Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 'Il-Mediterran sar miżgħud b'miżerja umana bla qies u opri tal-gwerra' Fr Mark Montebello jħeġġeġ lill-gvern sabiex Malta taħdem għall-politika ta' diżarm fil-Mediterran DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt FLOKKAŻJONI tal-40 anniversarju mill-Ftehim ta' Helsinki, il-filosofu Fr Mark Montebello lbieraħ appella lill-gvern sabiex fl-isfond tal- instabbilità fil-Mediterran u l-eluf ta' refuġjati abbandunati, Malta għandha tieħu sehem f 'politika ta' diżarm. Montebello kritika l-fatt li mal-medda taż-żmien, il-prinċipji sagrosanti ta' sigurtà u kooperazzjoni fil-Mediterran taru mar-riħ, u li b'konsegwenza ta' dan, illum il-ġurnata, il-Baħar Mediterran huwa inqas stabbli milli qatt kien. Huwa spjega kif fl-isfond tal-instabbilità, il-Mediterran sar miżgħud b'opri tal-gwerra u miżerja umana ta' bla qies. Fl-indirizz tiegħu, Montebello fakkar kif fl- 1975, il-Ftehim ta' Helsinki ġie mwaqqaf sabiex ikattar relazzjonijiet aħjar bejn pajjiżi tal-Lvant u l-Punent tal-Ewropa. Spjega kif grazzi għal Prim Ministru ta' dak iż-żmien Dom Mintoff, il- pajjiżi Ewropej kienu qablu li ma jistax ikun hemm sigurtà u paċi fl-Ewropa sakemm ma jkunx hemm stabbilità, paċi, kooperazzjoni, u diżarmament fil-Mediterran. Madankollu, Montebello qal li maż-żmien, dawn il-prinċipji taru mar-riħ u li minflok ma nżammu, il-biċċa l-kbira tal-prinċipji tal-ftehim ġew "ikkontradixxuti." "It-tfittxija sinċiera għal sigurtà u kooperazzjoni ta' vera tidher li ġiet mitluqa, u qed twassal għall- inkompresjoni," huwa qal. Huwa nnota kif minkejja li l-paċi fil-Mediterran sar iktar kruċjali llum il-ġurnata, diversi gvernijiet sussegwenti ma mxewx mal-wegħdiet ta' qabel. Dawn jinkludu, fost oħrajn: id-diżarmament tal- forzi armati fil-Mediterran; li ma jkunx żona ta' gwerra iżda baħar ta' paċi, u li l-pajjiżi tal-Mediterran jiġu mgħejuna kemm politikament u anke finanzjarjament. "Jista' onestament xi ħadd jgħid li dawn il- wegħdiet inżammu? Mhux biss ma nżammux, iżda talli ġew pożittivament ikkontradixxuti. Nistgħu ngħidu li l-prinċipju li s-sigurtà fid-dinja tista' tinkiseb biss jekk ikun hemm kooperazzjoni bejn il-ġnus sar wieħed tal-passat." "Inkwetanti li llum, t-twemmin ta' jekk-trid-il- paċi-aħdem-għall-gwerra reġa' qiegħed jissaħħaħ u jikber. Inkwetanti li l-Gwerra Bierda reġgħet qed tibda, u li l-Mediterran qed isir post ta' sfruttament militaristiku, u li huwa anqas stabbli llum milli qatt kien," qal Montebello. Huwa qal li llum l-Mediterran sar "miżgħud" b'opri tal-gwerra, u li sar hemm bejgħ mingħajr rażan ta' armi. "Dak li naraw mhijiex it- tama ta' Helsinki iżda miżerja umana bla qies ta' miljuni ta' nies, ta' eluf ta' refuġjati abbandunati u ta' gzuz ta' militanti ddisprati." B'konsegwenza ta' dan, Montebello tenna li wasal iż-żmien li apparti mill-poter ta' Malta li tirrifjuta li tieħu sehem f 'kull alleanza militari, il-kostituzzjoni ta' Malta għandha wkoll tagħti lill- pajjiż il-poter sabiex taħdem għal politika ta' diżarm fil- Mediterran. Huwa ħeġġeġ ukoll lill- membri parlamentari Ewropej sabiex jaħdmu ħalli l-Unjoni Ewropea tħaddan politika ta' newtralità f 'kull konflitt dinji u ħalli jkun waqfa sħiħa fil-bejgħ tal-armamenti lill- pajjiżi tat-Tielet Dinja. Ritratt interessanti mill-fotografu tal-MediaToday, Ray Attard, li juri vettura antika tal-Pulizija li kienet parti miċ-ċelebrazzjonijiet relatati ma' Jum il-Pulizija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015