Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 23 Mal-Ispiritwalista Pauljon Rakkonti Personali: Sopranatural Għeluq snin nies famużi Minn din il-ġimgħa ħa tibdew issibu informazzjoni u tagħrif dwar dak kollu li għandu x'jaqsam dwar l-oroskopju fuq il-ġurnal l-ILLUM. Dan mhux suġġett faċli li tikteb dwaru, imma nħoss li wasal iż-żmien opportun li hemm il-bżonn ta' aktar spjegazzjoni u informazzjoni dwar dan is-suġġett vast u misterjuż. Din il-paġna għalhekk se tibda tkun imqassma f 'erba' taqsimet li jkunu hekk. 1. Tfissir dwar is-sopranatural u rakkonti ta' esperjenzi tagħkom personali. 2. L-oroskopju b'tagħrif u informazzjoni kull ġimgħa. 3. Rokna ta' għeluq snin nies famużi eċċ. 4. Kuntatt magħkom il-qarrejja b'mistoqsijiet u informazzjoni fost oħrajn. F'Malta dan hu suġġett kontroversjali ħafna bil- misteri kollha mdawra miegħu u huma varji il- ħsibijiet u fehmiet differenti li jispiċċaw f 'diskussjonijiet varji bħal kull suġġett ieħor imma l-problema hi waħda negattiva li kull min jipprattika dan il-fenomenu jitpoġġa taħt keffa waħda, dik il-famuża kelma Maltija 'tax-xorti' però dan mhux sew għax jekk int infermier, ma tissejjaħx professur! Dan il-fenomenu wkoll għandu skala, skont l-individwu, xi tkun l-abbiltà tiegħu/ tagħha, eżempju wieħed jista' jkun Fortune Teller, jew Medium jew Clairvoiant jew spiritwalista fost l-oħrajn. U għalhekk li permezz ta' dan l-artiklu jien nixtieq nibda nfiehem aktar fid-dettal dan is-suġġett. Kull ġimgħa nibda nwassal informazzjoni u nispjega aktar u aktar issa li f 'Malta tant kiber l-interess li issa qiegħed ikollna diversi programmi fuq l-istazzjonijiet tat-TV lokali u dan juri kemm f 'Malta hawn interess kbir f 'dan il-fenomenu. Però rridu noqogħdu attenti għax sfortunatament bħal kull ħaġa li teżisti ssib it-tajjeb u l-ħażin, issib min hu dedikat u ssib min jabbuża. Għalhekk bis-saħħa ta' dan l-artiklu jien se nuri meta persuna tkun vera ddedikata u persuna li tista' tabbuża... dan kollu fil- ġimgħat li ġejjin. Barra minn hekk dan l-artiklu se jinkludi rakkonti ta' stejjer min-nies li huma stess għaddew minn xi esperjenza personali u se jaqsmu magħna dak kollu li jkunu għaddew minnu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Għal din il-ġimgħa li ġejja tistenniex affarijiet kbar, żomm mar-rutina tiegħek imma aħseb ftit dwar il-bżonnijiet tad-dar tiegħek. Jekk għandek relazzjoni aħseb ftit aktar fil-partner tiegħek jekk dan l-aħħar kont bdejt taqta' xi ftit lura, li tagħti sorpriża tkun utli. Ħu ħsieb li tagħraf is-sehem ta' sħabek fuq ix-xogħol urihom li int konxju minn dak li għaddej u agħraf issib ftit spazju għalik biex tagħraf lilek innifsek. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma: 4, 17, 28 u 45. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Għalik din il-ġimgħa ħa tibdielek b'ritmu qawwi li tara kemm vera l-affarijiet ġejjin favur tiegħek wara żmien iebes li għaddejt minnu imma żomm saqajk mal-art. Trid tagħraf iżżomm kontroll għax se tgħaddi minn xi eżami tal-kuxjenza tħallix dak li jkun ilu jgħelbek. L-ideat li għandek f'moħħok agħraf agħmilhom u użahom, ġimgħa tajba għal pjanijiet. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Ħamis. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma: 6, 15, 34 u 54. