Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 "Kull meta jitkellem Tsipras dejjem nieqes mis-sustanza" - Metsola LILLUM tkellem mal- membru Parlamentari Ewropew, Roberta Metsola f 'isem il-Partit Nazzjonalista waqt li kienet fis-sessjoni plenarja fi Strasburgu l-għada tal-vot li ħadu l-Griegi favur il-LE u lejlet il-vot tal-membri Parlamentari dwar it-TTIP, l-għaqda tan-negozju bejn żewġ blokok enormi, dawk tal-Amerka u l-Ewropa. Dwar il-vot tal-poplu Grieg, Metsola qalet li l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras indirizza l-Parlament Ewropew dwar il-kriżi ekonomika f 'pajjiżu. "Issa drajna li kull darba li jagħmel diskors dan ikun kollu retorika u nieqes mis-sustanza u mill-proposti konkreti. Hu ċar għalih u għal kulħadd, li baqa' biss ftit jiem biex tinstab soluzzjoni jekk il-Greċja verament trid tevita falliment. F'Malta, nafu wkoll xi jfisser meta politiku jagħżel li jkun ispirat mill-populiżmu jew inkella jwettaq politika perikoluża li twasslek f 'xifer l-irdum. Il-mexxejja Griegi jridu jgħidu l-verità liċ-ċittadini tagħhom. M'għandhomx jabbużaw mir-rieda tajba u mis-solidarjetà murija mill- Istati Membri. Nittama li xorta nsibu t-triq 'il quddiem li tkun ġusta mal-popli u l-pajjiżi Ewropej, fosthom Malta li silfu l-flus lill-Greċja. Is-soluzzjoni trid tkun ukoll ġusta mal- Griegi, li sfortunatament il-mexxejja populisti tagħhom wassluhom f 'din il-kriżi li jinsabu fiha." Metsola vvutat favur it-TTIP Metsola din il-ġimgħa fi Strasburgu vvutat favur it- TTIP li hi t-Transatlantic Trade and Investment Partnership bir-raġuni tagħha tkun, "Xejn ma jiġbor ir-relazzjoni politika u ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti aħjar mit-TTIP. "Ma nistgħux nitilfu din l-opportunità, li hi stmata li tlaħħaq il-mitejn biljun ewro minħabba strateġija ta' biża' minn xi setturi jew inkella minħabba miżinformazzjoni minn setturi oħra. "Fejn tidħol Malta - it- tneħħija tal-ostakoli għall- kummerċ mal-Istati Uniti jista' jfisser li d-dħul kapital reali tagħna jiżdied b'madwar 4.84%. Dan mhux ammont żgħir! "Filwaqt li TTIP huwa importanti ħafna, il-gwida m'għandhiex tkun li dan għandu jkun akkost ta' kollox. Aħna għandna nkomplu naħdmu u nagħmlu ħilitna biex jintlaħaq ftehim. Madankollu dan irid ikun konformi u jirrispetta l-istandards ambjentali, tas- saħħa, is-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Dan kollu hu essenzjali." Metsola kompliet tgħid li l-Ewropa trid taħdem aktar biex jitnaqqas id-distakk bejn min qed jinnegozja u l-pubbliku. "Huwa għalhekk li aħna qed nirsistu biex ikun hemm aktar trasparenza, u rendikont regolari ta' fejn ikunu waslu n-negozjati. "Fil-Parlament Ewropew għadna kemm ivvutajna fuq rapport dwar it-TTIP, li l-akbar kwistjoni kienet l-ISDS. Issa wasalna għall-kompromess. Irridu li ISDS tinbidel ma' sistema ġdida. Bis-sistema l-ġdida fejn ikun hemm tilwim, bejn investituri u l-iStati, dak it-tilwim għandu jkun suġġett għall-prinċipji demokratiċi. Għandu jkun suġġett għall- iskrutinju fejn il-każijiet jiġu mismugħa u trattati b'mod trasparenti minn arbitri maħtura b'mod pubbliku u li jkunu nies indipendenti u professjonali. Is-seduti għandhom ikunu pubbliċi u l-ġurisdizzjoni tal-Qrati tal-Unjoni Ewropea u tal- Istati Membri għandhom jiġu rispettati. "Nittama li dan kollu jwassalna biex insibu t-triq 'il quddiem." Quotations are to be submitted by not later than Wednesday 22 July 2015, 11:00 am. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Calls for Quotations Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future ESF 2.139 INCREASING ACCESSIBILITY , FLEXIBILITY AND INNOVATION TO MCAST LIFE�LONG�LEARNING COURSE OFFER Services of experiential knowledge experts in the following sectors: Q.63/2015 – Joiner (Woodworker) Q.64/2015 – Furniture Factory Woodworker MCAST is requesting quotations for services related to the identification of tasks that characterise experiential knowledge in the vocational sectors identified above. The Experiential Knowledge Experts shall be required to draw up tasks that are typically conducted by individuals in the specific sectoral occupations and link these tasks to learning outcomes and specific MCAST courses. The quotation documents can be viewed by accessing http://www.mcast.edu.mt/topmenu/tendersand quotations/quotations/quotationsnews/tabid/149/id/1220/services-of-exper iential-knowledge-experts-in-various-vocational-sectors.aspx "Is-soluzzjoni trid tkun ukoll ġusta mal-Griegi, li l-mexxejja populisti tagħhom wassluhom f 'din il-kriżi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015