Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 33 SPORTSillum PERMEZZ tar-rebħa kbira ta' 4-0 ta' Arsenal fuq Aston Villa ta' nhar is-Sibt 30 ta' Mejju, li biha huma rebħu l-FA Cup għat-12 -il darba fl-istorja tagħhom, Southampton irnexxielhom jiksbu post fl-Ewropa għat- tieni darba f '20 sena, fejn se jkunu qed jikkompetu fil-UEFA Europa League. Matul dan l-istaġun, Southampton kellhom staġun mill-aqwa fejn fost ir-riżultati mill-aktar rimarkabbli li kisbu s-Saints matul dan l-istaġun, ma nistgħux ma nsemmux ir-rebħa ferm sorprendenti li huma kisbu nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar kontra Manchester United, f 'Old Trafford. Din kompliet tikkonsolida staġun mill-aqwa li kellhom is-Saints fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. Biex ikollna stampa aħjar ta' x'għaddew minnu, Southampton FC, matul dan l-istaġun, dan il-ġurnal għamel kunatt mas-Segretarju u l-PRO tas-Southampton Supporters Club Malta, Victor Galea - partitarju kbir u espert fuq dan it-tim fejn tana l-fehmiet tiegħu fuq dan it-tim u fejn jaħseb li l-istess tim se jasal fi tmiem l-istaġun. Huwa afferma li: "Bħala partitarji ta' Southampton FC jew kif inhuma magħrufin is- Saints, aħna dejjem emminna li bħala tim, u mhux bħala plejers individwali, is-Saints huma wieħed mil-iktar timijiet tajbin fl-Ingilterra u dan riżultat ta' bosta snin ta' ppjanar b'għaqal u b'viżjoni biex illum qegħdin nilagħbu mal-ġganti tal-futbol. Il-klabb tas-Saints ra ħafna tbidil fl-aħħar snin. Wara li kien ilu 27 sena fil-Premier League, infatti huwa wieħed mill-klabbs fundaturi tiegħu, fl-2004 ġie relegat wara snin ta' tmexxija bla għaqal fejn bejgħ tal-aħjar plejers u tbagħbis fil-finanzi kienu ġabu l-klabb għarkubbtejh. Ironikament, f 'dik is-sena kien ġie mwaqqqaf is- Supporters Club tas-Saints f 'Malta, u dan wara li jiena u sitt persuni oħra li għandna għal qalbna s-Saints, konna ddeċidejna li nibdew niltaqgħu bħala supporters' club biex naraw il-logħob flimkien. Ma tantx kien żmien ideali biex tifforma supporters' club, speċjalment minħabba l-fatt li l-partiti taċ-Championship fuq it-televiżjoni kienu limitati ħafna, u agħar minn hekk wara sentejn is-Saints waqgħu f 'League One u bdew l-istaġun b'għaxar punti mnaqqsa. Madankollu dawn l-affarijiet ma qatgħulniex qalbna biex inkomplu nsegwu lit-tim favorit tagħna, is- Saints. Fl-2009, il-klabb iffaċċja sitwazzjoni li jiġi llikwidat, wara li s-Saints jew aħjar parti mill-azzjonisti tal-klabb, kellhom jagħtu xi 33 miljun Sterlina lill-FA Ingliża. Dan l-ammont eżorbitanti ma setax jitħallas b'riżultat li l-klabb tpoġġa għall-bejgħ. Kien f 'dan iż-żmien li l-istorja tas-Saints ħadet żvolta ġdida u dan meta Markus Liebherr, billjunarju Ġermaniż kien ġie avviċinat mill-businessman tiegħu, Nicola Cortese, biex jixtri l-klabb li kien jappoġġja Liebherr stess. F'dan iż-żmien ta' tibdil, aħna l-partitarji qatt ma qtajna qalbna u bqajna niltaqgħu b'mod regolari biex nisimgħu u anki naraw logħob f 'diversi ħwienet ġewwa Malta. Iżjed minn hekk, f 'logħbiet deċisivi fil-promozzjoni tas-Saints f 'kampjonati 'l fuq, sifirna flimkien kemm-il darba, inkluż meta grupp minna tlajna Wembley biex naraw il-finali tal-Johnston Paint Trophy fl-2011 li ntrebaħ mis-Saints b'riżultat ta' 4-1, esperjenza li tibqa' stampata f 'moħħi. B'Liebherr bħala s-sid il- ġdid tas-Saints, kulħadd kien moħħu