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ħsibijiet li għaddejjin madwarek u li għadek iżżomm lura milli twettaqhom issa wasal żmien li tibda taħseb biex tibda twettaq uħud minnhom. Huwa żmien ukoll biex issib ħin u spazju biex tista' tqatta' ftit ħin aktar mal-partner tiegħek u jkun rilass fl-istess ħin għalik, minħabba l-istress li hemm ikun tajjeb jekk tagħmel vista għand tabib ħalli tara li kollox sew. Parir, aħseb dejjem li ħadd ma jagħmillek bżar fuq imnieħrek. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma: 2, 18, 37 u 64. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Trid tqum fuq tiegħek u turi kemm int per- suna lesta għal kull kritika ħalli wara tagħraf x'hemm bżonn isir aktar madwarek. Tagħtix każ kliem ta' xi wħud u ibqa' aħdem. Uri kemm int per- suna bieżla u ddedikata. Fl-imħabba bħalissa għaddejja taqliba minnek ħu ħsieb li timxi ma' dak li jagħtik sodisfazzjon. Ibqa' żomm il-paċenzja għax dik hi l-arma sigrieta tiegħek li se tmexxik 'il quddiem. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 38. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Hi ġimgħa fejn għandek toqgħod aktar moħħok hemm u tagħraf bit-tbiddil li hemm idur fil-madwar fejn dejjem għandek tiżen u tagħraf sew dak li hemm. L-imħabba bħalissa hi żmien ta' riflessjoni diretta fejn diskussjoni jew xi forma ta' laqgħa dejjem ikun ta' ġid. Fuq ix-xogħol trid tagħraf aktar ir- responsabbiltajiet li jistgħu jiżdidulek. Aħseb sew u jekk dan hux tajjeb għalik. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 14, 33 u 40. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Wasal iż-żmien li tippjana safra ta' mistrieħ biex int tkun lest u preparat aħjar għat-tieni parti tas-sena fejn taf tkun mimli ħafna impen- ji. Mela jekk int għandek partner ħu ħsieb ħalli dan is-sajf ikun aħjar mis-sajf l-ieħor, imma jekk int single ħejji ruħek sew għax riesqa dik l-imħabba li tant ilek tqatta' ljieli toħlom u toħlom dwarha... iż-żmien ġej. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 10, 26, 44 u 54. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Trid taċċetta li fil-ħajja xi kultant mhux dejjem se jiġu l-affarijiet favur tiegħek u bħalissa trid toqgħod attent/a għax ma sħabek m'intiex tinħass tajjeb. Għalissa ħu ħsieb li tgawdi minn dak li hemm madwarek, tmurx għal af- farijiet oħra, aċċetta dak li hemm. Agħraf ftit li tbiddel l-attitudni tiegħek, kemm għalik u kemm għal ta' madwarek, aħseb fit-tul. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 19, 22 u 39. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Bħalissa hemm stennija ta' riżultat, aktar mhu toqgħod tistenna aktar ħa ttertaq qalbek. Kompli bil-ħajja normali ħalli jiġi bħala sorpriża. Int tħobb taqsam l-ideat tiegħek ma' ta' madwarek imma problema li int ma taċċettax suġġerimenti ta' oħrajn, hemm bżonn tibda tagħraf ideat tal-oħrajn, hemm bżonn ta' pawża fil-ġimgħat li ġejjin. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi t-Tnejn. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 27 u 44. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' No- vembru Wasal iż-żmien li tibda tħares 'il quddiem. Inutli ħa tibqa' mwaħħal mal-passat, issa huwa żmien li timxi lejn dak li ġej, huwa tajjeb li tibqa' kalm u sod f'dak li temmen, imma jinħass li int trid tagħraf il-futur tiegħek. Pariri li int qiegħed tirċievi tħallihomx jaqgħu fuq widnejn torox għax tbati aktar milli taħseb! L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi s-Sibt. