Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 3 L-ILLUM jitkellem ma' membri tat-tliet partiti u mal-FAA dwar ir-riforma fil-MEPA Il-MEPA "Firda li se ddgħajjef l-ambjent" DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt SENTEJN wara li l-gvern Laburista rebaħ l-elezzjoni fuq l-għajta li se jipproteġi l-ambjent u li żmien l-abbużi u sfreġji ambjentali se jkunu xi ħaġa tal-imgħoddi, il-proposti tal-gvern biex tinqasam l-awtorità tal-ippjanar u l-ambjent (MEPA) sfaw fil-mira ta' kritika minn bosta ambjentalisti u l-Oppożizzjoni. L-ILLUM tkellem mal- koordinatriċi ta' Flimkien għall-Ambjent Aħjar (FAA) Astrid Vella, il-Viċi Kap tal-PN Mario De Marco u d-Deputat Ċermen tal-AD Carmel Cacopardo li lkoll qablu illi dawn il-bidliet se jwasslu biex l-ambjent "jidgħajjef." Min-naħa l-oħra d-Deputat Laburista Godfrey Farrugia, li dan l-aħħar kien voċiferu fuq kwistjonijiet ambjentali argumenta l-kontra, jiġifieri li dawn il-bidliet se jwasslu biex l-ambjent jissaħħaħ. Skont l-abbozzi ta' liġi l-ġodda u hekk kif wiegħed il-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni, il-MEPA se tinfired fi tnejn: Bord tal-ippjanar li se jkun responsabbli biex toħroġ il-permessi u li se taqa' taħt ir-responsabbilità tal-uffiċċju tal-Prim Ministru, u awtorità separata dedikata għall- ħarsien tal-ambjent. Però, minkejja li fuq il-karta jidher kollox sempliċi u ward u żahar, l-ambjentalisti qed isostnu li fil-verità l-ambjent se jingħata inqas importanza u li saħansitra, minkejja l-proposti, l-indħil kontinwu tal-klassi politika se jkompli jdgħajjef l-ambjent. L-indħil politiku jdgħajjef l-ambjent Astrid Vella, kelliema għall-Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li l-problema ewlenija fi ħdan l-MEPA f 'Malta hija l-indħil politiku u li b' konsegwenza ta' dan, l-ambjent qed isofri u jiddgħajjef. "L-ebda strutturar fi ħdan il-MEPA mhi ħa tħalli frott sakemm il-politiċi jaċċettaw li huma m'għandhom ikollhom l-ebda indħil fid-deċiżjonijiet u li dawn għandhom jitħallew f 'idejn esperti li jiddeċiedu għat-tajjeb tal-ambjent u mhux biex jissodisfaw il- politiċi. L-influwenza tal- politiċi Maltin fil-politika tal-MEPA qed idgħajjef l-ambjent f 'Malta," Vella qalet f ' kummenti lill-ILLUM. Hija spjegat ukoll li minkejja li l-FAA hija favur il-firda tal-Awtorità, il-proposti se jrendu l-funzjoni ambjentali "inferjuri." "Minflok ma ssaħħaħ l-ambjent, il-firda tal-MEPA mhi ħa twettaq xejn minn dan. Anzi, kif proposta, l-awtorità tal-ippjanar, se tiġi relegata għall-sempliċiment entità oħra li l-awtorità tal-ippjanar se tiddeċiedi tikkonsultax magħha jew le," qalet Astrid Vella, kelliema għall-Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA). Le għal firda tal-MEPA; il- problema hija t-tmexxija Intant, Carmel Cacopardo qal li ma jaqbilx mal-firda tal-MEPA hekk kif il- problema mhijiex waħda strutturali. F'kummenti lil din il-gazzetta qal li minflok l-emendi hekk kif proposti, l-gvern, għandu jiffoka fuq it- tisħiħ tal-ambjent. "Il-firda tinkoraġixxi l-frammentazzjoni: Nippreferi li kieku l-MEPA tiġi kkonsolidata u