Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 "Jiena għadni Mill-Qorti ĊINIŻA ngħatat sentenza sospiża wara li ammettiet li ttantat ixxaħħam uffiċjal tal-pulizija biex tħalliha tidħol Malta. Ren Xiuju, ta' 30 sena, ġiet imressqa quddiem il- Maġistrat Consuelo Scerri Herrera nhar l-Erbgħa, mixlija b'attentat ta' tixħim ta' uffiċjal pubbliku ġewwa l-ajruport, nhar it-Tlieta. Dakinhar, Xiuju, li kienet għadha tasal Malta, kienet ġiet miżmuma milli tidħol f 'Malta minħabba xi irregolarità. Hekk kif uffiċjali tal-immigrazzjoni spjegaw lill-mara li kienet ser tintbagħat lura fuq it-titjira li jmiss, Xiuju talbet permess tuża l-kamra tal-banju. Dan il-permess ingħata, u ċ-Ċiniża marret sat-toilet, akkumpanjata minn pulizija mara. Irriżulta li l-mara ġiet arrestata wara li ħarġet mill-kamra diviżorja b'mazz imdaqqas ta' flus f 'idejha u ppruvat iddeffishom fil-but tal-pulizija li kienet għassa magħha. L-Ispettur Silvio Magro żied jgħid li madwar €1,500 fi flus kontanti nstabu fuq Xiuju. Xiuju ammettiet l-akkużi kontrieha u weħlet sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin. Il-Qorti kkonfiskat il-flus u ordnat li l-mara titneħħa minn Malta. L-avukat tal-għajnuna legali Joseph Mizzi deher għal Xiuju. Ċiniża tammetti li pruvat ixxaħħam pulizija Eġizzjan arresatat wara li attakka lill-Pulizija MATTHEW AGUIS ALBERT GAUCI CUNNINGHAM LIL Michelle Muscat niftakarha x-Xemxija, snin ilu, qalb is-sajjieda u n-nies li jitilgħu fl-inħawi għas-sajf. Għandi memorji tagħha pjuttost ċari ma' ommha Lelina u missierha, tgħum il-ġurnata kollha u wara tintefa' tiekol minn dak li kienu jsajru l-ġenituri tagħha għad-dawl tax-xemx nieżla. Dak iż-żmien ix- Xemxija ma kienx hemm familji, imma familja waħda li kull sajf kienu jsiru komunità waħda. Madwar 10 snin wara erġajt ltqajt ma' Michelle, din id-darba mhux ix-Xemxija imma ġo palazz pjuttost grandjuż, Villa Francia, li għal dawn l-aħħar snin serviet bħala r-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru. Tiġi waħedha l-mistoqsija, Michelle llum hija l-Michelle tal-bieraħ? "Jien għadni l-istess Michelle, l-istess persuna li qabel kont nitkellem ma' kulħadd u viċin in-nies. Naturalment illum jiena għandi familja u żewġi huwa l-Prim Ministru tal-pajjiż, imma xorta bqajt nisma' mingħand in-nies u safejn nista', ngħin" qalet Muscat ma' dan il-ġurnal. Ixxukkjata bl-attakk fuq Daboma Jack Huwa minn hawn illi l-intervista tinbidel għal waħda li tmiss diversi suġġetti, fosthom dawk soċjali kif ukoll personali. Fost bosta kwistjonijiet hija ssemmi l-inċident li seħħ il-ġimgħa l-oħra fejn Daboma Jack, kien attakkat verbalment u anke fiżikament fil-venda tal-Belt Valletta. Hija tgħid li tinsab "ixxukkjata" b'dak li seħħ u tisħaq dwar l-importanza li nuru rispett lejn kull bniedem hu min hu, u huwa ta' liema karnaġġjon hu. "Aħna nies Kattoliċi jew le?" tistaqsi Muscat li tkompli biex tfakkar illi dak li jagħmilna Kattoliċi u Ewropej huwa r-rispett lejn bnedmin oħrajn, anke lejn dawk li huma meqjusin differenti minna. L-importanza tar-rispett u t-tolleranza Għal bosta drabi waqt l-intervista Muscat saħqet li t-tfal għandhom ikunu mgħallmin il-valuri tar- rispett u tat-tolleranza lejn dawk li huma differenti, kemm jekk huwa fuq bażi ta' reliġjon, orjentazzjoni sesswali u anke jekk jaħsbuha differenti politikament." Hija stqarret mal-ILLUM li meta l-Gvern preżenti kien għaddej bit-tħejjijiet biex idaħħal il-liġi tal-Unjoni Ċivili kienu bosta dawk li marru fuqha u staqsewha kif se tispjega lil uliedha li żewġ irġiel jistgħu jiżżewġu. "Lill- uliedi dejjem għallimthom it-tolleranza, anke meta f 'dan il-pajjiż konna qed niddiskutu d-drittijiet għal persuni omosesswali jien fehemthom l-aħjar li stajt kif, wara kollox, koppji tal-istess sess huma żewġ persuni li jħobbu u jgħożżu lil