Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 7 Sex shops f 'Malta: Progress jew Rigress? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM agcunningham@mediatoday.com.mt DIN il-ġimgħa l-Ministru Owen Bonnici ħabbar bidliet fil-liġi li se jwasslu, fost oħrajn, biex ma jibqax ikun hemm ċensura fuq xogħlijiet artistiċi minħabba li se jkun definit b'mod ċar fil-liġi x'inhi produzzjoni jew materjal illi huwa pornografiku. Iżda punt li qajjem ħafna interess, anke fuq il-portal illum. com.mt, kien li b'dawn il-bidliet se jkun permess li jinfetħu 'porn' jew 'sex shops', bil-kundizzjoni li dawn iwaħħlu avviż ċar illi nies li għaddejjin minn quddiem il-ħanut jistgħu jsibu l-materjal "indiċenti" u li persuni taħt it-18-il sena ma jistgħux jidħlu fl- istess ħanut. L-ILLUM staqsa numru ta' nies x'jaħsbu dwar dan. Il- ftuħ ta' sex shops, li bħalhom naraw ħafna fi bliet Ewropej u lil hinn, huma pass 'il quddiem jew lura? Il-bidliet proposti juru li mmaturajna bħala pajjiż jew li qbadna t-triq tan-niżla? Qed naħsbu dwar sex shops bla qafas ta' edukazzjoni sesswali Ma' dan il-ġurnal Fr Rene Camilleri qal illi huwa ma jibżax mill- bidliet u spjega kif wara kollox dak li għamel il-Gvern kien li aġġorna l-qafas legali "li fil-preżent huwa anakronistiku." Minkejja dan Camilleri qal ukoll illi ma jistax jifhem kif f 'dan il-pajjiż "qed niddiskutu l-ftuħ tas-'sex shops' meta lanqas għad għandna qafas u infrastruttura ta' edukazzjoni sesswali." Fr Camilleri saħaq għal bosta drabi li minkejja li dawn il-bidliet kienu inevitabbli xorta dawn jeħtieġ isiru b'assigurazzjoni ta' inforzar b'saħħtu. Huwa wera d-dubji li dan se jkun il-każ, speċjalment jekk wieħed iħares lejn oqsma oħrajn fejn l-infurzar mhux dejjem ikun strett jew fejn il-liġijiet mhux neċessarjament ikunu mħarsin. Camilleri ta l-eżempju tal- bars, fejn fakkar kif minkejja li mhux suppost li jinbiegħ alkoħol lil nies ta' ċerta età dan xorta jsir f 'ċerti okkażjonijiet. Huwa staqsa allura x'infurzar serju u strett se jkun hemm fuq 'porn' jew 'sex shops' meta dawn jibdew jiftħu f 'postijiet bħal Paceville "fejn mhux xi sigriet li llum anke żgħażagħ ta' 12 jew 13- il sena jmorru." Fr Rene Camilleri qal lill-ILLUM illi hu vera li "b'dawn il-bidliet se nkunu bħal ħaddieħor" imma reġa' saħaq li huwa importanti li jkun hemm is-salvagwardji kollha għat-tfal, mhux biss b'avviż ta' twissija iżda wkoll b'infurzar kontinwu u effettiv. "Tardare si, scappare no, vera" sostna Camilleri li żied jgħid iżda li "għalkemm b'dawn il-bidliet mhux se taqa' d-dinja rridu naraw li d-dinja ma nwaqqgħuhiex aħna". Naqbel mal-liġi imma... Mal-ILLUM, Gillian Attard, direttriċi tal- mużika u omm spjegat kif hi taqbel mal-bidliet u tħoss illi l-bidliet ifissru li l-Gvern qed jitratta l-adulti ta' adulti. "Dan ifisser li għalija mhux se tagħmel xi differenza imma naħseb ukoll li minħabba t-tfal il-ħanut irid ikun diskret, mhux bi stampi jew materjal pornografiku fit-tieqa." Attard spjegat kif huwa importanti li l-ħwienet ikunu "diskreti" bħal ma huma dawk tal-logħob. Apparti minn hekk hija tisħaq ħafna bħal Fr Rene dwar il-bżonn li jkun hemm infurzar effettiv. "Nista' nifhem li xi ħaġa bħal din tinkwieta lin-nies, imma jekk ma jkunx hemm abbuż u jekk ikun hemm infurzar qawwi allura m'għandux ikun hemm problemi." Ħanut iktar sigur mill- internet Dan il-ġurnal tkellem ukoll mal-Avukat Alex Saliba li wera l-qbil "mija fil-mija" mal-bidliet li qed ikunu proposti "la darba l-Gvern ta s-salvagwardji kollha għall-protezzjoni tat- tfal." Saliba staqsa għaliex la wieħed jista' jaċċessa ħanut simili barra minn Malta ma jistax jaċċessa wieħed simili f 'pajjiżna, fejn fakkar illi f 'dawn l-aħħar snin kien hemm żieda anke fl-istrip