mhux tinqasam f 'biċċiet għax il-problema aħħarija hija min imexxiha; importanti li fl-ippjanar m'għandux ikun hemm indħil politiku." "Deputat parlamentari m'għandux jiddetta d-direzzjoni kif il-politika tal-MEPA għandha tiġi implimentata. Minflok, huwa għandu jagħti direzzjoni politika, jaħtar membri kompetenti sabiex imexxu l-MEPA u fejn hemm bżonn jinvestiga," tenna jgħid il-Perit Cacopardo. Madankollu, Cacopardo, li huwa wkoll eks-uffiċjal investigattiv fl-uffiċċju tal-Awditjar fi ħdan il-MEPA, spjega kif il-ħatra ta' dawn l-uffiċjali u l-esperti għandha tiġi mgħarbla minn kumitat parlamentari. Mario De Marco jikkritika l-pjani tal-Gvern Intant, Mario de Marco, Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u eks-ministru tal-ambjent, qal li l-biża' tiegħu hija li l-firda tal- MEPA, kif proposta, se twassal sabiex jidgħajjef l-ambjent u mhux jissaħħaħ, speċjalment minħabba dawk li mal-ILLUM sejjaħ "ċirkostanzi mhux normali." Huwa kritika l-fatt li l-ambjentalisti u l-Oppożizzjoni ngħataw biss 24 siegħa sabiex jagħtu r-reazzjoni tagħhom għal iktar minn 400 paġna ta' liġijiet ġodda. "L-NGOs ingħataw biss 24 siegħa sabiex jilħqu jiżnu u jeżaminaw il-liġijiet proposti kollha. Huwa wkoll insult li wara li l-gvern iddeċieda li jestendi dan il-perjodu sal-aħħar ta' Lulju, huwa baqa' għaddej bid-dibattitu parlamentari u essenzjalment dan ifisser li l-proċess tal- konsultazzjoni huwa inutli," de Marco saħaq. Huwa temm jgħid li b'konsegwenza ta' dan l-atteġġjament, l-Oppożizzjoni mhux se tkompli tipparteċipa fil- proċess ta' konsultazzjoni hekk kif hi tħoss li m'hemm l-ebda skop għal dan. F'KUMMENTI lill-ILLUM, Godfrey Farrugia – il-Whip tal-Gvern li f 'Ġunju kien, flimkien mad-Deputata Laburista Marlene Farrugia, ssieħbu mal-grupp ambjentali Front Ħarsien ODŻ – qal li grazzi għal proposti tal-gvern, l-ambjent se jingħata "pjattaforma indipendenti." "Għall-ewwel darba, l-ambjent qed jingħata l-importanza li tistħoqqlu. Ir- riforma se ssaħħaħ l-ambjent f 'pajjiżna hekk kif se tinħoloq awtorità tal-ambjent awtonoma u indipendenti minn dik tal-ippjanar," Farrugia qal f 'kummenti lill- ILLUM. Huwa spjega li l-gvern għandu mandat elettorali sabiex jimplimenta l-firda u li d-diviżjoni tal-MEPA hija siewja hekk kif tagħti lill- ambjent leħen individwali. Fil-Parlament, Farrugia spjega kif l-awtorità ambjentali se tkun tifforma parti minn kunsill eżekuttiv ġdid fi ħdan awtorità tal-ippjanar u grazzi għal dan, l-awtorità ambjentali se jkollha leħen fit-tfassil tal- politika tal-ippjanar. "Il-preżenza tal-awtorità ambjentali fuq dan il-kunsill jassigura li jinħoloq bilanċ ġust bejn il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent, u l-iżvilupp responabbli," Farrugia qal. L-eżekuttiv il-ġdid se jkun magħmul minn ħames membri appuntati mill- gvern, żewġ membri mill- awtorità tal-ambjent, u żewġ membri jirrappreżentaw l-iżviluppaturi. Il-Whip tal- Gvern spjega wkoll li f 'ċertu ċirkostanzi jieħdu sehem ukoll membri tal-kunsilli lokali. "Kuntrarju għal-lum, kull proċess ser ikun miftuħ għal skrutinju pubbliku… Hija r-rieda