Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

GO ser tkun qed tirdoppja d-data fuq il-bundles kollha ta' Pay As You GO sas-16 ta' Awwissu 2015. Il-klijenti li jixtru wieħed minn dawn il-bundles ser ikollhom aċċess għan- netwerk ta' veloċità qawwija ta' 42 Mbps. GO ser tkun qed tniedi għadd ta' data bundles ġodda għall-mowbajls fosthom pakketti ta' 500MB għal €5, 1GB għal €8 u 6GB għal €20. Il-bundles kollha ser jibbenefikaw mill- promozzjoni tal-irduppjar tad-data. Biex japplikaw, il-klijenti jridu jibagħtu SMS bl- ammont ta' data li jixtiequ jixtru: 500MB, 1GB jew 6GB fuq in-numru 16410. Wara jirċievu notifikazzjoni li kisbu d-doppju ta' kemm xtraw, jiġifieri 1GB, 2GB jew 12GB ta' data rispettivament. Dawn il-pakketti jibqgħu validi sa 4 ġimgħat. Daniela Bagnaschi, Senior Manager – Marketing ma' GO, qalet, "Is-sajf wasal magħna. Għal ħafna nies dan ifisser li jqattgħu aktar ħin barra u jissoċjalizzaw. B'hekk ikollhom bżonn ta' aktar internet tal-mowbajl biex jibqgħu f 'kuntatt. Bl-offerta tagħna ta' double data, il-klijenti li jużaw il-bundle ta' GO mobile internet jafu li dan is-sajf jistgħu jorganizzaw ħajjithom mingħajr ma jinkwetaw li se jeħlu aktar spejjeż." Għal aktar tagħrif dwar il-pakketti ta' GO mobile internet wieħed jista' jżur is-sit: https://www.go.com. mt/personal/mobile/mobile- internet/on-my-smartphone. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 25 Il-klijenti ta' GO mobile internet jirċievu d-doppju tad-data 1S\b`S>]W\bB`W_2c\9O`[ 0W`YW`YO`O0g^Oaa0W`YW`YO`O 09@'!%;OZbO >V]\S(!#$ ! "!!" ESP(eeeRW[SQVS\bQ][ 3[OWZ(OZO\.RW[SQVS\bQ][ Kumpanija b'katina ta' ħwienet f 'Għawdex, tinvesti f 'taħriġ tal-impjegati MINN ħanut li jbiegħ xorb ta' kull ġeneru u li fetaħ erbatax-il sena ilu fir-Rabat Għawdex, l-isem 'Ta' Dirjanu' huwa sinonimu mal-qasam tal-bejgħ ta' prodotti tal-ikel u xorb. Il-kumpanija Agius Services Limited, li topera tlett ħwienet bl-isem Ta' Dirjanu fir-Rabat, Marsalforn u Għajnsielem Għawdex, tissupplixxi wkoll proviżjon għal stabbilimenti kummerċjali. Flimkien mas-sittin impjegat li tħaddem, it-tmexxija ta' Agius Services Ltd. jaħdmu sfieq sabiex iżommu kontinwament ir-reputazzjoni eċċellenti li jgawdu mal-klijenti. Sabiex tiġi implimentata l-'mission statement' tal-kumpanija, li jiffoka fuq l-aqwa servizz offrut lill-klijent, it-tmexxija temmen bis-sħiħ f 'taħriġ kontinwu mogħti lill-impjegati. Bħala parti mill-programm ta' taħriġ ta' din is-sena, il- kumpanija bbenefikat mit- 'Training Aid Framework 2 (TAF2) li hija skema ffinanzjata mill-'European Social Fund (ESF) taħt il- 'Malta's Operational Programme II - 'Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life'. Dawn il-programmi ta' taħriġ li huma mmirati lejn l-impjegati, huma ko- finanzjati mill-ESF, il-Gvern ta' Malta u min iħaddem. Korsijiet oħra ta' taħriġ kienu ffinanzjati kompletament mill- kumpanija. Il-korsijiet kollha kienu jinkludu, Management, Customer Care, Upselling, Retail Security, First Aid u Fire Safety fuq il-post tax-xogħol. Il-kumpanija Agius Services Ltd, ikkummissjonat lill- kumpanija ta' kunsulenza MHCS Consulting li barra mill- kunsulenza kontinwa, MHCS Consulting kellha sehem kbir u kienet responsabbli sabiex jingħataw dawn il-korsijiet ta' taħriġ. L-istess MHCS, jagħmlu 'Mystery Shopping' fuq bażi regolari fil-ħwienet Ta' Dirjanu sabiex isegwu l-progress u l-imġiba tal-impjegati lejn il- klijenti. L-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) kienu responsabbli sabiex jagħtu korsijiet ta' taħriġ fuq First Aid u Fire Safety fuq il-post tax-xogħol. Dawn il-korsijiet kollha li saru fix-xhur ta' Marzu u April ta' din is-sena kienu suċċess assolut. Fl-1 ta' Lulju 2015, saret ċerimonja qasira ta' preżentazzjoni ta' ċertifikati lill-impjegati kollha li attendew għal dawn il-korsijiet ta' taħriġ. Din l-attività nżammet fl-istabbiliment Ta' Dirjanu f 'Għajnsielem u d-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija, is-Sinjura Bernardette Agius qassmet iċ-ċertifikati lill- impjegati għall-korsijiet rispettivi li attendew. Għall- istess attività, attendew ukoll it-tlett ulied tas-sinjura Agius li jmexxu setturi differenti tal-kumpanija, diriġenti mill-MHCS Consulting u rappreżentanti mill-ERRC. Wara ċ-ċerimonja sar riċeviment għall-impjegati u l-mistednin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015