Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futur u speċjalment dik lejn il-klabb bi storja glorjuża ta' Juventus? Jgħidu li Juventino si Nasce… Huwa veru għaliex jien minn dejjem Juventin! Wara snin ta' servizz fi ħdan il- Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore, din is-sena ġejt maħtur President tal-istess Club. Kif tħossok li int tokkupa l-kariga ta' President tal- Club fl-40 anniversarju mit-twaqqif tiegħu? Inħossni onorat li taħt il-presidenza tiegħi, iċċelebrajna 40 sena bl-aqwa mod possibbli biż-żjarat ta' Birindelli, Davids, u Ferrara. Xi jfisser għalik il-Juventus Club Vero Amore? Il-Juventus Club Vero Amore huwa parti kbira minn ħajti. Hemmhekk għandi familja oħra. Mindu lħaqt president, 24 siegħa naħseb u naħdem għall-klabb u għall-ġid tal-membri, li għandi rispett u stima kbira lejhom. Li kieku kellek tagħti ħarsa lura, hemm xi episodju partikolari mil- passat riċenti, li hu għal qalbek iktar minn oħrajn? Ikolli ngħid li ż-żjara ta' Luciano Moggi tibqa' mmarkata b'mod partikolari f 'qalbek. Taqbel miegħi? Iva naqbel li ż-żjara ta' Luciano Moggi se tibqa' mmarkata b'mod partikolari, però anki ta' Birindelli, Ferrara, u Davids, għaliex kont ilni sentejn għaddej sabiex inġibhom hawn Malta, ħalli jitgawdew mill-membri. U x'tikkummenta propju fuq Luciano Moggi nnifsu? Meta fis-sajf ta' sentejn ilu, attendejt għall-konferenza stampa li kien indirizza meta huwa ġie mistieden mill-klabb tagħkom, wara riflessonijiet li għamilt, ikolli ngħid li minn dak li qal, jidher innoċenti fil-konfront ta' dak li ġie akkużat bih. Int x'taħseb? Ikolli ngħid li diversi partitarji tal-Juventus madwar id- dinja tilfu s-simpatija u l-fiduċja fih wara dak li ġara. Dak li ġie msejjaħ bħala Calciopoli jiena nħobb insejjaħlu Farsopoli. Dan għaliex kienet farsa u komplott u llum ħarġet il-verità kollha. Jien dejjem emmint li Moggi ma kienx ħati ta' dawk l-akkużi miġjuba kontrieh. Huwa fatt li l-Juventus huma l-għira ta' kulħadd, però llum aktar sirna b'saħħitna speċjalment meta tara dak il-ġojjel ta' grawnd - il-Juventus Stadium, u t-tim fejn jinsab illum. Min xtaq id-deni lilna u ħammiġna, illum jinsab f 'nofs klassifika! B'hekk Calciopoli kien komplott sabiex iwaqqfu tim b'saħħtu u li kien jirbaħ bil-mertu tiegħu biss. Però ma nistgħux inneħħu mill-mertu ta' Luciano Moggi, li kien jirnexxielu jingaġġa plejers meqjusin bħala ġganti fil-futbol mondjali fosthom Ibrahimovic u oħrajn mal-Juventus. X'tikkummenta? Luciano Moggi kien surmast uniku. Huwa ħabib intimu tiegħi u nkun miegħu ta' spiss, u l-hena tiegħu jirrakkontali kif xtara lil dak u lil ieħor. Impressjonanti kien il-bejgħ ta' Zidane u meta xtara lil Nedved! X'taħseb li kien is-sigriet biex Juventus irnexxielhom jitilgħu mis-Serie B u finalment jerġgħu jirritornaw fejn jixraqilhom, jiġifieri fil-quċċata tal- Ewropa? Sempliċi - tmexxija serja, pjan u viżjoni. X'tikkummenta fuq plejers ta' fama u klassi mondjali bħal mhuma Buffon, Del Piero, Trezeguet u Nedved li anki fis-Serie B baqgħu jilagħbu bil-flokk tal-Bianconeri? Għalija dawn ħaqqhom ir-rispett etern. Niġu issa għall-preżent, x'qed isir lokalment mill-Kumitat attwali, u x'ħidma tagħmlu bħala membri għall- ġid tal-Juventini lokali? Il-kumitat tal-Juventus Club Vero Amore jaħdem ħafna sabiex dejjem jagħti l-aħjar lill-membri tiegħu. Għalina, il-membri huma prijorità. Fost ħafna affarijiet, aħna naqdu lill-membri tagħna bil-biljetti at face value kif ukoll nassistuhom għal kull ma jkun hemm bżonn. Kif inhuma r-relazzjonijiet ma' barra minn Malta kemm ma' Juventus direttament kif ukoll ma' klabbs oħra Taljani? Minn meta lħaqt president tal- Juventus Club Vero Amore, il-kompitu tiegħi apparti kollox kien li nsemmgħu isimna bħala klabb ġewwa Turin. Xtrajt abbonament fit-Tribuna Boniperti VIP, u permezz tiegħu ltqajt ma' ħafna presidenti ta' Supporter Clubs Juventini kif ukoll anki