Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 Mistoqsija Parlamentari li ħolqot rabja fost l-istudenti Għawdxin L-istudenti fehmuni ħażin – Ċensu Galea MISTOQSIJA Parlamentari tal-perit Ċensu Galea lill- Ministru Joe Mizzi qajmet għagħa sħiħ mal-istudenti Għawdxin, li mill-ewwel ħarġu stqarrija li ma jaqblux mas-suġġeriment tad-deputat Nazzjonalista li ssuġġerixxa li l-karozza tal-linja X1 tibda tgħaddi miċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar. Meta ġie kuntattjat mill- gazzetta ILLUM, Ċensu Galea, l-eks Ministru tat-Trasport Pubbliku, qalilna li nftiehem ħażin minn kulħadd -"Vera li l-mistoqsija parlamentari tiegħi ħolqot rabja, tant li kelli xi messaġġi privati li ħaduha kontra tiegħi. Iżda dan kollu għax inftehmt ħażin. Il-fatt hu li għandi informazzjoni li din ir-rotta se tinqasam fil-futur u se ssir X1 u X1A, fejn waħda se tibda tmur miċ-Ċirkewwa, Sptar Mater Dei, l-Università u l-MCAST. Din m'hemmx għalfejn tgħaddi miċ-ċentru ta' San Pawl għax diġà hemm rotot oħra li jwasslu lin-nies ta' San Pawl għal dawk id- destinazzjonijiet." "Jien kont qed nirreferi għar-rotta l-ġdida li se tkun express bejn iċ-Ċirkewwa u l-Ajruport li mhu se tieqaf imkien biex tkun veloċi. Jien issuġerejt li flok ma tieqaf imkien din ir-rotta tgħaddi miċ-ċentru ta' San Pawl u tieqaf fi stage wieħed jew tnejn biss. Hekk, dawk min-naħa tax-Xemxija u min-naħa taċ-ċentru ta' San Pawl li jkunu jridu jmorru l-ajruport, b'mod partikolari l-ħafna turisti li jkun hemm San Pawl, ikunu moqdija wkoll. Wara San Pawl imbagħad tibqa sejra." "Jiġifieri jien qatt ma kont qed nirreferi li ntellef lill- istudenti Għawdxin u lil dawk l-Għawdxin li jkunu jridu jmorru l-isptar. Nispera li issa qed niftiehem aħjar." L-X1 fil-fatt hi rotta ferm użata mill-Għawdxin għax miċ-Ċirkewwa tibqa' sejra sal-Ajruport b'seba' waqfiet biss Mellieħa, Pembroke, L-Isptar Mater Dei, l-Università, il-Marsa Park & Ride, L-Imgieret u l-Ajruport. Għalhekk dawk li jkollhom appuntamenti għall-Isptar u ħinijiet biex jaqbdu ajruplan jew ikollhom lezzjoni l-Università jaslu fl-inqas ħin possibbli. Fil-fatt miċ- Ċirkewwa sal-Ajruport tieħu eżatt siegħa u 10 minuti. Il-perit Ċensu Galea ssuġġerixxa li din ir-rotta tibda tgħaddi minn San Pawl il-Baħar biex jinqdew in-nies ta' San Pawl il-Baħar. Mill- ewwel il-GUG, l-Għaqda tal-Istudenti Universitarji Għawdxin ħarġu stqarrija kontra s-suġġeriment ta' Ċensu Galea fejn anke kien hemm diversi lmenti minn Għawdxin fuq Facebook. L-Għaqda tal-Istudenti Għawdxin qalet li l-X1 qiegħda hemm biex taqdi l-istudenti Għawdxin li jmorru l-Università u anke lil dawk ir-residenti Għawdxin li jkunu jridu jmorru l-Isptar jew l-Ajruport fl-inqas ħin possibbli għax dawk li jgħaddu miċ-ċentru ta' San Pawl il-baħar huma rinomati li jeħlu fit-traffiku u jieħdu ħafna aktar ħin. Għal din ir-raġuni L-Għaqda Universitarji Għawdxin (GUG) iridu jwasslu l-messaġġ tagħhom lil Ċensu Galea u lill- Ministru Mizzi biex ma jieħdux deċiżjonijiet li jkunu ta' detriment għall- istudenti, ħaddiema u residenti Għawdxin. Hu importanti li jkun hemm rotta veloċi matul il-ġurnata għall-Università, l-Mater Dei u l-Ajruport meta wieħed iqis in-nuqqas li hemm fl-edukazzjoni terzjarja f 'Għawdex u fis-servizzi tas- saħħa. Jekk allura jridu jgħaddu din ir-rotta miċ-ċentru tal- villaġġ għandha ssir rotta oħra veloċi li twassal b'mod mgħaġġel lejn l-Università, Mater Dei u possibilment għall-Belt. L-istudenti qalu li l-Għawdxin diġà jridu jitilqu għax-xogħol, studju jew sptar sigħat qabel kulħadd biex ilaħħqu mal-ħinijiet li jridu jaslu għall-Università jew appuntament l-Isptar, jew inkella ma' xi ajruplan u għalhekk ma tagħmilx sens li tkompli ttawwal il-ħin biex l-Għawdxin jaslu fil-ħin miċ-Ċirkewwa. Ċensu Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015