tal-gvern li l-awtorità tal-ambjent tkun iktar pro- attiva u tiffoka iktar fuq tħaris u l-protezzjoni tal-ambjent," tenna jgħid Farrugia. L-ambjent se jingħata l-importanza li jistħoqqlu Godfrey Farrugia Gatt iwieġeb lil Ellis dwar il-proġett ta' Pjazza Indipendenza NAGĦMLU referenza għar- rapport li sar fuq l-ILLUM tal-Ħadd li għadda dwar il-kwistjoni fejn ssemmejna aħna li ma ħallasniex lis- supplier tagħna u għalhekk dan m'għaddilniex il-materjal. Il-fatti eżatti huma dawn: Skont ftehim bid-data tas-16 ta' Awwissu 2014 li sar bejn Mario Gatt f 'isem Gatt Tarmac Limited (GT Ltd) u Joe Ellis f 'isem Gozo Concrete Products Limited (GCP Ltd) kien miftiehem li GCP Ltd tissuplixxi l-materjal kollu relattiv mal- proġett tal-pavimentar tal-Belt Victoria. Dan il-materjal kollu għal Pjazza Indipendenza kellu jasal għand Gatt Tarmac Limited sas-7 ta' Novembru 2014 skont il-programm tax- xogħlijiet imdaħħal fl-istess ftehim. Il-materjal kollu sal-lum għadu ma ġiex imwassal għand Gatt Tarmac Limited. Il-ftehim jistipula li l-ħlasijiet bejn Mario Gatt f 'isem Gatt Tarmac Limited u Joe Ellis f 'isem GCP Ltd isiru fi żmien tletin (30) ġurnata minn meta l-materjal jiġi mwassal għand Mario Gatt u dan wara li jkun ġie ċertifikat bħala tajjeb mill-Perit tal-Kunsill tar-Rabat. Mario Gatt dejjem ħallas il-materjal konsenjat lilu. Min-naħa tagħha GCP Ltd qiegħda tippretendi li titħallas ta' materjal (granit) li għadu fil-pussess tagħha u dan imur kontra dak il-ftehim. Barra minn hekk kien hemm okkażjoni fejn, minkejja li saret talba skont il-ftehim biex jiġi supplit matjeral, l-istess GCP Ltd rrifjutat li tagħmel dan. L-avvenimenti tal-fatti juru li Mario Gatt f 'isem Gatt Tarmac Limited mhux talli ma għandux jagħti l-ebda ħlasijiet fuq il-materjal supplit lilu (iżda fil-verità kumpaniji oħra ta' Mario Gatt għandhom jieħdu eluf kbar ta' flus dovuti għall- materjal mibjugħ u supplit lil GCP Ltd). Barra minn hekk GCP Ltd tħallset bil-quddiem 5.9% tal-valur kollu tal-materjal qabel ma dan beda jiġi supplit u dan flimkien mal-finanzjament kollu mogħti mill-bank lokali. Il-ġurnal tiegħek irrapporta li Joe Ellis f 'isem il-GCP Ltd ma tatx il-materjal lil Gatt Tarmac Limited għaliex ma tħallsitx. Il-fatti huma kompletament differenti, għax mhux biss Mario Gatt f 'isem Tarmac Limited ħallas għal materjal kollu supplit lilu; iżda skont il- ftehim l-aħħar kalkolazzjonijiet li saru tax-xahar ta' Ġunju rriżulta li GCP Ltd għandha tħallas lil Gatt Tarmac Limited. Fis-16 ta' Settembru 2014 Mario Gatt għamel ukoll tajjeb permezz ta' "pledge on receivables" ma' wieħed miż- żewġ banek ewlenin biex GCP Ltd tingħata l-finanzjament kollu meħtieġ ħalli jinġieb il-materjal relattiv għal dan il-proġett u b'hekk Joe Ellis kellu s-serħan tal-moħħ li kien ser jitħallas. Dan kollu huwa sostanzjat bi provi dokumentali. Kif hu sostanzjat ukoll il-fatt li parti mill-materjal tat-travertine li kien diġà tpoġġa kellu jerġa' jinqala' peress li fost ċirkustanzi oħra rriżulta li mhux skont l-istandards mitluba mill- Kunsill.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015