clubs. L-ILLUM staqsa jekk l-inforzar hux se jkun strett b'Saliba jgħidilna illi f 'dan il-pajjiż il-liġijiet dejjem kienu infurzati fuq is-suġġetti relatati ma' pornografija. "Jekk titħaddem is-sistema ta' sigurtà u salvagwardji li jitħaddmu fl-istrip clubs, allura m'għandux ikun hemm problemi." Filwaqt li saħaq illi pajjiżna ma jistax jeħel fit-tletinijiet huwa ammetta illi fejn tidħol l-edukazzjoni sesswali pajjiżna għad għandu ħafna x'jaqdef għalkemm qal illi jekk naċċettaw ir-realtajiet ta' madwarna fuq is-sess, kif skontu qed tagħmel din il-liġi, nibdew nimxu 'l quddiem. Kulħadd liberu jgħix ħajtu kif jixtieq Ma' dan il-ġurnal il- preżentatur u missier John Bundy qal hekk "Jien nemmen li kulħadd għandu jkun liberu u jieħu d-deċiżjonijiet ta' ħajtu kif jixtieq. Jien nemmen li kullħadd għandu jagħżel fejn imur, ma' min imur u għand min imur." Minkejja li hu missier sostna li "m'għandix ikolli xi privileġġ li jien inżomm lil ħaddieħor milli jkollu jew li jżur ħanut tal-ġugarelli u aċċessorji sesswali. Jien kull meta kont f 'pajjiżi barranin u għaddejt minn quddien 'sex shop' dħalt indur u nara, la ħassejtni offiż u lanqas offendejt lil ħadd. legali "li fil-preżent huwa mhux suppost li jinbiegħ alkoħol lil nies ta' ċerta età dan xorta jsir f 'ċerti okkażjonijiet. Huwa staqsa allura x'infurzar serju u strett se jkun hemm mhux suppost b'dawn il-bidliet mhux se taqa' d-dinja rridu naraw li d-dinja ma nwaqqgħuhiex aħna". Naqbel mal-liġi imma... Mal-ILLUM, Gillian proposti "la darba sostna li "m'għandix ikolli xi privileġġ li jien inżomm lil ħaddieħor milli jkollu jew li jżur ħanut tal-ġugarelli u aċċessorji sesswali. Jien kull meta kont f 'pajjiżi barranin u għaddejt minn quddien nifhem li xi ħaġa hemm infurzar Kulħadd liberu jgħix ħajtu kif jixtieq Ma' dan il-ġurnal il- preżentatur u missier John Bundy qal hekk "Jien nemmen li kulħadd għandu jkun liberu u jieħu d-deċiżjonijiet ta' ħajtu NL: Ir-riforma fil-pensjonijiet se tikkumpensa għall-inugwaljanzi fis-soċjetà tagħna NISA Laburisti (NL) qed tara li r-riforma fil-pensjonijiet kif proposta mill-working group maħtur mill-Gvern qed tfittex li tikkumpensa għall- inugwaljanzi u l-inġustizzji li kienu preżenti u b'saħħithom fil-passat. Qalet dan Claudette Abela Baldacchino President ta' NL - Nisa Laburisti f 'laqgħa li delegazzjoni minn NL kellha mal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia. Abela Baldacchino qalet li dawn ir-realtajiet għadhom jeżistu, madanakollu bil-proposti li qed imexxi 'il quddiem il-grupp tekniku maħtur mill-Gvern biex jevalwa s-sistema tal-pensjonijiet f 'pajjiżna, jidher ċar li hemm l-impenn li ssir ġustizzja anke fil-konfront tan-nisa. Tul il-laqgħa kienu diskussi r-rakkomandazzjonijiet li qed jagħmel il-grupp fost l-oħrajn li jiddaħħlu kontribuzzjonijiet akkreditati għal min ikun inattiv f 'perjodi ta' edukazzjoni terzjarja, apprentistat jew lifelong learning. Kienet diskussa wkoll ir-rakkomandazzjoni għal dawk in-nies, li ħafna minnhom huma nisa li mhumiex full time u jaħdmu aktar minn part- time job wieħed ikunu jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet fuq mhux aktar minn 40 siegħa ta' xogħol fil-ġimgħa anke jekk jaħdmu ma' aktar minn employer wieħed u anke r-rakkomandazzjoni fil-każ tan-nisa romol li ħadmu u li issa huwa propost li jibdew jieħdu l-pensjoni tar-raġel tagħhom sħiħa u mhux imnaqqsa. Il-Ministru Farrugia qal li qed iħares 'il quddiem lejn din ir- riforma. ''Din hija riforma li trid tibda tindirizza l-problema tal- faqar fost l-anzjani. Fl-istess ħin trid tiddaħħal bidla fil-mentalità li tinvesti fil-futur u anke billi persuna tidħol fid-dinja tax- xogħol."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015