Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum Il-familja Chouhal -aqwa tagħha NHAR is-Sibt 30 ta' Mejju waqt il-laqgħa tal-Athletics Challenge Meeting 6, Antonella Chouhal, ta' AS Libetas reġgħet kisret ir-rekord nazzjonali tagħha stess fil-hammer throw fil- kategorija open b'tefgħa ta' 40.49m, iżda ħaġa li żgur se tidħol fl-istorja hi li fl-istess ġurnata it-tifla tagħha li għad għandha biss 12 -il sena, Sarah Chouhal, ukoll kisret ir-rekord nazzjonali fl-istess dixxiplina fil- katergorija 'cadets' b' tefgħa ta' 32.41m. Iżda, din mhix l-unika ħaġa li se tidħol fl-istorja tal-atletika lokali, hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu, il-kowċ u r-raġel tagħha, Rachid Chouhal, kiser huwa ukoll ir- rekord nazzjonali fil-hammer throw fil-kategorija open tal-irġiel b'tefgħa ta' 43.55m. Għalhekk, għall-ewwel darba fl-istorja tal-atletika Maltija u probabilment mondjali, tliet membri tal-istess familja għandhom rekord nazzjonali fl-istess dixxiplina. Apparti fil-hammer throw, Antonella Chouhal, għandha r-rekords nazzjonali tad-diskus u tax-shot put. Din is-sena reġgħet rebħet il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika, f 'dawn it-tliet events u b'hekk ikkonfermat id-dominanza tagħha f 'dawn id-dixxiplini għal dawn l-aħħar snin. Bħalissa apparti d-diżappunt tagħha li tħalliet barra mis-selezzjoni tal- Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar, fejn fl-opinjoni tagħha kienet tikkontendi għal medalja, speċjalment fid-diskus, Antonella qed tipprepara bis- sħiħ għal-Logħob Ewropew li se jsir f 'Baku, fl-Azerbaigan, ftit inqas minn ġimgħatejn oħra kif ukoll għal-Logħob Mondjali tal-Masters li se jsir f 'Lyon, fi Franza, f 'Awwissu li ġej. Rachid Chouhal li huwa atleta magħruf Malti fl-isprints u l-jumps u li kkompeta f 'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom Kampjonati Ewropej, Kampjonati Mondjali, Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar, Logħob tal-Commonwealth u l-Olimpijadi. Beda jipprattika din id-dixxiplina ftit iktar minn sena ilu biex jgħin proprju lil Antonella f 'din id-dixxiplina minħabba li huwa wkoll il-kowċ personali tagħha. Huwa wkoll spikka mal- ewwel f 'din d-dixxplina u kiser ir-rekord nazzjonali għal ħames darbiet. Tajjeb ngħidu li dan ir-rekord kien ilu ma jinkiser mill-1965. Huwa wkoll qed jipprepara għal- Logħob Ewropew u għal-Logħob Mondjali tal- Masters. Huwa se jikkompeti fil-100m, 200m u l-long jump fejn hemmhekk se jkun wieħed mil-favoriti għal medalja speċjalment fil- 100m. Sarah Chouhal għad għandha biss 12-il sena u tattendi l-iskola Nazzjonali tal-Isport. Hija tħajret tipprattika din id-dixxiplina mill-ġenituri tagħha, għalkemm din hija dixxiplina ġdida għal Sarah u ilha tipprattikaha għal ftit xhur biss. Hija mal-ewwel bdiet tispikka fix-xena lokali. Apparti throws hi tagħmel dixxiplini diversi fosthom long jump u sprints fejn ukoll qed tirreġistra riżultati tajbin. Fl-età żgħira tagħha, Sarah għadha ma ddeċidietx fiex se tkun qed tispeċjalizza meta tikber. Iżda l-prospetti għall-futur tagħha fl-atletika jidhru sbieħ. Jonqos membru wieħed ta' din il-familja - it- tifel iż-żgħir, Kareem Luca, fejn għalkemm għadu ma bediex jikkompeti, huwa diġà qed jitħajjar jipprattika din id-dixxiplina. Ikkuntattjata minn din il- gazzetta, Antonella Chouhal, f 'isem il-familja kollha tagħha, xtaqet tirringrazzja lill-għalliema u l-kowċis tat-tifla tagħha, Sarah, fi ħdan l-Iskola