Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 29 SPORTSillum TAT-TRASFERIMENTI... WALCOTT – Liverpool huma interessati li jakkwistaw lil Theo Walcott biex jieħu post Raheem Sterling li jidher li jista' jingħaqad ma' Manchester City. JARDIM - Il-kowċ ta' Monaco, Leonardo Jardim, jista' jħalli lil Monaco, biex jibda avventura ġdida l- Kampjonat Barclays Premier -Ingilterra. ODEGAARD – Real Madrid iddeċidew li jsellfu lill-attakkant Norveġiż li għad għandu biss 15 –il sena Martin Odegaard. Fost il-clubs li qed jissemmew li jistgħu jakkwistaw is-servizzi tiegħu hemm Celtic, Southampton u Getafe. WITSEL – Juventus jinsabu interessati li jakkwistaw is-servizzi ta' Alex Witsel, fejn id-Direttur Sportiv tal-Bianconeri, Fabio Paratici, qed josserva mill-viċin lil dan it-talent Belġjan. Dan il- plejer ta' nofs il-ground huwa vvalutat għas- somma ta' xejn inqas minn 28 miljun Ewro. GLEN JOHNSON – Qed jissemma' li d-difensur internazzjonali Ingliż ta' Liverpol, Glen Johnson, jista' jsieħeb lil Roma matul l-istaġun li ġej, t-tentattiv li dawn isaħħu d-di ża tagħhom li xejn ma mpressjonat matul dan l-istaġun ferm deludenti għalihom. Is-sigriet wara s-suċċess tat-tim nazzjonali tan-nisa tal-Istati Uniti HEKK kif nhar il-Ħadd filgħaxija, l-Istati Uniti rebħu t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa bl-aktar mod konvinċenti, hekk kif għelbu lill-Ġappun bl-iscore kbir ta' 5-2, wieħed jista' jistaqsi x'kien is-sigriet li wassal għal dan is-suċċess. Fost dawn is-sigrieti nistgħu nsemmu bosta iżda m'hemmx dubju li fattur ewlieni li wassal għal dan is-suċċess kien programm dettaljat u ferm organizzat li ilu mħejji mill-Istati Uniti, u li jibda minn etajiet ferm żgħar ta' tfal, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' football tan- nisa. Xhieda ta' dan huma r-riżultati mill-aqwa li kiseb dan it-team tan-nisa, li jikkuntrastaw bil-bosta mar-riżultati li jikseb it-team nazzjonali tal-Istati Uniti tal-irġiel, għalkemm fl-aħħar snin il-football tal-irġiel f 'dan il-pajjiż għamel passi ta' ġgant 'il quddiem. Insemmu biss it-Tazza tad-Dinja li saret fil- Brażil matul is-sena li għaddiet fejn it-team nazzjonali tal-irġiel tal-Istati Uniti kellu wirjiet u riżultati mill-aqwa. Meta wieħed jagħti ħarsa lejn il-formazzjoni tan-nisa tal-Istati Uniti, malajr jinduna li dan ir-riżultat ma wasalx b'kumbinazzjoni. Nibdew bil-goalkeeper Hope Amelia Solo li qabel waslet għall- finali kontra l-Ġappun kienet għadha ġejja minn xejn inqas minn 513 -il minuta mingħajr ma ssofri goal. Barra minn hekk id-difiża ferm soda Amerikana uriet lilha nnifisha bħala kważi impenetrabbli. Imbagħad ma nistgħux ma nsemmux lill- player Carli Lloyd, fil-preżent meqjusa bħala waħda mill- aqwa players nisa fil-football mondjali. Hija skorjat hat-trick f 'din il-finali, li tajjeb ngħidu li kien l-aktar wieħed veloċi fl- istorja tat-Tazza tad-Dinja. Dan hekk kif hija skorjat hat-trick f 'inqas minn kwarta logħob, bil-goals tagħha jaslu eżattament fit-3, fil-5 u fis-16 -il minuta. It-tip ta' logħob li bdiet turi f 'din il-finali kien bħal donnu dak li wieħed jara waqt li jkun qed jilgħab xi video game, bit-tielet goal tagħha jasal saħansitra minn nofs il-ground jirriżulta bħala wieħed mill-isbaħ li qatt ra l-football tan-nisa fl-istorja. Għall-fini ta' statistika, Carli Lloyd, saret it-tieni player li qatt skorjat hat-trick fl-istorja f 'finali tat-Tazza tad-Dinja, kemm tan-nisa kif ukoll dik tal-irġiel. Dan wara li l-player Ingliż, Geoff Hurst, kien skorja wkoll hat-trick fil-finali