Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 71 43 55 39 88 38 33 30 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta TRINITY Pharmacy, 32, Triq il-Mar- sa, Marsa ANICI Pharmacy, Triq Aniċi, Qormi MARRIT Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys MAYER Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida J.V.'S Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi THE Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema ST. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija ST. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta ST. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il- Kbira, San Pawl il-Baħar BROWN'S Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola VICTORY Pharmacy, 32, Triq il-Vi- torja, Isla SAN Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala ST. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun ŻURRIEQ Dispensary, 68, Triq il- Kbira, Żurrieq REMEDIES Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa (previously "St Nicholas Pharmacy"), Siġġiewi ST. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana PISANI Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Sannat L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 23˚ Ċ TEMP: Sabiħ, lokalment ftit jew wisq imsaħħab għal xi ħin VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana għall-Grigal forza 2 għal 3 li jdur mill-Punent għall-Majjistral sa filgħodu u jsir lokalment forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 25 °C L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 24 Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir forza 4 BAĦAR: Ħafif li jsir moderat IMBATT: Ftit li xejn "Ninfurmawhom bil-proġetti" Ikompli minn paġna 1 Meta kkuntattjat minn l-ILLUM Fr Jimmy Bartolo, ir-Rettur tal-Kulleġġ tal- iskola San Alwiġi, qal li l-kontijiet tal-iskola ma jiġux ippubblikati u li dawn jingħataw biss lis-Segretarjat u l-Amministrazjzoni tal- iskola. Mistoqsi jekk dan ifissirx li l-ġenituri ma jingħatawx rendikont dettaljat ta' x'jiġri mid- donazzjonijiet tagħhom, Bartolo sempliċiment tenna li ġenituri jiġu informati biss bil-proġetti li l-iskola tkun wettqet. Sussegwentament, huwa qalilna li għandu x'jagħmel u qata' l-linja. L-ILLUM reġa' prova jagħmel kuntatt ma' Fr Bartolo tliet darbiet oħra, iżda dan baqa' ma irrispondix it-telefon. "Ċempel lill-Kurja" Aktar minn hekk, meta dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Sister Veronica Gerada mill-Kuleġġ St Monica, din talbet sabiex id-domandi jiġu mistoqsija lill-Kurja. Kuntrarjament għal dan, kapijiet ta' skejjel oħrajn ma sabu l-ebda problema biex jagħtu iktar informazzjoni. "Huwa dritt tal-ġenitur li jkun jaf x'qed jiġri bi flusu" Mario Mallia, is-surmast tal-Kulleġġ St Albert the Great, tenna li minkejja li l-iskola m'għandha ebda obbligu legali, fl-aħħar ta' kull sena skolastika, il- ġenituri jingħataw rendikont tad-dħul u l-infiq li l-iskola tkun għamlet. "Huwa dritt tal-ġenitur li jkun jaf x'qed jiġri bi flusu," sostna Mallia. Ma' dan qabel ukoll il-Ministru Bartolo li sostna li l-iskejjel tal-Knisja m'għandhomx jiġu eżentati milli jagħtu rendikont, u li għaldaqstant il-ġenituri għandhom dritt li jkunu jafu fejn sejrin flushom." "Nemmen li l-iskejjel tal-Knisja għandhom jagħtu rendikont tal-infiq u d-dħul tagħhom. Fl- aħħar mill-aħħar huwa fl-interess tagħhom li jkunu trasparenti. Il-kwistjoni tiddependi ħafna mill- opinjoni u l-mentalità ta' min imexxi l-iskejjel," Bartolo spjega. Bl-istess mod, Fr Jurgen Cucciardi mill-kulleġġ ta' Saint Elias, qal li l-ġenituri jingħataw rendikont dettaljat tal-infiq kapitali tal-iskola. Minn naħa tagħha, Roberta Mifsud Bonnici minn St Joseph School ta' Blata l-Bajda, qalet li l-ġenituri tal-istudenti jingħataw lista tal-proġetti u stima tal-infiq li l-iskola tkun għamlet. L-ebda liġi ma tirregola lill-iskejjel tal-Knisja Normalment, kwalunkwe organizzazzjoni jew entità li titlob xi forma ta' donazzjoni tiġi rreġistrata bħala organizzazzjoni volontarja jew inkella ġġib permess mingħand il- pulizija skont il-liġi. Però, l-iskejjel tal-Knisja ma jaqgħu taħt l-ebda entità ta' dan it-tip u b' konsegwenza ta' dan m'hemm l-ebda liġi li tirregola dawn id- donazzjonijiet. Mal-ILLUM Kenneth Wain qal li "Skejjel jistgħu jiġu rreġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji hekk kif l-għan aħħari tagħhom huwa biex jipprovdu l-edukazzjoni. Madankollu, f 'Malta m'hemmx skejjel tal- Knisja li huma rreġistrati. Sabiex skola tal-Knisja tiġi mgħarrfa, l-iskola trid tkun volontarja u waħda li taħdem mingħajr ebda skop ta' profit." Wain temm jgħid li "bħala entitajiet li jirċievu donazzjoni, l-iskejjel tal-Knisja għandhom jippubblikaw il-kontijiet tagħhom, u li l-ġenituri għandhom ikollhom dritt li jagħmlu skrutinju." Id-donazzjoni mhi "volontarja" xejn L-ILLUM tkellem ma' xi ġenituri li tennew ukoll li minkejja li d-donazzjoni hija spjegata bħala waħda "volontarja", mhi waħda voluntarja xejn u li f 'ċerti każijiet jiġu ppressati biex iħallsu. Madankollu, skejjel li tkellmu ma' dan il-ġurnal ċaħdu dan u saħansitra sostnew li studenti li ma jifilħux iħallsu xorta waħda jiġu trattati daqs l-istudenti l-oħra. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015