Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 31 SPORTSillum NHAR l-Imnarja, id-29 ta' Ġunju, il-klabb ta' St Patrick's AC, organizza aquathlon ġewwa Marsaxlokk. It- tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 2.5km, għawma ta' 1km u ġirja oħra ta 2.5km. Din it-tellieqa kienet parti mill-kalendarju tal-Malta Triathlon Federation, bil-punti għall-unur tat- 'Triathlete of the Year'. It- temp kien wieħed ideali fejn l-atleti kienu qed jimmiraw biex itejbu l-ħinijiet tagħhom Iċ-champion ta' Malta Keith Galea mar mill-ewwel fuq quddiem bis-soltu pass b'saħħtu tiegħu. Mark Herrera ta' Pembroke Athleta li huwa speċjalizzat fit-tlielaq tal- ġiri tat-track and field, mar mill-ewwel wara Keith Galea. It-tnejn fetħu vantaġġ kbir fuq il-kumplament tal-atleti. Mark Herrera daħal l-ewwel fit-transizzjoni f 'ħin ta' 7.59 sekondi, segwit minn Keith Galea bi 8 sekondi. Kien fl-għawma li Galea ħa l-kmand assolut tat-tellieqa fejn beda jaqdef b'saħħtu ħafna u jkabbar il- vantaġġ fuq Herrera. Galea ħareġ fl-ewwel post mill-għawma fejn għamel ħin ta' 14.59 minuti u kellu vantaġġ komdu x'jamministra. Madankollu, Galea kompla jagħmel l-almu tiegħu fit-tieni ġirja hekk kif kien moħħu fir- rekord tal-korsa. Fil-fatt, grazzi għall-ħin li għamel fit-tieni ġirja ta' 8.27 minuti, iċ-champion ta' Malta rebaħ din it-tellieqa f 'ħin ta' 32 minuta u 38 sekonda, biex kiser ir-rekord tal- korsa b'minuta u nofs. Fit tieni post spiċċa Graham Borg b'hin ta' 34.12, u Mark Herrera temm it-tellieqa fit-tielet post f 'ħin ta' 34.55. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu. B'temp li kien jippermetti, huwa għamel moħħu hemm, biex jikser ir-rekord tal-korsa. Ħassu b'saħħtu ħafna matul it-tellieqa kollha, u l-ħinjiet tiegħu kienu impressjonanti ħafna, u dan jawgura tajjeb għall-kumplament tal-istaġun. Huwa saħaq li jinsab kuntent li rebaħ din it-tellieqa għat- tieni darba konsekuttiva b'distakk tajjeb fuq l-eqreb atleti. Keith Galea xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Garmin Malta BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon, Mochika Outdoor Life u Starbene 24/7, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill-Kunsill Malti għall- iSport (KMS), u lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Fl-aħħarnett Galea xtaq jgħid prosit lill-klabb ta' St Patrick's AC tal-organizzazjoni tat- tellieqa. jmur jagħmlu passi ta' ġgant 'il quddiem f 'dak li għandu x'jaqsam ma' strutturi marbuta mal-futbol milgħub u mhux biss, permezz tal- ideat u metodi ġodda għall- akbar ġid ta' dan l-aktar sport popolari fid-dinja. Wara d-diżappunt totali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena li għaddiet li saret fil-Brażil stess, it-tim nazzjonali Brażiljan fittex li jimbarka fuq ċiklu ġdid, billi neħħa lill-coach Luiz Felipe Scolari u ngaġġa fit-tmun tiegħu lil Carlos Dunga. Niftakru li dan kien l-istess persuna li kien il-captain fl-aħħar trijonf maġġuri tal-Brażil permezz tar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2002. Wara li serva għal żmien twil bħala captain tal-Brażil, Carlos Dunga kien inħatar coach tal- Brażil lura fl-2006 fejn dam fit-tmun tal-Brażil sal-2010, u mexxa lit-tim tiegħu għal xejn inqas minn 42 rebħa, u 12-il parità u tilef biss sitt logħbiet. Iżda, kellha tkun il-kwarti tal-finali