Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 3 Aktar djar u palazzini antiki mistenni jinbidlu f 'lukandi boutique FREDERICK ATTARD TKOMPLI x-xejra pożittiva fis-settur tat-turiżmu u tkompli tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri fl-iżvilupp ta' lukandi ġodda, estensjonijet u fit-titjieb tal-prodott. Wieħed minn dawn is-setturi li qed naraw investiment sostanzjali fih huwa is-settur tal-lukandi żgħar boutique. Dan il-fenomenu, li rajnih jikber sostanzjalment f 'pajjiżi oħra, huwa riżultat dirett tat- tibdil tal-profil tat-turist. Illum it-turisti mhux biss interessati jżuru l-bajjiet u jilgħaqu x-xemx, iżda jfittxu li jkollhom kuntatt mal-lokal u jgħixu man-nies tal-lokal. Dan huwa possibbli biss jekk il-lukanda tkun parti żgħira mill-istess post li qed iżuru. Huwa propju dak li qed jiġri bħalissa, tant li kien hemm numru sabiħ ta' applikazzjonijiet sabiex jiġu kkonvertiti djar u palazzini antiki – ħafna minnhom abbandunati – f 'lukandi żgħar, propju f 'postijiet li qabel lanqas biss konna noħolmu li xi darba jkun hemm post għat-turisti. S'issa kien hemm aktar minn sittax-il applikazzjoni f 'kull kantuniera tal-Belt Valletta u kien hemm ukoll applikazzjonijiet fil-Birgu, Bormla, l-Isla u anke l-Kalkara. Ma' dawn jiżdiedu wkoll applikazzjonijiet sabiex jinfetħu lukandi żgħar fl- irħula Għawdxin. Il-fatt li l-Belt Valletta se tkun l-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, huwa ta' inċentiv sabiex il-belt kapitali ta' Malta, li għandha wirt storiku kbir, tkompli tingħata l-ħajja. Ir-ristrutturar u t-tisbieħ ta' propjetà fil-Belt f 'lukandi boutique huma parti minn katina sħiħa ta' proġetti ta' riġenerazzjoni li ser iwassalu biex il-belt Valletta ssir destinazzjoni għal city breaks li tattira turiżmu ta' kwalità u tkun belt b'potenzjal kulturali kbir. Din il-gazzetta tkellmet mal-Ministru Edward Zammit Lewis li minn naħa tiegħu qal "Dan it-tip ta' turiżmu huwa pożittiv għax għandu l-opportunità li jħalli dħul finanzjarju aktar mifrux u qed jerġa' jattira l-investiment lejn propjetajiet li kienu qed jaqgħu biċċiet, bl-ebda futur. Propjetajiet storiċi li ħasra li jintilfu". Zammit Lewis qal li l-Ministeru tiegħu flimkien mal-Awtorità għat-Turiżmu qed isegwu din ix-xejra ġdida u qed iħejju riforma leġiżlattiva sabiex ikunu jistgħu jikkumplimentaw dan l-iżvilupp. "Qed jitħejjew kategoriji ġodda għal-lukandi boutique u qed titħejja wkoll klassifikazzjoni ġdida għall- palazzini. Din hija importanti minħabba l-fatt li ħafna minn dawn il-proġetti qed isiru f 'propjetajiet antiki u li għandhom storja u għaldaqstant huwa importanti li wieħed jiċċelebra dawn il- karatteristiċi bi klassifikazzjoni ddedikata apposta għalihom. Issa li bdejna naraw l-ewwel lukandi boutique jiftħu fil-Belt u anke f 'Għawdex qed inkunu nistgħu naraw il-potenzjal ta' dawn il-propjetajiet u l-benefiċċju li ser iħallu fl- ekonomija tagħna." Il-Ministru kompla jgħid li dan l-iżvilupp u dawn l-inizjattivi huma parti mill-politika tal-Gvern sabiex jegħleb għal kollox l-istaġjonalità bl-aħħar ċifri uffiċjali juru li qegħdin fid- direzzjoni t-tajba. "Skont l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika bejn Jannar u April ta' din is-sena kellna żieda ta' 5.7% fil-wasliet ta' turisti fuq l-istess perjodu tas-sena 2014. Dawn il-wasliet ġabu magħhom ukoll tkabbir sostanzjali kemm fl-infieq turistiku u l-iljieli mqatta. Fil-fatt rajna żieda fl-infieq turistiku ta' kważi 6.8% meta mqabbel ma Jannar – April tas-sena 2014, filwaqt li kellna żieda fl-iljieli mqatta ta 3.5%." Temm jgħid li l-Gvern huwa kommess li jissokta b'ħidmietu għal aktar suċċess fit-turiżmu u aktar riżultati pożittivi, mhux biss fl- ammont ta' turisti imma wkoll billi jkompli jaħdem biex jitjieb il-prodott turistiku li bih tiġbed aktar turisti ta' kwalità li jħallu aktar ġid fl-ekonomija Maltija. @reportermalta reporterontvm Għada t-Tnejn fi d-8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl -21.45pm Reporter jiddiskuti l-futur tal-Airmalta Il-Parlament il-ġdid miftuħ għall-pubbliku SMAJNA ħafna dwaru, u minn barra nistgħu narawh kuldarba li nidħlu l-Belt. Minn ġewwa sirna nistgħu narawh permezz tax- xandira diretta li ssir f 'kull seduta tal-Parlament, imma mhux biss. Illum il-Parlament se jiftaħ il-bibien tiegħu għall- pubbliku nhar bejn id-9am u s-1pm. Dan hekk kif ilbieraħ ukoll il-pubbliku ġenerali seta' jidħol fil-post fejn titfassal il-leġiżlatura Maltija, u li fih diġà u minjaf għad kemm jinqalgħu kontroversji, ġlied, imma wkoll tragwardi għall-istorja politika tagħna. Il-pubbliku għandu l-opportunità biex iżur il- binja tal-Parlament li ġiet inawgurata fl-4 ta' Mejju kif ukoll l-ewwel wirja li qiegħda tittella', li tikkonsisti f 'numru ta' purtieri u inkwatri, kollha xogħol ir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Intant ilbieraħ, waqt li bdew għaddejjin dawn l-attivitajiet, fl-10am l-Ispeaker neda ktieb bl-isem: Winning People's Hearts: How Social Inclusion Informed the 2013 Malta General Election Campaign, xogħol il-Professur Paul A. Bartolo fis-serje ta' kotba Education Research Monograph Series. Waħda mil-lukandi boutique f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015