Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum .com.mt LI l-futbol Taljan jinsab fi kriżi huwa fatt magħruf. Iżda li attakkant ta' 38 sena bl-isem ta' Luca Toni kien se jispiċċa fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-Kampjonat Taljan Serie A TIM, kienet xi ħaġa li żgur li ħadd ma stenna fil- bidu ta' dan l-istaġun. Dan hekk kif huwa skorja l-ammont ta' 22 gowl biex għeleb l-isfida ta' plejer iżgħar minnu fl-età u ta' klassi superjuri, bl-isem ta' Carlos Tevez ta' Juventus li temm fit-tieni post tal- gradwatorja b'20 gowl. Huwa ntlaħaq fil-quċċata tal-lista, mill-attakkant prolifiku Arġentin tal-Inter, Mauro Icardi, nhar il-Ħadd filgħaxija permezz tad- doppjetta personali li skorja fir-rebħa ta' 4-3 ta' Inter fuq Empoli fis-San Siro, bis-seba' goals li huma fil- logħba jiġu skurjati kollha fit-tieni taqsima. Il-kuntratt ta' Toni ma' Verona ntemm ftit tal-jiem ilu, u se jkun biss matul il-jiem li ġejjin li se jkun qed jitħabbar jekk l-attakkant prolifiku Taljan hux se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma' Verona. Dan fost rapporti li dehru fil- media matul il-ġimgħat li għaddew li huwa seta' jibda avventura ġdida fil-kontinent tal-Awstralja billi jingħaqad mal-klabb li jimmilita fl-A-League, Adelaide United. Dan hekk kif jidher li dan il-klabb irid jirrepeti s-suċċess ta' Sydney FC, meta ffirmaw lil-leġġenda Juventina, Alessandro Del Piero, fl-istaġun 2012-13, fejn huwa lagħab magħhom għal żewġ staġuni sħaħ. Luca Toni skorja l-ammont inkredibbli ta' 41 gowl bil-flokk ta' Hellas Verona fl-aħħar żewġ staġuni, wara li ngħaqad ma' dan il-klabb mingħand Fiorentina. Intant, bosta qed isemmu li Toni jista' tabilħaqq jerġa' jirritorna jilgħab bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan, wara bosta żmien, iżda jidher li Antonio Conte, mhux mistenni jsejjaħ lil Toni fl-iskwadra Azzurra, speċjalment minħabba l-età ta' Toni, kif ukoll minħabba l-fatt li hemm bosta iktar plejers żgħażagħ li qed jattiraw l-għajn tal-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan. Meta attakkant ta' 38 sena spiċċa l-aqwa scorer tas-Serie A -Italja Luca Toni jifraħ wara wieħed mit-22 gowl li rnexxielu jiskorja ma' Hellas Verona, matul dan l-istaġun fil-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja Luca Toni ma' Bayern Munich Ma' Palermo: • Serie B: 2003–04 Ma' Bayern Munich • Bundesliga: 2007–08 • DFB-Pokal: 2007–08 • DFB-Ligapokal: 2007 Mat-Tim Nazzjonali Taljan • Tazza tad-Dinja tal-2006 Unuri Individwali • L-Aqwa Skorer tas-Serie A: 2005–06, 2014-15 • L-Aqwa Skorer tas-Serie B: 2003–04 • L-Aqwa Skorer tal-Bundesliga fil-Ġermanja: 2007–08 • L-Aqwa Skorer tat-Tazza UEFA: 2007–08 • Ballun tal-Fidda: 2005–06 • Guerin d'Oro: 2006 • European Golden Shoe: 2005–06 • FIFA World Cup All-Star Team: 2006 Unuri li rebaħ Luca Toni tul il-karriera tiegħu: Pożizzjoni Plejer Gowls Tim 1 Luca Toni 22 Verona Mauro Icardi 22 Inter 2 Carlos Tévez 20 Juventus 3 Gonzalo Higuaín 18 Napoli 4 Jérémy Menez 16 AC Milan 5 Manolo Gabbiadini 15 Napoli Domenico Berardi 15 Sassuolo L-ewwel 5 Plejers ikklasikati l-lista tal-aqwa skorers l- Kampjonat Serie A TIM -Italja -istaġun 2014/15: Snin Tim Dehriet Gowls 1994–1996 Modena 32 7 1996–1997 Empoli 3 1 1997–1998 Fiorenzuola 26 2 1998–1999 Lodigiani 31 15 1999–2000 Treviso 35 15 2000–2001 Vicenza 31 9 2001–2003 Brescia 44 15 2003–2005 Palermo 80 50 2005–2007 Fiorentina 67 47 2007–2010 Bayern Munich 60 38 2009 Bayern Munich II 2 0 2010 Roma (b'self ) 15 5 2010–2011 Genoa 16 3 2011–2012 Juventus 14 2 2012 Al Nasr 7 3 2012–2013 Fiorentina 27 8 2013– Verona 72 42 Tim Nazzjonali Taljan 2004–2009 Italja 47 16 Il-Karriera ta' Luca Toni: Statistika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015