mitlufa bl-iscore ta' 2-1 kontra l-Olanda nhar it-2 ta' Lulju tal-2010, li temmet l-avventura ta' Carlos Dunga, fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Brażiljan. L-istil ta' logħob li kien jipprepara għat-tim tiegħu, Carlos Dunga, kien meqjus bħala negattiv u nieqes mill- ideat, u dan barra d-disfatta kontra l-Olanda, kien fattur ieħor li wassal biex Carlos Dunga jiġi mneħħi minn coach tat-tim nazzjonali Brażiljan. Iżda, jidher li l-amministraturi tal-futbol Brażiljan għandhom fiduċja assoluta f 'Carlos Dunga, hekk kif reġgħu tawh il-fiduċja assoluta biex imexxi lit-tim nazzjonali Brażiljan, wara li Luiz Felipe Scolari tneħħa mit-tmun tal-Brażil tul is-sajf tas-sena li għaddiet. U biex ngħidu kollox tul l-aħħar xhur fit-tmexxija tal- Brażil, Carlos Dunga, deher li kien qed iġib l-istess saħħa u ħeġġa, li kien tabilħaqq juri fil-grawnd bħala captain tal- Brażil, lura fin-nukleu tat-tim nazzjonali preżenti tal-Brażil. Dan hekk kif qabel it-telfa kontra l-Paragwaj, fil-Copa America, il-Brażiljani kienu għadhom ġejjin minn tmien logħbiet konsekuttivi mhux megħluba. Iżda, din id-disfatta kontra l-Paragwaj, fejn il-Brażil, xejn ma impressjonaw, reġgħet waqqgħet bis-sħiħ il-moral u l-entużjażmu fil-kamp tat-tim nazzjonali Brażiljan. Tajjeb ngħidu li f 'din il- logħba, il-Brażiljani kienu ferm xotti f 'dak li għandu x'jaqsam ma' azzjonijiet perikolużi, u saħansitra fl- ewwel taqsima huma daħlu fil-kaxxa tal-avversarji għal darba waħda biss. Intant, f 'kummenti ġenerali li Kakà għadda lil CNN, huwa saħaq li dan huwa klabb ġdid għall-Brażil, u waqt li huwa ta sostenn u sapport morali sħiħ lill-coach Carlos Dunga, huwa afferma li issa huwa ż-żmien li l-Brażil tipprepara bis-sħiħ u tħares 'il quddiem b'ottimiżmu għat-Tazza tad-Dinja li jmiss, li se ssir fir-Russja fl-2018. nazzjonali Brażiljan? Rebħa tajba għal Keith Galea fl -Aquathlon Keith Galea ppreżenat bit-trofew li mmarkatu bħala r-rebbieħ ta' din is-sena tal-Aquathlon ISSEWWIEQ tal-Honda, Marc Marquez, kompla bil-forma ferm tajba li għaddej minnha bħalissa fil-Kampjonat tal-Moto GP meta fiċ-ċirkwit tal- Ġermanja, Sachsenring, rebaħ il-pole position tal-GP Ġermaniż. Wara li rebaħ is-sessjonijiet kollha ta' prattika, Marquez irnexxielu jersaq ferm qrib tar-rekord li kien kiseb matul is-sena li għaddiet fit-tieni sessjoni ta' kwalifikazzjoni. Sieħbu fuq Honda, Dani Pedrosa, qabeż għal xi ħin lil Marquez, iżda s-sewwieq fenomenu Spanjol wettaq reazzjoni tajba fejn irnexxielu jikseb ħin ta' 1.20.336 minuti, biex kiseb is-sitt pole konsekuttiva tiegħu f 'dan iċ-ċirkwit. Jorge Lorenzo se jsegwi lis-sewwieq Spanjol Marc Marquez u Dani Pedrosa fit-tielet post fuq il-mutur tiegħu, Yamaha. Andrea Iannone se jkun qed jibda mir-raba' post fuq Ducati, hekk kif tard f 'din il-pole position għadda lis- sewwieq ta' Pramac, Yonny Hernandez, li se jkun qed jibda mill-ħames post. Is-sewwieq li qed jokkupa l-quċċata tal-klassifika tas- sewwieqa tal-Moto GP sa issa, u rebbieħ tal-aħħar GP f 'Assen, it-Taljan Valentino Rossi se jkun qed jibda mis-sitt post tal-gradwatorja, illum, fil-Ġermanja. Marc Marquez jirbaħ is-sitt pole konsekuttiva fi l-Ġermanja Is-sewwieq fenomenu Spanjol Marc Marquez fl- azzjoni fiċ-ċirkwit ta' Sachsenring, fil-Ġermanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015