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 6, 18, 39 u 51. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Din hi ġimgħa fejn għandek tibda tħoll kunflitti li għandek ma' ħutek, qrabatek eċċ, issa wasal żmien opportun li jekk int vera trid biex dawn id- differenzi jitranġaw. Jekk int u l-partner jew int waħdek ħa tieħu xi deċiżjoni dwar tibdil tad-dar huwa żmien ukoll li tagħmel dan, il-parir huwa li din id-darba ssib dar ma' kosta. Tiħux deċiżjonijiet bejn id-19 u t-23 ta' dan ix-xahar. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il gimgħa għalik hi t-Tlieta. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 34 u 41. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Din hi ġimgħa ta' djalugar mal-kollegi tiegħek tax-xogħol, mal-ħbieb tiegħek u ovvjament mal- partner tiegħek. Jekk int single huwa ż-żmien ta' riflessjoni kif int ħa tagħraf biex tkun aħjar. Fuq ix-xogħol ħa jkun hemm xi bidu ta' tensjoni. Tagħtix kas, imxi kif tħoss li hu l-aħjar, ħabib jew ħabiba mill-passat tiegħek se terġa' tqan- qallek memorji u taf tfixklek. Agħraf sew u żomm saqajk mal-art, tgħaġġilx. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Ħadd. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa 3, 17, 28 u 45. Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ħbieb tiegħek bħalissa qegħdin iktar fil-ħsieb tiegħek. Tajjeb li tqatta' ftit tal-ħin magħhom b'mod speċjali fejn dan l-aħħar qisek inqtajt xi ftit. Rigward l-imħabba bħalissa trid tagħraf kemm il-ħin dispost u kemm il-pjanijiet hemm bżonn għall-futur, anke trid tara ftit is-saħħa tiegħek fejn minħabba li m'intix tiekol sew aħseb ftit għall-parir ta' tabib jew dieta. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ħamis. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa 4, 19, 24 u 33. L-Oroskopju Il-Ħadd 12 ta' Lulju: Bill Cosby 77, Malala Yousafzai 17 It-Tnejn 13 ta' Lulju: Harrison Ford 72, Patrick Stewart 74, He Pingping (1988-2010), Julias Caesar (100-44) It-Tlieta 14 ta' Lulju: Gerald Ford (1913- 2006), Jimena 34, Dawson Dunbear 15, Camryn Magness 15 L-Erbgħa 15 ta' Lulju: Forest Whitaker 53, Diane Kruger 38, Brigitte Nielsen 51 Il-Ħamis 16 ta' Lulju: Will Ferrell 47, Gareth Bale 25, Calum Gittings 28, Ginger Rogers (1911-1995) Il-Ġimgħa 17 ta' Lulju: David Hasselhoff 62, Donald Sutherland 79, Camilla Parker Bowles 67, Connor Corum 7, Angela Merkel 60 Is-Sibt 18 ta' Lulju: Vin Diesel 47, Kelly Reilly 37, James Brolin 74, Nelson Mandela (1918- 2013) Il-Ħadd 19 ta' Lulju: Brian May 67, Vitali Klitschko 43, Vanessa Shaw 38, Nicola Sturgeon 44 Ir-raba' rokna hija l-kuntatt magħkom, f 'din il-parti tal-artiklu ovvjament tkun ir-rokna kollha addattata għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna sabiex intom tkunu tistgħu tibagħtu l-messaġġi tagħkom, il-mistoqsijiet tagħkom u l-kummenti tagħkom u jien inkun nista' nweġibkom kemm fuq din il-paġna u anke personalment. Tistgħu tagħmlu kuntatt miegħi permezz tal-email personali fuq pjn13issis@gmail. com. Għal aktar tagħrif u informazzjoni dwar dak kollu li tixtiequ tkunu tafu tistgħu tfittxu fuq is-sit www.issis13.com jew il- paġna ta' Facebook - Issis13. Għal bħal-lum ġimgħa, Paul Jon Harrison Ford Diane Kruger

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015