tat- tazza tad-Dinja 1966 ġewwa l-Ingilterra, meta t-team nazzjonali Ingliż kien għeleb lil dak Ġermaniż b'mod mill- aktar kontroversjali bl-iscore ta' 4-2. Barra minn hekk l-iscore finali ta' 5-2, fejn b'hekk rajna xejn inqas minn seba' goals f 'din il-finali kien l-akbar score kombinat fl-istorja ta' finali tat-Tazza tad-Dinja, kemm fil-kamp femminili, kif ukoll f 'dak maskili. Rimarkabbli huwa l-fatt li t-team nazzjonali tan-nisa tal-Istati Uniti jinkorora fih ukoll lill-player li għandha xejn inqas minn 40 sena, Christie Rampone, li tiġi wkoll il-capatin tal-istess team. Din kienet l-unika player li rebħet l-aħħar Tazza tad-Dinja mal-Istati Uniti lura fl-1999. Christie Rampone se tibqa' mniżżla fl-istorja, hekk kif l-inklużjoni tagħha fl-aħħar minuti ta' din il-finali, mmarkata bħala l-akbar player li qatt ħadet sehem f 'Tazza tad-Dinja tan-Nisa. Mistħoqq kien il-fatt li fl-aħħar tal-finali kienet propju hi li flimkien ma' Abby Wambach, għolliet it-Tazza tad-Dinja. Ftit tal-ġimgħat ilu, il- president tal-FIFA, Sepp Blatter, li riċentament tant kien fl-aħbarijiet, f 'kumment leġġer saħaq li l-players nisa forsi jridu jqassru t-tul tax- shorts tagħhom. Dan biex jiġbdu l-interess ta' spettaturi irġiel, u jikber l-interess fil-logħba tal-football tan- nisa minn kulħadd, iżda speċjalment mis-sess maskili. Iżda tabilħaqq, il-kummenti ta' Sepp Blatter, irriżultaw bħala żbaljati, hekk kif din it-Tazza tad-Dinja, għalkemm il-logħbiet intlagħbu tard bil-lejl, ġibdu l-interess tal- miljuni ta' partitarji madwar id-dinja, fejn l-istazzjonijiet prinċipali Amerikani fosthom CNN u Fox Sports irrapurtaw records li qabżu bil-bosta lil dawk preċedenti f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ammonti ta' persuni li segwew dawn il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja mirbuħa mill-Istati Uniti. Saħansitra, Fox Sports, irraporta li s-sitt logħbiet li kienu mpenjati fihom l-Istati Uniti qabel waslu għall-finali attiraw medja ta' xejn inqas minn 5.3 miljun tele-spettatur, li jfisser żieda ta' 121 % mit-tele-spettaturi li segwew it-Tazza tad-Dinja tan-nisa fl-2011. Dan kollu jindika li l-football tan-nisa madwar id-dinja kollha, iżda speċjalment dak fl-Istati Uniti qed jikber bil- bosta. Kif jgħidu, il-paraguni huma odjużi, u għalhekk forsi ma jkunx idoneu li wieħed jikkumpara l-football tan-nisa ma' dak tal-irġiel. Iżda, meta wieħed jara sa fejn irnexxielu jasal il-football tan-nisa fl-aħħar żminijiet, u meta wieħed jikkumpara s-salarji esorbitanti li jaqilgħu players tal-football irġiel, meta mqabblin ma' dawk li jaqilgħu footballers nisa, forsi wieħed jasal għall-konklużjoni li l-football tan-nisa hemm bżonn li jiġi aktar rikonoxxut mill-amministraturi tal- football mondjali, fosthom mill-FIFA u mill-UEFA. Dan, għalkemm ma nistgħux niċħdu l-fatt li f 'dawn l-aħħar snin, dawn iż-żewg assoċjazzjonijiet tal- football, taw bosta għajnuna biex tabilħaqq assiguraw li l-football tan-nisa jikseb riżultati li qatt ma kien kiseb qabel. Il-football tan-nisa fl-Istati Uniti, speċjalment bl-aħħar unur ferm prestiġjuż tar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja, nhar il-Ħadd li għadda huwa xhieda ċara ta' x'kapaċi jagħmlu n-nisa fil-football! Plejers li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali tan-nisa tal-Istati Uniti jiċċelebraw bil-kbir wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja nhar il-Ħadd li għadda, wara li għelbu lill-Ġappun bl-iscore kbir ta' 5-2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015