mill-qrib mad-diriġenza ta' Juventus. Meta jarawk hemm kważi kull tmiem il-ġimgħa jidrawk, isiru jafuk mill-qrib u jirrispettaw il-fatt li tagħmel sagrifiċċji kbar biex titla' Turin, l-Italja. Kemm huma importanti l-membri fil- ħajja tal-Juventus Club Vero Amore? Il-membri tal-Juventus Club Vero Amore għalija huma kollox. Jista' jkollok l-akbar u l-isbaħ klabb imma jekk ma jkollokx membri m'għandek xejn. Fil-każ tagħna għall-grazzja t'Alla, għandna kollox - kemm membri kif ukoll l-akbar u l-isbaħ klabb fid-dinja. Niġu issa għall-iskwadra ta' Juventus. It-tim tal-Juventus tal-istaġun li għadda kien l-aktar wieħed b'saħħtu fl-istorja ta' Juventus? Jekk le liema wieħed kien fl-opinjoni tiegħek? It-tim taħt it-tmexxija ta' Conte u issa ta' Allegri kien wieħed b'saħħtu ħafna u nemmen li se jinfetaħ ċiklu. Però, jien it-timijiet ta' Marcello Lippi, għandi simpatija kbira lejhom. X'tikkummenta fuq il-kowċ Massimiliano Allegri? Qabel ġie ma' Juventus, partitarji tal-Vecchia Signora, kantaw innijiet f 'wiċċu: "Lil Allegri ma rriduhx!" Però hu mbagħad tahom risposta fis-skiet, billi wassalhom għal riżultati inkredibbli u li forsi ħafna ma basruhomx fil-bidu tal-istaġun. X'tikkummenta? Meta Allegri kien mal-Milan, dejjem mar tajjeb sakemm żarmawlu t-tim. Allegri huwa kowċ kbir u umli. Kelli l-okkażjoni li niekol miegħu u nitkellem fit-tul, u nista' ngħid kemm verament huwa persuna umli u simpatiku. Qatt kont tobsor li Juventus kienu se jaslu sal-finali tal-UEFA Champions League? Iva, u dan jistgħu jikkonfermawh sħabi. Li ma kontx nobsor kien li ma nirbħuhiex! X'tikkummenta fuq il-kowċ Antonio Conte? Tajjeb li din id-domanda qed isaqsihihieli llum il-ġurnata. Conte, ħadd ma jista' jneħħilu mill- mertu li minn tim ta' nofs klassifika rebbaħna tliet kampjonati tas-Serie A. Però, għalija żbalja għax inħoss li kibritlu rasu. Ċert li llum jiddispjaċih li telaq minn ma' Juventus. Infakkar li akbar mill-klabb, ma hu ħadd! Taħseb li dan inħass minn Juventus jew Massimiliano Allegri nessa malajr is-suċċess li huwa rnexxielu jwassal għall-klabb maestuż tagħkom? Ma naħsibx li Conte nħass għaliex minn meta ħa t-tmun tat-tim, Allegri, fil-15 ta' Lulju tal-2014, irnexxielu jirbaħ Kampjonat tas-Serie A, Coppa Italia, u tellagħna sal-finali tal-UEFA Champions League. Fl-opinjoni tiegħek liema kien l-aqwa plejer li qatt libes il-flokk ta' Juventus? Michel Platini. U l-aqwa kowċ li qatt mexxa lil Juventus? Marcello Lippi. Kemm taħseb li se jinħassu plejers tal- istatura ta' Tevez u Pirlo ma' Juventus? U taħseb li Mandzukic u Zaza huma sostituti denji biex jissostwixxu lil dawn iż-żewġ plejers? Se jinħassu, però l-aktar li se jinħass se jkun Tevez. Mandzukic huwa plejer tajjeb, però għalija l- vojt ta' Tevez, seta' jimlieh biss Oscar. L-eks plejer ta' Juventus Nicola Amoruso fil-jiem li għaddew saħaq li Cavani biss huwa denju li jieħu post Tevez mal-Juventus. Taqbel miegħu? Assolutament le! Għall-40 sena anniversarju mit- twaqqif tal-Juventus Club Vero Amore, irnexxilkom tikkuntentaw ferm lill-partitarji Juventini lokali billi rnexxielkom iġġibu f 'pajjiżna tliet leġġendi Juventini li jġibu l-isem ta' Alessandro Birindelli, Ciro Ferrara u Edgar Davids. X'fissret għalik din iż-żjara? Għalija, din fissret suċċess assolut, għax dak li għidt wettaqtu. Tfisser SPORTSillum Fit-tmun tal-akbar klabb tal-partitarji Cristian Antony Muscat Joseph Fenech – President tal-Juventus Club Vero Amore li matul din is-sena, iċċelebra l-40 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Għalkemm ilu jokkupa din il-kariga għal biss ftit xhur, nistgħu ngħidu li diġà rnexxielu jagħmel il-meravilji, hekk kif fost l-oħrajn irnexxielu jġib f'Malta lil-leġġendi ta' Juventus - Stefano Tacconi, Alessandro Birindelli, Ciro Ferrara u Edgar Davids, għall-akbar ġid tal-partitarji ta' Juventus f'Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015