Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 Q amu l-irwiefen kollha dwar il-proposta ta' Università fuq l-art f 'Taż-Żonqor. L-Oppożizzjoni, dejjem lesta biex tieħu l-akbar vantaġġ mill-kontroversja, qed timbotta biex il-kwistjoni kollha tal- grupp Sadeen, kumpanija tal-kostruzzjoni mill-Ġordan li milli jidher m'għandhiex kredenzjali akkademici, toħodha f 'idejha s-socjetà ċivili. Anzi l-PN qed jgħid li hu l-uniku partit politiku li qed jiddefendi kontra l-istupru tal-art taż-Żonqor. Ma nafx li hemm xi partit politiku ieħor li jista' jagħmel dan, ladarba l-PN lanqas biss iqis lill-Alternattiva Demokratika bħala partit. B'dawn il-lobby groups kollha skjerati fuq in-naħa tal-PN, hu difficli tifhem għaliex ma jorganizzawx ruħhom f 'partit, strutturat u organizzat formalment. Jemmnu jew ma jemmnux fil-potenzjal politiku tagħhom? Kif tista' tagħtihom kreditu meta jaraw l-affarijiet minn lenti mijopika? Dan il-partit jista' jibda jissejjaħ "Il- Partit tal-Verġni", iżda qabelxejn irid jinsa l-isfreġji kollha li wettqu n-Nazzjonalisti f '25 sena ta' gvern. Bejn 1-1987 u l-2002, ibda biex, Malta tilfet 15% tal- art ODZ taħt il-PN, ekwivalenti għal 1,200 ettari. Imbagħad kien hemm 300 ettari oħra ODZ li ngħataw bħala permessi, jigifieri fil-ħakma taż-żewg partiti "din l-art helwa" qed tkun stuprata dejjem aktar. Il-kelma "stuprata" ġiet f 'mument ħazin. L-Arcisqof Scicluna, li jagħmel mill-aħjar biex jiddeffes f 'ritratt jew ieħor, f 'messagg bi Twitter uża l-kelma "stupru" li uża l-mexxej tal-PN. Mons Bubbly Charles qal li l-Knisja veru li għandha pjanijiet biex tiżviluppa Dawret Ħal Għaxaq għal żewġ skejjel: St Albert the Great u skola oħra għas-sorijiet tas-Sacred Heart. Bejniethom, dawn iż-żewġ proġetti se jieħdu mat-78,000 metru kwadru ta' art. L-Arcisqof qal li hemm kuntrast qawwi bejn il-proġetti tal-Knisja u dawk taż-Żonqor (99,000 metru kwadru). L-art pristina għall-kulleġġi tal- knisja għandha l-istess valur agrikolu/ambjentali daqs dik tal-Ponta taż-Żonqor. Jekk irid jitwemmen Mons. Bubbly Charlie għandu jgħid kollox quddiem Alla tiegħu. Jew ma jkomplix jitfa' l-ħatab fin-nar. Argument ieħor tiegħu hu li l-proġett tal-Knisja hu esklussivament għal skopijiet edukattivi, filwaqt li dak tal- investutur Ġordaniz għandu interessi privati u kummerċjali. Din ipokresija - għax kull fejn ittieħdet art verġni "tal-Knisja" dawk li bbenefikaw kienu spekulaturi joperaw f 'isem l-edukazzjoni, b'uliedhom fuq quddiem bħala studenti preferuti. Hemm preċedenti oħhra li gvern tal-PN akkwista għall- proġetti pubbliċi: estensjonijiet vasti għall-università tal-Imsida, l-isptar Mater Dei, il-Power Station ta' Delimara, Smart City, il-Magħtab, fost oħrajn. L-art li hi komodità prezzjuża għall-partijiet kollha. Imma l-poplu ma jistax jibqa' belhani u jibla' l-lixka kollha tal-partiti u tal-Knisja, li baqgħet tgawdi poter inkredibbli. Inċidentalment, kontra t-300 ettaru li ttieħdu mill-PN mill- 1995 'l hawn għall-permessi, l-hekk imsejħa "Università f 'Taż-Żonqor" se tieħu 9 ettari. Ta' min ifakkar li fl-2002 f 'Wied iż-Żonqor il-PN kien ippropona miżbla, kif ukoll impjant tar- reverse osmosis. Skont Carmel Cacopardo, kieku l-PN kien welled MEPA li jixirqilha isimha u kredibbli, m'aħniex qegħdin fis- sitwazzjoni tal-lum. Il-poplu jrid jara kif se tispiċċa din il-logħba ġdida li tkaxkret fl-arena politika, bil-Knisja tidher li dieħla kompliċi man- naħa tradizzjonalment favorita tagħha. IT-TEKNOLOGIJA U L-INDUSTRIJA TAL-ISPIN Fis-sena 2000 bħala delegat mill-Policy Unit tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura kont attendejt sessjoni Plenarja tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu. Niftakar li kont ressaqt proposta biex tkun diskussa d-digital divide. Kont issekondat fil-pront mir- rappreżentant/ osservatur tal-Kanada li qal li hu sorpriz li gżira zgħira bħal Malta digà kienet qed tantiċipa l-implikazzjonijiet soċjali u kulturali tal-internet. F'nofs ix-xahar li