mistrieħ u jħares 'il quddiem b'entużjażmu għall- futur feliċi. Madanakollu bħal sajjetta fil-bnazzi f 'Awwissu tas-sena 2011, Markus Liebherr ħalliena, aħbar li xxokkjat lil kulħadd, inkluz lilna l-partitarji tas-Saints. Liebherr, li kien regolarment jattendi għall-partiti ġewwa l-istadium St Mary's u jsegwi lis-Saints bħala wieħed mill- passjonijiet tiegħu, ħalla lill- klabb b'wirt lil bintu, Katerina Liebherr. Kien żmien ta' taqtiegħ il-qalb għaliex ħadd ma kien jaf x'kellha f 'moħħha bintu u jekk kinitx se tkompli bil-viżjoni li kellu missierha. Kienu mumenti ta' tensjoni għax kien hemm biża' li bintu setgħet tbiegħ il-klabb jew ma tkomplix tinvesti fih. Iżda l-ispekulazzjonijiet kienu twaqqgħu meta Katerina Liebherr tat konferenza stampa fejn qalet li hija riedet tkompli fuq il-ħolma li kellu missierha li jara l-klabb fil- Premier League. Il-filosofija tal-klabb, li llum huwa wieħed mil-iktar timijiet stabbiliti fl-Ewropa u għandu jkun ta' mudell għal timijiet oħra, hija waħda sempliċi - bi promozzjoni ta' talent lokali u internazzjonali minn età żgħira fejn dawn tal- aħħar ikollhom l-opportunità li jittrenjaw mal-ewwel tim. Infatti, s-Saints għandhom waħda mill-aħjar scouting networks fid-dinja u għadhom kif irrinovaw l-Akkademja Sportiva tagħhom b'investiment ta' madwar £40 miljun u li ssemmiet The Markus Liebherr Pavillion wara l-mibki, Markus Liebherr, is- salvatur tas-Saints. Ta' min ukoll isemmi li l-pedigree tas-Saints hija waħda fenomenali. Dan il-klabb dejjem ipproduċa talenti kbar fil-kamp tal- futbol Ingliż, li jinkludu stilel bħal Terry Paine, Mick Channon, Matthew Le Tissier, Alan Shearer, The Wallace bros, Wayne Bridge, James Beattie, Theo Walcott, Gareth Bale, Oxlade Chamberlin, Adam Lallana, Callum Chambers, Luke Shaw u ħafna, ħafna izjed. Ma jistax jonqos li bħalissa aħna l-partitarji ninsabu kburin bil-prestazzjoni tat-tim tagħna. Ta' dan għandu jingħata kreditu l-kowċ ta' fama mondjali, Ronald Koeman, li apparti li rnexxielu jkompli jibni fuq stil ta' logħob b'passing one touch veloċi, kien kapaċi jġib plejers internazzjonali fosthom Graziano Pelle', Tadic, Alderwereld u Frazer Foster. Dawn l-akkwisti kienu pass kruċjali wara li fis-sajf li għadda, it-tim ra t-tluq tal-kowċ u plejers bħal Adam Lallana, Rickie Lambert, Dejan Lovren u Luke Shaw għal ma' timijiet rivali oħra, timijiet oħra li bħalissa kollha jinsabu taħt is-Saints fil- klassifika. L-istorja tas-Saints hija sinomina ma' dik tal- leġġenda tal-Feniċju - meta dan l-għasfur kienu ħasbu li qerduh bin-nar, dan kien irxoxta mill-ġmied u ttrasforma ruħu f 'għasfur ikbar u iktar b'saħħtu. Ninkoraġġixxi lil kull partitarju ta' kwalunkwe tim li ma jkunx meqjus wieħed mit- timijiet kbar biex dejjem jibqa' jsegwi t-tim favorit tiegħu għax bħalma kien qal il-plejer ta' fama internazzjoni, Dennis Bergkamp – "When you start supporting a football team you don't support it because of the trophies, or a player, or the history, you support it because you found yourself somewhere there; found a place where you belong". Nistieden lill-qarrejja biex iżuru l-facebook page tagħna Southampton FC Malta kif ukoll is-sit elettroniku, www. sfcmalta.club," temm jgħid Victor Galea. Meta Southampton kisbu post -Ewropa għat-tieni darba f '20 sena Plejers ta' Southampton jifirħu u dan bir-raġun, wara li rnexxielhom jagħmluha għall-UEFA Europa League