xulxin." "Aħna, kemm jien u anke żewġi, ġejjin minn familji fejn il-politika qatt ma kienet wisq ċentrali u għalhekk lil bniet tiegħi jien dejjem ngħallimhom illi l-politika qiegħda hemm biex tagħmel il-ħajja tan-nies aħjar" qalet Michelle li kompliet tgħid kif fejn tista' hija tisma' l-problemi tan-nies u tagħmel xi ħaġa dwarhom. Qegħdin lura fuq il-vjolenza domestika Is-suġġett dar fuq il- "It-tfal għandhom ikunu mgħallmin il-valuri tar-rispett u tat-tolleranza lejn dawk li huma differenti, kemm jekk huwa fuq bażi ta' reliġjon, orjentazzjoni sesswali u anke jekk jaħsbuha differenti politikament" F'intervista mal-ILLUM Michelle Muscat titkellem dwar it-trasformazzjoni li għaddiet minnha u dwar diversi temi soċjali fosthom il-vjolenza domestika RAĠEL Eġizzjan ta' 36 sena qiegħed jinżamm taħt arrest preventiv wara li nhar il-Ħamis li għadda tressaq il-qorti, mixli li ħebb għal pulizija waqt il- kunċert tal-Isle of MTV. L-ispetturi Priscilla Caruana Lee u Pierguido Saliba akkużaw lil Tamer Mohamed Hussein Rozik li kien hu li qajjem kjass sħiħ fil-Furjana, wara l-kunċert. Qalu lill-qorti li l-imputat kien qabeż fuq il-bonnet ta' karozza li għaddiet minn maġenbu bi żbrixx, qalagħlha l-wiper, u saħansitra spiċċa jattakka żewġ pulizija li ppruvaw irażżnuh b'tant feroċità li kisser l-elmu ta' wieħed minnhom. Huwa mifhum li wara l-arrest, l-imputat kien ukoll gidem sufan tal- polyclinic fejn kien qiegħed jiġi kkurat. Rozik, li jaħdem fuq vapur ta' Virtu Ferries, ammetta l-għaxar akkużi miġjuba kontrieh, fosthom li rreżista l-arrest, li ħebb għal pulizija, ħsara voluntarja u li kiser il-paċi pubblika. L-ispettur Saliba saħaq li l-akkużat għandu jsir eżempju minnu, u qal lill- Maġstrat Natasha Galea Sciberras li hemm bżonn li tiġi ndirizzata l-mentalità li wieħed jista' jattakka pulizija u mbagħad jeħles b'sentenza sospiża. L-Avukat Stephen Tonna Lowell, bħala rappreżentant tal-kumpanija Virtu Ferries, indirizza l-qorti u infurmaha li peress li Rozik ma kellux il-fondi neċessarji biex iħallas għall-ħsara li wettaq - li jammonta għal xejn inqas minn €1,383 - il-kumpanija li tħaddmu xtaqet tagħmel tajjeb għalih hi. L-avukata tal-għajnuna legali Abigail Bugeja żiedet tgħid li l-Eġizzjan kien talab skuża għall-inċident u talbet li jingħata sentenza sospiża jekk tinsab ħtija għax il-klijent tagħha kien ilu biss xahar impjegat. Intalbet ukoll il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni opponiet din tal-aħħar, għar-raġuni li l-akkużat huwa baħri u għaldaqstant m'għandux indirizz fiss, kif ukoll għall- fatt li kienet skadietlu l-visa għal Malta. Il-qorti, wara li kkunsidrat dan kollu, ordnat li Rozik għandu jinżamm arrestat sakemm tinqata' s-sentenza, nhar it-Tlieta li ġej. Xarabankijiet involuti f 'żewġ inċidenti ŻEWĠ persuni ttieħdu l-isptar wara li soffrew ġrieħi f 'żewġ inċidenti ma' xarabank f 'temp ta' ftit sigħat. Fl-ewwel inċident, żagħżugħa Finlandiża ta' madwar 21 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei ssofri minn ġrieħi ħfief wara li għall-ħabta tas-1.10 ta' waranofsinhar, is-sewwieq ta' xarabank li kienet fuqha baqa' dieħel f 'xarabank wieqfa. Mal-impatt, it-tfajla, li dak il-ħin inzertat kienet bilwieqfa waqgħet, ħabtet rasha u soffriet xi ġrieħi qabel ma ttieħdet l-isptar għall- iktar kura. Ftit sigħat wara, xarabank oħra kienet involuta f 'inċident tat-traffiku ieħor. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.50 ta' waranofsinhar meta Renault Prima misjuqa minn raġel ta' 65 sena minn Ħaż-Żabbar baqgħet dieħla head-on ma' karozza tal- linja ħdejn l-Università, fl-Imsida. Konsegwenza ta' dan l-inċident, ir-raġel sofra ġrieħi serji iżda ma kienx f 'qagħda kritika. Fuq il-post sejħet ambulanza li ħadet lir- raġel għal iktar kura.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015