, ser ikun miftuħ għall-kritika. Qabel din id-diskrezzjoni ma kinitx teżisti, iżda kulħadd kien jaf li kien hemm xi membri fil-Kabinett taħt l-skuża li riedu jaraw lill- kostitwenti tagħhom, kienu xorta jattendu fl-uffiċċju professjonali tagħhom. Lil min kienu jaraw bejn l-erbgħa ħitan tal-uffiċċju professjonali tagħhom ħadd ma kien jaf. Ebda candid camera ma setgħet tinterċettahom. Kellna każijiet fejn ġurnalisti kienu jaqbdu fil-fatt membri fil-Kabinett ta' dan iż-żmien deħlin fl-uffiċċju tagħhom jew iċemplulhom għall- appuntament, jew biex jaraw jekk humiex jaraw lin-nies fuq xogħol professjonali. Meta kienu jwieġbu is-segretaji tagħhom fl-uffiċju professjonali tagħhom, ftit kienu jkunu jaf li min qiegħed icempel kien fil-fatt ġurnalist. Kodici ta' etika ma jiswa xejn, kemm jekk ikun twil, jew qasir, jekk meta jinkiser jibqa' ma jsir xejn. Dan ġara kemm-il darba fl-imgħoddi u rrid nagħmilha ċara ma jistax jibqa' jsir jekk qed isir. L-importanti mhux kemm inka hemm fuq il- karta, iżda li dak li hemm jitwettaq. Meta b'kumbinazzjoni sirna nafu li Tonio Fenech kien siefer fuq jet privat biex jara lobgħa futbol, baqa' qatt ma sar xejn, anke jekk il-kodiċi ta' etika kien jipprojbixxi li rigali ta' din ix-xorta ma setgħux ikunu aċċettati. F'dan il-każ kollox kien raqad fuq ommu jekk mhux ukoll kien ġustifikat. Il-punt kollu jibqa' dejjem jekk irridux kodiċi ta' etika jew tas- silenzju. Candid Camera TONI ABELA Serq u abbużi tal-biża' fil-Mater Dei

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015