għadda, f 'Mejju, tfakkar il-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjoni. Kif mistenni, l-Awtorità Maltija tal- Komunikazzjoni (MCA) ħarġet tippubbliċizza l-avvanzi li saru f 'Malta fil-kamp digitali, mill- Community Training Learning Centres (CTLC) sa servizzi mediċi; mill-BSmart Online! sas-servizzi għaż-żgħazagħ. Imma ma ssemma' xejn dwar "in-naħa skura" tal-avvanz tal-informatika. Per ezempju, rapport tal-istess MCA żvela li 71% tat-tfal Maltin jużaw iċ-ċellulari, imma 58% biss tal- ġenituri jafu b'dan. Aspett ieħor negattiv qanqlu l-lekċerer ewlieni għall- Istudji tal-Komunikazzjoni ir-Rev. Joe Borg li wera kif it-teknologija qed tqis lin-nies bħala konsumaturi minflok ċittadini u li qed nitilfu l-ħila li nikkomunikaw direttament. Father Borg osserva, fl- aħħarnett, li nħolqot "industrija tal-ispin" li saret għadu tal- komunikazzjoni awtentika. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI L-ISTUPRU TA' ART VERĠNI Fl-epoka digitali kif qed nikkomunikaw ma' xulxin? L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri L-eks lukanda Jerma Palace u lil hinn minnha R. FARRUGIA MARSASKALA ILLUKANDA Jerma Palace ta' 4 stilel f 'Marsaskala kienet ingħalqet fl-2007. Mhux għaliex kienet falluta, anzi il-kuntrarju kienet tkun mimlija bit-turisti s-sena kollha. Is-sidien derilhom, b'dan kollu, għar-raġunijiet tagħhom, li kellhom jagħlqu l-lukanda. Għadha hekk magħluqa sal-lum, bil- konsegwenza li fejn qabel kienet żona ta' kummerċ u mill-isbaħ, saret pjaga. Il-lukanda Jerma kienet inbniet fi żmien Gvern Laburista. Il-Gvern Laburista ta' Dom Mintoff kien beda jaħdem bla heda biex ikabbar it-turiżmu f 'Malta. Kien qed jiġri li t-turiżmu kien iffokat biss f 'żewġ lokalitajiet ta' pajjiżna. Il-PL fil-Gvern kien ħass li dan ma kienx sewwa, anzi kienet inġustizzja lejn in- naħa t'isfel ta' Malta. Għalhekk kien ħaseb li jiżviluppa infrastrutturalment in-naħa t'isfel ta' Malta u proprju f 'Wied il-Għajn. Kien ta l-art lill-kumpanija li waqqaf il- Gvern stess bl-isem ta' Lafico bi skop ewlieni u preċiż li tinbena lukana ta' 4 stilel. Il- kundizzjoni meta ngħatat l-art kienet waħda ċara, biex tintuża bħala lukanda - xejn iżjed u xejn anqas. Illum qed jingħad li quddiem il-MEPA hemm applikazzjoni biex dik il-medda ta' art fuq il-baħar tinbena. Qed jingħad ukoll li saħansitra hemm il-pjanti lesti. Jidher iżda, jekk dak li qed jingħad huwa korrett, għax il-poplu għadu fil-għama, li se tinbena lukanda boutique u numru ta' appartamenti lussużi. Lukanda boutique tfisser lukanda zgħira, tip ta' dak li qed isir fil-Belt Valletta u f 'xi irħula f 'Għawdxin. Għar-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta dan mhux aċċettabbli. Dik l-art il-ġmiel tagħha fuq il-baħar kienet ingħatat, kif diġà għidt, preċiżament biex tinbena lukanda, biex in-naħa t'isfel ta' pajjiżna jkun jista' jigwadanja hu wkoll ekonomikament. Marsaskala m'għandux bżonn ta' aktar appartamenti. Appartamenti f 'Marsazskala nbnew bizżejjed u hemm iżżejjed. Fl-opinjoni tiegħi dan li qed jingħad, ikun kontra kull ħsieb u intenzjoni, tal-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien meta ta l-art lill-kumpanija Lafico. Nazzarda nghid anzi li ħaġa bħal din tkun ksur tal-kuntratt. Għalhekk jien qed inħeġġeġ lir-residenti biex jirreżistu pjani bħal dawn. Nappella fuq kollox lill-Kunsill ta' Marsaskala biex jopponi zvilupp ta' din ix-xorta. Il-Kunsill m'għandu qatt jaċċetta li flok lukanda ta' 4 stilel, tinbena biċċa lukanda u numru kbir ta' appartamenti. Mill-Kunsill, ir-residenti jistennew azzjoni u mhux skiet perfett. Nisperaw li ma tirrepetix ruħha l-istorja tal-impjant għar-riċiklaġġ u taż-Żonqor. Ħafna paroli u fatti xejn. Naraw x'se tkun il-pożizzjoni tas-Sindku, tal-Viċi Sindku u ta' dawk li tant ħarqithom qalbhom il-kwistjoni tal-Univeristà, u li jista' jkunu il-kaġun li jisfrattaw dan l-iżvilupp minn Marsaskala daqstant bżonnjuż u meħtieġ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015