Nazzjonali tal- Isport tal-appoġġ kontinwu, lill-MAAA, MOC, u l-KMS għall-Flexi Training Scheme, lil Team Chouhal u lill- isponsor tagħha, Go & Fun, għax-xarbiet u s-supplimenti li jipprovdulha. Il-familja Chouhal - Rachid, Antonella, Sarah u Kareem Luca fit-trakka tal-Marsa Team Greens fil-quċċata fil-Greċja ITTIM internazzjonali taċ-ċiklizmu Team Greens għadu kif ikkompeta fi tlielaq internazzjonali fi Skyros, waħda mill- gżejjer tal-Greċja. Din il-kompetizzjoni kienet tifforma parti mill- kalendarju internazzjonali tal-UCI World Cycling Tour. Team Greens kien kompost minn Etienne Bonello, James Mifsud, Marie Claire Aquilina u Danica Bonello Spiteri. Dan l-avveniment kellu żewġ kompetizzjonijiet fosthom prova kontra l-ħin (Individual time trial) ta' 20 kilometru kif ukoll tellieqa fit-triq (Road Race) ta' 110 kilometri. Dawn it-tlielaq ġew ikkontestati minn atleti minn diversi pajjiżi fosthom l-Italja, il-Greċja, l-Iran, il-Maċedonja, il- Messiku, in-Norveġja u l-Awstralja. Fil-prova ta' kontra l-ħin, Team Greens, kellu wirja spettakolari, meta Etienne Bonello spiċċa fit-tieni post fil-klassifika ġenerali kif ukoll fl-ewwel post fil-kategorija tiegħu. James Mifsud, kellu wirja tajba wkoll, meta spiċċa fit-tielet post fil-klassifika ġenerali u t-tieni post fil-kategorija tiegħu. Marie Claire Aquilina ddominat il-kategorija tan-nisa, b'Danica Bonello Spiteri tidħol fit-tieni post wara Aqulina. Iż-żewġ tfajliet spiċċaw l-ewwel fil-kategorija rispettiva tagħhom. Minkejja ġurnata waħda ta' mistrieħ, iċ-ċiklisti Maltin daħlu għat-tiġrija ta' 110 kilometri fuq ċirkwit li kellu 'l fuq minn 2200 metru ta' dislivell, bi tlajja impenjattivvi ħafna li jilħqu pendenzi ta' 20 fil-mija. Din it-tellieqa kienet missielta ħafna b'parteċipazzjoni ta' 'l fuq minn 150 atleta. Fil-kategorija maskili, id-duo Bonello u Mifsud ħarġu fuq l-attakk fl-ewwel dawra f 'telgħa impenjattiva ħafna. Huma rnexxielhom jiftħu distakk fuq il-grupp prinċipali ta' 'l fuq minn minuta. Dawn tennew bl-azzjoni fin-niżla u fit- tieni dawra sabiex kabbru l-vantaġġ tagħhom għal madwar ħames minuti sa tmiem it-tellieqa. Lejn l-aħħar tat-tellieqa, kien hemm ftehim bejn iż-żewġ ċiklisti Maltin fejn Mifsud daħal ftit ċentimetri qabel Bonello biex rebaħ il- kategorija tiegħu, b' Bonello jispiċċa fit-tieni post. Kien hemm dominju assolut fil-kategorja femminili, minn Marie Claire Aquilina li bħalissa għaddejja min forma tajba, li rebħet it-tellieqa fuq l-istess distanza ta' 110 kilometru. Bonello Spiteri kellha ġlieda missielta ma' ċiklista Griega, iżda rnexxielha taqbiżha fit- telgħa lejn tmiem it-tellieqa biex daħlet it-tieni wara Aquilina fil- klassifika ġenerali u l-ewwel fil- kategorija. Mistoqsijn għall- kummenti tagħhom mill-media Griega wara t-tellieqa, il-Kap ta' Team Greens Etienne Bonello, kellu kliem ta' tifħir lejn l-organizzazzjoni, kif ukoll wera s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-wirja tal-atleti Maltin: "Ir-riżultat tal-lum jippremja t-taħriġ intensiv li għamilna din is-sena. Dan l-avveniment kien wieħed mil-miri tagħna u rnexxielna niksbu l-aqwa riżultat possibli," tenna Bonello. Permezz ta' dan ir-riżultat, iċ-ċiklisti ta' Team Greens, ikkwalifikaw għall- Kampjonati Mondjali tal- UCI World Cycling Tour, li se jsiru f 'Copenhagen, fid-Danimarka, f 'Settembru li ġej. Team Greens bil-medalji kollha li rebaħ fil-Greċja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015