Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 MA nistax ma nirringrazzjax lill-eks sindku Joseph Grima għal ħafna informazzjoni li għaddieli fuq dan ir- raħal qadim Għawdxi li għandu żewġ festi titulari, għalkemm illum qed jiċċelebra l-festa tas- Sokkors. Ir-raħal pittoresk ta' Kerċem jinsab fix-xaqliba tal-Lbiċ tar-Rabat u qrib ħafna tal-istess belt tal-gżira Għawdxija. L-ewwel darba li jissemma' Ta' Kerċem hu fis-sena 1587. Qabel dan il-post kien riferut bħala Santa Katarina tal-Qabbieża, u dan minn kappella qadima dedikata lil din il-qaddisa. Hemm diversi interpretazzjonijiet dwar l-isem "Ta' Kerċem." Hemm min jaħseb li hu isem ta' nies qodma, oħrajn qatgħu li l-kelma tnisslet mill- Puniku u tfisser post ta' turufnament barra mill- belt. Hemm min jgħid li l-kelma "Ta' Kerċem" ġejja mill-kelma Latina "quercus" li tfisser "balluta," għax jgħidu li fl-imgħoddi dan il-post kien miżgħud bis- siġar tal-ballut. L-istoriku Għawdxi Rev. Dr. Joseph Bezzina jidher li jaqbel mal-fehma ta' De Soldanis li jgħid li hu laqam ta' familja li xi darba fl-imgħoddi mbiegħed, għexet fl-inħawi. Madanakollu t-tifsir tal- isem ta' dan ir-raħal jibqa' mistur u ma nafux min hu l-aktar eżatt. Li nafu żgur hu li l-post kien mgħammar mill- bniedem sa mill-ibgħad żminijiet. Xhieda ta' dan huma l-fdalijiet tal-fażi Għar Dalam (5000-4500 Q.K.) li nstabu fl-għerien tal-Mixta. Fdalijiet oħra huma l-oqbra preistoriċi mħaffra fil-franka, misjuba fl-2008 maġenb is-Santwarju Parrokkjali ta' Kerċem, meqjusa bħala monumenti funerarji fost l-eqdem fil- Mediterran. Aktar fdalijiet huma kumpless ta' żmien il-Feniċi li nstabu fis-sena 1906, Santwarju Puniku misjub f 'Ras il-Wardija minn Missjoni Militari Taljana fl-1964-65 u Banjijiet Rumani li nstabu fl-inħawi magħrufa bħala ta' Għar Għerduf. Imbagħad żgur ma niżbaljawx jekk ngħidu li l-Katakombi ta' Għar Għerduf u l-kappelli antiki f 'dawn l-inħawi, li llum ħafna minnhom inqerdu għalkollox (fosthom dik magħrufa ħafna ta' San Girgor, huma xhieda li minn żminijiet bikrin l-insara tal-gżira fittxew dawn l-inħawi għal skopijiet reliġjużi.) L-oriġini tal-festa ta' San Girgor fir-raħal ta' Kerċem m'hemmx dubju li hija l-purċissjoni votiva li sa minn żminijiet ferm antiki kienet issir mill- Matriċi (illum il-Katidral t'Għawdex) għall-Kappella ta' San Girgor f 'jum il- festa ta' dan il-qaddis nhar it-12 ta' Marzu. Daħlet bħala purċissjoni ħalli Alla jġib l-għaqda bejn is-slaten insara. Hi wegħda li għamlu missirijietna fl-istess okkażjoni li saret din il-purċissjoni tal-istess qaddis fiż-Żejtun Malta. F'Ta' Kerċem id- devozzjoni lejn San Girgor il-Kbir Papa xxettlet u trawmet sew fil-kappella meqjuma lilu li nbniet fil-kontrada ta' Għar Għerduf, fuq ir-riħ ta' Wied il-Lunzjata, lejn is-sena 1580, fi żmien meta l-gżira ta' Għawdex kienet għaddejja minn mument l-aktar diffiċli. Mal-medda taż-żmien, il-festa ta' San Girgor kompliet dejjem issir aktar popolari fost l-Għawdxin. Saret festa folkloristika mimlija movimenti, kuluri u kummerċ. It-tiżwiq tal-kuluri tal-fratelli, l-ilwien tal-istandardi tal-fratellanzi, l-ilbies tal- kanoniċi u tal-kleru, kienu jagħtu lil din il-purċissjoni tal-festa ta' San Girgor, xejra ferriħija ta' ġmiel u poeżija. Aktar ma beda jikber ir-raħal, aktar inħasset il- ħtieġa ta' knisja akbar. Kien hawn li ċertu negozjant Franġisk Camilleri u martu Roża, iddeċidew li jidħlu għall-ispjejjeż ta' Knisja ġdida. Fuq pjanta tal-Kan. Salvu Bondi, l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida tqiegħdet fit-12 ta' Marzu 1846. Din tlestiet fit-23 ta' Novembru 1851 u ġiet imbierka mill- Pro Vigarju Dun Tumas Pace. Fl-1 ta' Settembru 1848, waqt żjara li l-Isqof Publju Marija Sant għamel lill- bini tal-knisja l-ġdida ta' San Girgor, mar iwaqqaf il-lokalità ta' Kerċem bħala Viċi Parroċċa. Mat-tlestija tal-bini tal-Knisja, bdiet tiġi mgħammra b'opri l-aktar meħtieġa. Iżda bla dubju ta' xejn l-akbar opra li saret kienet il-kwadru titulari, kapolavur tal-arti tal-artist Salvatore Busuttil. F'dan il-kwadru nsibu lill-Madonna tas-Sokkors fil-għoli mdawra b'għadd kbir ta' anġli, u San Girgor mixħut għarkupptejh jitlobha. Ħdejh jidhru nies għarkupptejhom u oħrajn mixħutin fl-art mejtin bil-pesta. Tidher ukoll iċ-Cittadella t'Għawdex u l-purċissjoni ta' San Girgor. Permezz ta' dan il-kwadru, issaħħet ferm id-devozzjoni tal-Kerċmin lejn il-Madonna tas-Sokkors. Dan wassal biex issir talba biex fil- Knisja ta' San Girgor f 'Ta' Kerċem tibda' tiġi ċċelebrata wkoll festa lill-Madonna tas-Sokkors. Id-digriet tal- Vatikan wasal fil-5 ta' Mejju 1855, iffirmat mill-Kardinal G. Ferretti. Iżda bla dubju ta' xejn, l-akbar xewqa tal-Kerċmin seħħet fl-10 ta' Marzu 1885. Dakinhar, il-Papa Leone XIII permezz tal- bolla appostolika "Nostro Pastoralis" mar jgħolli għad-dinjità ta' parroċċa lill-Knisja ta' San Girgor f 'Ta' Kerċem bl-ewwel kappillan ikun Dun Ġużepp Cachia. Fl-istess sena, b'digriet ieħor tal-Vatikan, il-Kongregazzjoni tar-Riti ddikjarat lill-Madonna tas- Sokkors bħala Kon-Titular flimkien ma' San Girgor, u ffissat iċ-ċelebrazzjoni tal-festa għat-tieni Ħadd ta' Ta' Kerċem, raħal qadim illum@mediatoday.com.mt John Busuttil L-istatwa titulari tal-Madonna tas-Sokkors

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015